category
stringlengths 2
147
| url
stringlengths 31
233
| title
stringlengths 2
1.28k
| text
stringlengths 49
49.8k
| text_raw
sequence | base_url
class label 8
classes | __index_level_0__
int64 0
44.8k
|
---|---|---|---|---|---|---|
press, news, Televiżjoni u Radju | https://www.tvm.com.mt/mt/news/popolin-minn-ghada-mithaddta-suggetti-li-jinsabu-fuq-fomm-kulhadd/ | 'Popolin' minn għada – mitħaddta suġġetti li jinsabu fuq fomm kulħadd | F'dawn il-jiem l-iskeda ta' Television Malta se tkompli tingħata l-ħajja b'għadd ta' programmi ġodda, fosthom 'Popolin' . Programm, ismu miegħu, maħsub biex jiddiskuti firxa wiesgħa ta' suġġetti li jinsabu fuq fomm il-poplu Malti u Għawdxi. Minn għada, 'Popolin' se jkun qed jiddiskuti bosta stejjer u kurżitajiet, fost l-oħrajn. Vetrina, fi ftit kliem, li se tkun qed tilqa' fi ħdanha b'dirgħajha miftuħa beraħ rakkonti u taħditiet ta' kull xorta. Diskussjonijiet, li x'aktarx li dak li jkun dlonk jirrelata magħhom il-għaliex is-suġġetti mitħaddta jafu jolqtu lill-poplu fil-laħam il-ħaj. Ix-xoqqa f'moxtha, biex kulħadd jixtarr id-diskors b'mod liberu u jsemma' leħnu bla xkiel. Minn jum għall-ieħor, fost l-oħrajn, diversi esperti u kelliema minn diversi setturi fi xtutna se jingħataw spazju fl-istudios ta' 'Popolin' bit-tama li ħsibijiethom u l-pariri siewja tagħhom ma jaqgħux fuq widnejn torox. Intant, kif ħabbar fl-aħħar sigħat il-preżentatur ta' 'Popolin', Quinton Scerri, l-aħħar preparamenti għal għada jinsabu fl-aqwa tagħhom bil-għan li fi żmien 24 siegħa mat-tokki tas-sebgħa ta' filgħaxija tibda din l-avventura ġdida. L-aħħar preparamenti għall-POPOLIN L-aħħar preparamenti għal Popolin għadejjin bħalissa…Minn nhar it-Tnejn fis-7pm ⏱️ ser nibdew bl-avventura tagħna ta' Popolin!Ibdew segwuna mit-Tnejn sal-Ġimgħa 📆 fis-7pm fuq Television Malta 📺 'Popolin' jibda jixxandar minn għada, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7pm fuq Television Malta. X'jagħmel lill-Malti, Malti? X'jagħmel lill-Malti, Malti? 🇲🇹Minn għada fis-7pm ⏱️ ser nibdew bl-avventura tagħna ta' Popolin!Ibdew segwuna mit-Tnejn sal-Ġimgħa 📆 fis-7pm fuq Television Malta 📺 | [
"F'dawn il-jiem l-iskeda ta' Television Malta se tkompli tingħata l-ħajja b'għadd ta' programmi ġodda, fosthom 'Popolin' .",
"Programm, ismu miegħu, maħsub biex jiddiskuti firxa wiesgħa ta' suġġetti li jinsabu fuq fomm il-poplu Malti u Għawdxi.",
"Minn għada, 'Popolin' se jkun qed jiddiskuti bosta stejjer u kurżitajiet, fost l-oħrajn.",
"Vetrina, fi ftit kliem, li se tkun qed tilqa' fi ħdanha b'dirgħajha miftuħa beraħ rakkonti u taħditiet ta' kull xorta.",
"Diskussjonijiet, li x'aktarx li dak li jkun dlonk jirrelata magħhom il-għaliex is-suġġetti mitħaddta jafu jolqtu lill-poplu fil-laħam il-ħaj.",
"Ix-xoqqa f'moxtha, biex kulħadd jixtarr id-diskors b'mod liberu u jsemma' leħnu bla xkiel.",
"Minn jum għall-ieħor, fost l-oħrajn, diversi esperti u kelliema minn diversi setturi fi xtutna se jingħataw spazju fl-istudios ta' 'Popolin' bit-tama li ħsibijiethom u l-pariri siewja tagħhom ma jaqgħux fuq widnejn torox.",
"Intant, kif ħabbar fl-aħħar sigħat il-preżentatur ta' 'Popolin', Quinton Scerri, l-aħħar preparamenti għal għada jinsabu fl-aqwa tagħhom bil-għan li fi żmien 24 siegħa mat-tokki tas-sebgħa ta' filgħaxija tibda din l-avventura ġdida.",
"L-aħħar preparamenti għall-POPOLIN",
"L-aħħar preparamenti għal Popolin għadejjin bħalissa…Minn nhar it-Tnejn fis-7pm ⏱️ ser nibdew bl-avventura tagħna ta' Popolin!Ibdew segwuna mit-Tnejn sal-Ġimgħa 📆 fis-7pm fuq Television Malta 📺",
"'Popolin' jibda jixxandar minn għada, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7pm fuq Television Malta.",
"X'jagħmel lill-Malti, Malti?",
"X'jagħmel lill-Malti, Malti? 🇲🇹Minn għada fis-7pm ⏱️ ser nibdew bl-avventura tagħna ta' Popolin!Ibdew segwuna mit-Tnejn sal-Ġimgħa 📆 fis-7pm fuq Television Malta 📺"
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,937 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2019/10/02/tlett-irgiel-ma-jinghatawx-helsien-mill-arrest-fuq-pussess-ta-droga/ | Tlett irġiel ma jingħatawx ħelsien mill-arrest fuq pussess ta' droga | Tlett irġiel mill-Gambja ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara wieġbu mhux ħatja li kienu qed iġorru fuqhom droga f'boroż lesti biex jiġu ttraffikati f'San Ġiljan it-Tlieta li għadda. Ebrima Sonko ta' 24 sena li joqgħod Raħal Ġdid ma talabx għall-ħelsien u kien mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis kif ukoll tal-kokaina f'sitwazzjoni li tindika li d-droga ma kinitx għal użu personali. Juldeh Baldeh u Dawda Ceesa li għandhom 20 sena u joqogħdu tas-Sliema u Ħal Qormi rispettivament wieġbu mhux ħatja li kienu fil-pussess u ttraffikaw droga kannabis. Ir-reati tat-tliet irġiel qegħdin jitqiesu bħala aggravati minħabba li kienu 100 metru 'l bogħod minn post li jiġi ffrekwentat miż-żgħażagħ. Baldeh u Ceesa talbu għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Stafrace Zammit ċaħdet din it-talba. | [
"Tlett irġiel mill-Gambja ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara wieġbu mhux ħatja li kienu qed iġorru fuqhom droga f'boroż lesti biex jiġu ttraffikati f'San Ġiljan it-Tlieta li għadda.",
"Ebrima Sonko ta' 24 sena li joqgħod Raħal Ġdid ma talabx għall-ħelsien u kien mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis kif ukoll tal-kokaina f'sitwazzjoni li tindika li d-droga ma kinitx għal użu personali.",
"Juldeh Baldeh u Dawda Ceesa li għandhom 20 sena u joqogħdu tas-Sliema u Ħal Qormi rispettivament wieġbu mhux ħatja li kienu fil-pussess u ttraffikaw droga kannabis.",
"Ir-reati tat-tliet irġiel qegħdin jitqiesu bħala aggravati minħabba li kienu 100 metru 'l bogħod minn post li jiġi ffrekwentat miż-żgħażagħ.",
"Baldeh u Ceesa talbu għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Stafrace Zammit ċaħdet din it-talba."
] | 3one.com.mt
| 31,966 |
news, press | https://inewsmalta.com/2020/05/ritratti-l-italja-terga-tipprova-lura-ghan-normal/ | [RITRATTI] L-Italja terġa’ tipprova lura għan-normal | L-Italja, li l-aktar li ġarrbet il-qilla tal-pandemija tal-coronavirus, rat lil madwar 4.5 miljun persuna jerġgħu lura għax-xogħol tagħhom. L-għodwa tal-lum irreġistrat żieda fit-traffiku f’diversi żoni madwar il-pajjiż, għalkemm il-midja lokali qed tisħaq li n-numru ta’ vetturi fit-toroq għadhom f’livelli inqas minn dawk li solitament kien ikun hemm qabel bdiet il-pandemija. Mil-lum il-gvern Taljan ta permess biex il-fabbriki jerġgħu jibdew l-operat tagħhom mill-ġdid, filwaqt li f’diversi siti tal-kostruzzjoni reġgħu dehru l-ħaddiema għall-ewwel darba wara bosta ġimgħat. Gianluca Martucci, li l-kumpanija tiegħu topera fl-organizzar ta’ avvenimenti u tiġijiet, kien wieħd fost dawk li reġgħu lura għax-xogħol. “Hija aħbar tajba li nistgħu nerġgħu lura għax-xogħol, iżda d-dinja nbidlet għal kollox,” huw qal f’kummenti lill-midja Taljana. Madankollu huwa wera t-tħassib tiegħu dwar żieda mill-ġdid fil-każi, u anke qal li forsi għadu wisq kmieni biex il-gvern jibda jtaffi l-miżuri ta’ lockdown li daħħal fis-seħħ biex jikkontrolla l-pandemija tal-Covid-19. | [
"L-Italja, li l-aktar li ġarrbet il-qilla tal-pandemija tal-coronavirus, rat lil madwar 4.5 miljun persuna jerġgħu lura għax-xogħol tagħhom.",
"L-għodwa tal-lum irreġistrat żieda fit-traffiku f’diversi żoni madwar il-pajjiż, għalkemm il-midja lokali qed tisħaq li n-numru ta’ vetturi fit-toroq għadhom f’livelli inqas minn dawk li solitament kien ikun hemm qabel bdiet il-pandemija.",
"Mil-lum il-gvern Taljan ta permess biex il-fabbriki jerġgħu jibdew l-operat tagħhom mill-ġdid, filwaqt li f’diversi siti tal-kostruzzjoni reġgħu dehru l-ħaddiema għall-ewwel darba wara bosta ġimgħat.",
"Gianluca Martucci, li l-kumpanija tiegħu topera fl-organizzar ta’ avvenimenti u tiġijiet, kien wieħd fost dawk li reġgħu lura għax-xogħol.",
"“Hija aħbar tajba li nistgħu nerġgħu lura għax-xogħol, iżda d-dinja nbidlet għal kollox,” huw qal f’kummenti lill-midja Taljana.",
"Madankollu huwa wera t-tħassib tiegħu dwar żieda mill-ġdid fil-każi, u anke qal li forsi għadu wisq kmieni biex il-gvern jibda jtaffi l-miżuri ta’ lockdown li daħħal fis-seħħ biex jikkontrolla l-pandemija tal-Covid-19."
] | 0inewsmalta.com
| 24,100 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/sparatura-fin-nadur-2-persuni-mizmuma-mill-pulizija/ | AĠĠORNAT: Jinstab ir-raġel li spara fin-Nadur | Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest raġel ta’ 55 sena wara li allegatament spara żewġ tiri fl-ajru. TVM huwa infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta tas-1.45am fuq bejt ta’ dar privata fi Triq San Kurunatu, fin-Nadur. Sorsi li tkellmu ma’ TVM qalu li l-Pulizija qed titratta dan il-każ bħala wieħed sensittiv ħafna peress li r-raġel miżmum kemm-il darba kellu bżonn li jingħata assistenza medika. L-istess sorsi spjegaw li mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżulta li aktar kmieni matul il-ġurnata kien qam argument, x’aktarx bejn it-tliet aħwa li jgħixu flimkien. Iżda fis-satra tal-lejl, waqt li tnejn mill-aħwa kienu reqdin, l-ieħor tela’ fuq il-bejt, armat b’senter tal-kaċċa u spara żewġ tiri fl-ajru. Sakemm il-Pulizija waslu fuq il-post, ir-raġel li spara ħarab u bdiet tfittxija għalih. Sadanittant, il-Pulizija ġabru liż-żewġt aħwa l-oħra irġiel ta’ 52 u 60 sena, fejn ġew interrogati fl-Għassa tar-Rabat Għawdex sabiex tkun stabbilità r-raġuni għala ħuhom allegatament spara. Dan instab iktar tard waranofsinhar u ġie arrestat. Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-każ. | [
"Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest raġel ta’ 55 sena wara li allegatament spara żewġ tiri fl-ajru.",
"TVM huwa infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta tas-1.45am fuq bejt ta’ dar privata fi Triq San Kurunatu, fin-Nadur.",
"Sorsi li tkellmu ma’ TVM qalu li l-Pulizija qed titratta dan il-każ bħala wieħed sensittiv ħafna peress li r-raġel miżmum kemm-il darba kellu bżonn li jingħata assistenza medika.",
"L-istess sorsi spjegaw li mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżulta li aktar kmieni matul il-ġurnata kien qam argument, x’aktarx bejn it-tliet aħwa li jgħixu flimkien.",
"Iżda fis-satra tal-lejl, waqt li tnejn mill-aħwa kienu reqdin, l-ieħor tela’ fuq il-bejt, armat b’senter tal-kaċċa u spara żewġ tiri fl-ajru.",
"Sakemm il-Pulizija waslu fuq il-post, ir-raġel li spara ħarab u bdiet tfittxija għalih.",
"Sadanittant, il-Pulizija ġabru liż-żewġt aħwa l-oħra irġiel ta’ 52 u 60 sena, fejn ġew interrogati fl-Għassa tar-Rabat Għawdex sabiex tkun stabbilità r-raġuni għala ħuhom allegatament spara.",
"Dan instab iktar tard waranofsinhar u ġie arrestat.",
"Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-każ."
] | 7www.tvm.com.mt
| 31,262 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/10/30/ma-mortx-quddiem-il-karozza-ghax-kont-naghmel-suwicidju/ | “Ma mortx quddiem il-karozza għax kont nagħmel suwiċidju” | Uffiċjal tal-Pulizija li kien se jittajjar minn xufier taħt l-età, xehed fil-Qorti li malli rah ġej fuqu ra kif jagħmel u jwarrab min-nofs it-triq. Hu stqarr li ma marx quddiem il-karozza tax-xufier għax kien ikun qed jagħmel suwiċidju. Il-Maġistrat Joe Mifsud minn naħa tiegħu rrimarka li x’seħħ f’każ ma japplikax għal każi oħra. Il-Pulizija kien qed jixhed dwar il-każ ta’ ġuvni ta’ 17-il sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, li seraq karozza u pprova jsuq fuq Pulizija f’Ħal Luqa ġimgħatejn ilu. L-uffiċjal qal li hu kien fuq ronda u lemaħ il-karozza misruqa, iżda meta mar biex iwaqqaf lix-xufier, dan saq fuq il-kollega tiegħu. Il-każ seħħ meta l-ġuvni ta’ 17-il sena residenti Birkirkara seraq karozza mill-Imsida u nqabad biha f’Ħal Luqa. Kien waqt din ix-xiehda illi l-avukat difensur tal-ġuvni staqsa lill-Pulizija (biex iqabbel dak li ġara mal-każ ta’ Liam Debono) jekk ħariġx fin-nofs quddiem il-karozza biex iwaqqaf lix-xufier. Hu wieġeb fin-negattiv. Għall-akkużat qed jidhru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia. | [
"Uffiċjal tal-Pulizija li kien se jittajjar minn xufier taħt l-età, xehed fil-Qorti li malli rah ġej fuqu ra kif jagħmel u jwarrab min-nofs it-triq.",
"Hu stqarr li ma marx quddiem il-karozza tax-xufier għax kien ikun qed jagħmel suwiċidju.",
"Il-Maġistrat Joe Mifsud minn naħa tiegħu rrimarka li x’seħħ f’każ ma japplikax għal każi oħra.",
"Il-Pulizija kien qed jixhed dwar il-każ ta’ ġuvni ta’ 17-il sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, li seraq karozza u pprova jsuq fuq Pulizija f’Ħal Luqa ġimgħatejn ilu.",
"L-uffiċjal qal li hu kien fuq ronda u lemaħ il-karozza misruqa, iżda meta mar biex iwaqqaf lix-xufier, dan saq fuq il-kollega tiegħu.",
"Il-każ seħħ meta l-ġuvni ta’ 17-il sena residenti Birkirkara seraq karozza mill-Imsida u nqabad biha f’Ħal Luqa.",
"Kien waqt din ix-xiehda illi l-avukat difensur tal-ġuvni staqsa lill-Pulizija (biex iqabbel dak li ġara mal-każ ta’ Liam Debono) jekk ħariġx fin-nofs quddiem il-karozza biex iwaqqaf lix-xufier.",
"Hu wieġeb fin-negattiv.",
"Għall-akkużat qed jidhru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia."
] | 1netnews.com.mt
| 2,283 |
press, news, Kronaka, Edukazzjoni, Saħħa, COVID-19, Għawdex | https://www.tvm.com.mt/mt/news/ragel-fil-periklu-tal-mewt-wara-li-ttajjar-minn-vettura-fin-naxxar/ | Raġel bi ġrieħi serji wara li ttajjar minn vettura fin-Naxxar | Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 9:34am Raġel ta' 60 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, qed isofri minn ġrieħi serji wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar. Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tas-6 p.m. fi Triq il-Labour x'ħin ir-raġel ittajjar minn karozza li kien qed isuq raġel ieħor ta' 20 sena mir-Rabat. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post u ttieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. | [
"Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 9:34am",
"Raġel ta' 60 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, qed isofri minn ġrieħi serji wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar.",
"Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tas-6 p.m. fi Triq il-Labour x'ħin ir-raġel ittajjar minn karozza li kien qed isuq raġel ieħor ta' 20 sena mir-Rabat.",
"Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post u ttieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.",
"L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,530 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/05/13/juventus-jaccertaw-mir-rebh-tal-kampjonat/ | Juventus jaċċertaw mir-rebħ tal-kampjonat | Juventus aċċertaw mir-rebħ tas-seba’ kampjonat konsekuttiv bi draw ta’ mingħajr gowls kontra Roma. Napoli rebħu l-logħba tagħhom kontra Sampdoria iżda l-punt li ħadu Juventus kien biżżejjed biex jiddeċiedi matematikament il-kampjonat. Lazio naqsu li jieħdu vantaġġ mit-telfa ta’ Inter, biex issa se jkun il-konfront dirett kontra Inter li jiddeċiedi min se jidħol fiċ-Champions League. Milan aċċertaw posthom li staġun ieħor jilagħbu fl-Europa League, bil-post l-ieħor għad irid ikun deċiż bejn Atalanta u Fiorentina li t-tnejn ma rebħux ilbieraħ. Sampdoria huma matematikament barra mit-taqtigħa għall-post fl-Ewropa. It-taqtigħa għal min se jkun relegat għadha miftuħa, b’ħames timijiet għadhom jistgħu jkunu relegati. BERGAMO – Milan aċċertaw minn post fl-Europa League bi draw ta’ 1-1 kontra Atalanta Kif żvolġiet il-logħba, Milan dehru li tilfu żewġ punti minħabba li sofrew gowl lejn it-tmiem, iżda finalment irnexxielhom jaċċertaw dak li riedu. Milan fetħu l-iskor mas-siegħa logħob b’xutt b’saħħtu minbarra l-kaxxa tal-eks FRANCK KESSIE li spiċċa fir-rokna tax-xibka, bil-gowlkper Berisha megħlub. Ħames minuti wara, Atalanta kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas wara li tkeċċa Rafael Toloi għal żewġ karti sofor fi ftit ħin. Milan ukoll kellhom plejer imkeċċi b’Riccardo Montolivo jintwera l-karta l-ħamra diretta. Atalanta rnexxielhom isalvaw il-logħba fid-90 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Andrea Masiello li għeleb lil Donnarumma, f’sitwazzjoni li l-gowlkiper Milanist seta’ għamel aħjar. BOLOGNA – Tliet punti importanti wkoll għal Chievo li fi Stadio Renato dall’Ara għelbu lil Bologna 2-1. Kien Bologna li fetħu l-iskor wara 11-il minuta minn penalty ta’ SIMONE VERDI, iżda Chievo dawru l-iskor sal-ewwel kwarta tat-tieni taqsima, l-ewwel permezz ta’ EMANUELE GIACCHERINI, biex mas-siegħa logħob kien ROBERTO INGLESE li għamilhom 2-1. CROTONE – Lazio naqsu li jassiguraw posthom fiċ-Champions League staġun ieħor wara li kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Crotone B’hekk huma jinsabu tliet punti fuq Inter qabel id-dwell deċiżiv ġimgħa oħra. Penalty diskutibbli ta’ SENAD LULIC poġġa lil Lazio minn fuq wara 17-il minuta. Crotone ġabu d-draw man-nofs siegħa logħob b’daqqa ta’ ras ta’ SIMY li għeleb lil Strakosha. It-tim ta’ Zenga mar fil-vantaġġ mas-siegħa logħob, b’FEDERICO CECCARINI jiskorja wara free-kick mil-lemin. Madankollu kien SERGEJ MILINKOVIC SAVIC li ġab id-draw fl-84 minuta b’xutt għar-rokna. FIRENZE – Fiorentina tilfu tliet punti importanti fit-taqtigħa għal post fl-Europa League, wara li sfaw megħluba minn Cagliari 1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fis-37 minuta permezz tal-attakkant LEONARDO PAVOLETTI. RUMA – Juventus ħadu dak li riedu mill-konfront kontra Roma , fejn tal-anqas ġabru punt. Partita bilanċjata, biż-żewġ timijiet ikollhom ftit azzjonijiet kull wieħed. Il-partita ħadet żvolta oħra fit-68 minuta meta r-referee Paolo Tagliavento wera t-tieni karta safra lil Radja Nainggolan. Minn hemm il-partita ħadet żvolta oħra, b’Juventus iżommu l-pussess u jistennew il-partita tispiċċa, fejn mat-tisfira finali bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers, staff u partitarji. GENOVA – Napoli rritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Sampdoria 2-0. B’dan ir-riżultat, Sampdoria jinsabu barra mit-taqtigħa biex jiksbu post fl-Ewropa, filwaqt li Napoli naqqsu biss id-distakk minn ma’ Juventus. Napoli fetħu l-iskor fit-72 minuta b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa ta’ ARKADIUSZ MILIK li spiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. In-Naplitani għalqu l-logħba fit-80 minuta meta minn azzjoni ta’ korner, RAUL ALBIOL għeleb lil Vid Belec b’daqqa ta’ ras pjuttost ċentrali. TURIN – Spal tilfu punti prezzjużi wara li sfaw megħluba minn Torino 2-1. ALBERTO GRASSI fetaħ l-iskor għal Spal fit-22 minuta, iżda ANDREA BELOTTI ġab id-draw fit-68 minuta, biex fis-87 minuta kien LORENZO DE SILVESTRI li skorja l-gowl tar-rebħa. VERONA – Rebħa fondamentali għal Udinese li fi Stadio Bentegodi għelbu lil Verona 1-0. Gowl ta’ ANTONIN BARAK fl-20 minuta ddeċieda l-konfront favur it-tim ta’ Igor Tudor. | [
"Juventus aċċertaw mir-rebħ tas-seba’ kampjonat konsekuttiv bi draw ta’ mingħajr gowls kontra Roma.",
"Napoli rebħu l-logħba tagħhom kontra Sampdoria iżda l-punt li ħadu Juventus kien biżżejjed biex jiddeċiedi matematikament il-kampjonat.",
"Lazio naqsu li jieħdu vantaġġ mit-telfa ta’ Inter, biex issa se jkun il-konfront dirett kontra Inter li jiddeċiedi min se jidħol fiċ-Champions League.",
"Milan aċċertaw posthom li staġun ieħor jilagħbu fl-Europa League, bil-post l-ieħor għad irid ikun deċiż bejn Atalanta u Fiorentina li t-tnejn ma rebħux ilbieraħ.",
"Sampdoria huma matematikament barra mit-taqtigħa għall-post fl-Ewropa.",
"It-taqtigħa għal min se jkun relegat għadha miftuħa, b’ħames timijiet għadhom jistgħu jkunu relegati.",
"BERGAMO –",
"Milan",
"aċċertaw minn post fl-Europa League bi draw ta’ 1-1 kontra",
"Atalanta",
"Kif żvolġiet il-logħba, Milan dehru li tilfu żewġ punti minħabba li sofrew gowl lejn it-tmiem, iżda finalment irnexxielhom jaċċertaw dak li riedu.",
"Milan fetħu l-iskor mas-siegħa logħob b’xutt b’saħħtu minbarra l-kaxxa tal-eks FRANCK KESSIE li spiċċa fir-rokna tax-xibka, bil-gowlkper Berisha megħlub.",
"Ħames minuti wara, Atalanta kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas wara li tkeċċa Rafael Toloi għal żewġ karti sofor fi ftit ħin.",
"Milan ukoll kellhom plejer imkeċċi b’Riccardo Montolivo jintwera l-karta l-ħamra diretta.",
"Atalanta rnexxielhom isalvaw il-logħba fid-90 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Andrea Masiello li għeleb lil Donnarumma, f’sitwazzjoni li l-gowlkiper Milanist seta’ għamel aħjar.",
"BOLOGNA –",
"Tliet punti importanti wkoll għal",
"Chievo",
"li fi Stadio Renato dall’Ara għelbu lil",
"Bologna",
"2-1.",
"Kien Bologna li fetħu l-iskor wara 11-il minuta minn penalty ta’ SIMONE VERDI, iżda Chievo dawru l-iskor sal-ewwel kwarta tat-tieni taqsima, l-ewwel permezz ta’ EMANUELE GIACCHERINI, biex mas-siegħa logħob kien ROBERTO INGLESE li għamilhom 2-1.",
"CROTONE –",
"Lazio",
"naqsu li jassiguraw posthom fiċ-Champions League staġun ieħor wara li kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn",
"Crotone",
"B’hekk huma jinsabu tliet punti fuq Inter qabel id-dwell deċiżiv ġimgħa oħra.",
"Penalty diskutibbli ta’ SENAD LULIC poġġa lil Lazio minn fuq wara 17-il minuta.",
"Crotone ġabu d-draw man-nofs siegħa logħob b’daqqa ta’ ras ta’ SIMY li għeleb lil Strakosha.",
"It-tim ta’ Zenga mar fil-vantaġġ mas-siegħa logħob, b’FEDERICO CECCARINI jiskorja wara free-kick mil-lemin.",
"Madankollu kien SERGEJ MILINKOVIC SAVIC li ġab id-draw fl-84 minuta b’xutt għar-rokna.",
"FIRENZE – Fiorentina",
"tilfu tliet punti importanti fit-taqtigħa għal post fl-Europa League, wara li sfaw megħluba minn",
"Cagliari",
"1-0.",
"Il-gowl deċiżiv kien skorjat fis-37 minuta permezz tal-attakkant LEONARDO PAVOLETTI.",
"RUMA – Juventus",
"ħadu dak li riedu mill-konfront kontra",
"Roma",
", fejn tal-anqas ġabru punt.",
"Partita bilanċjata, biż-żewġ timijiet ikollhom ftit azzjonijiet kull wieħed.",
"Il-partita ħadet żvolta oħra fit-68 minuta meta r-referee Paolo Tagliavento wera t-tieni karta safra lil Radja Nainggolan.",
"Minn hemm il-partita ħadet żvolta oħra, b’Juventus iżommu l-pussess u jistennew il-partita tispiċċa, fejn mat-tisfira finali bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers, staff u partitarji.",
"GENOVA – Napoli",
"rritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil",
"Sampdoria",
"2-0.",
"B’dan ir-riżultat, Sampdoria jinsabu barra mit-taqtigħa biex jiksbu post fl-Ewropa, filwaqt li Napoli naqqsu biss id-distakk minn ma’ Juventus.",
"Napoli fetħu l-iskor fit-72 minuta b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa ta’ ARKADIUSZ MILIK li spiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.",
"In-Naplitani għalqu l-logħba fit-80 minuta meta minn azzjoni ta’ korner, RAUL ALBIOL għeleb lil Vid Belec b’daqqa ta’ ras pjuttost ċentrali.",
"TURIN – Spal",
"tilfu punti prezzjużi wara li sfaw megħluba minn",
"Torino",
"2-1.",
"ALBERTO GRASSI fetaħ l-iskor għal Spal fit-22 minuta, iżda ANDREA BELOTTI ġab id-draw fit-68 minuta, biex fis-87 minuta kien LORENZO DE SILVESTRI li skorja l-gowl tar-rebħa.",
"VERONA –",
"Rebħa fondamentali għal",
"Udinese",
"li fi Stadio Bentegodi għelbu lil",
"Verona",
"1-0.",
"Gowl ta’ ANTONIN BARAK fl-20 minuta ddeċieda l-konfront favur it-tim ta’ Igor Tudor."
] | 1netnews.com.mt
| 6,719 |
press, news, Sport | https://one.com.mt/news/2020/06/13/giovanni-tedesco-mhux-se-jibqa-kowc-ta-valletta-fc/ | Giovanni Tedesco mhux se jibqa' kowċ ta' Valletta FC | Ftit inqas minn ġimgħa wara li Valletta FC u Giovanni Tedesco waslu fi ftehim sabiex it-Taljan ikompli jmexxi lit-tim għal staġun ieħor, ftit tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar li Tedesco ma kienx ser jiffirma l-kuntratt ma' Valletta FC. Mill-informazzjoni li għanda, Tedesco ried li jkun hu li jagħżel lis-staff tekniku b'mod partikolari l-preparatur fiżiku, xi ħaġa li t-tmexxija ta' Valletta FC ma xtaqitx. L-istess sorsi qalulna li l-ex Floriana FC, Birkirkara F.C., Gzira United F.C. u Hamrun Spartans Football Club ma kienx ikkonsolutat dwar l-estensjoni tal-kuntratt tal-assistent kowċ Gilbert Agius u anqas dwar il-ħatra ta' Drasko Brounovic liema ħatriet xejn ma niżlu tajjeb mal-kowċ Taljan. Nifhmu li Valletta FC diġà għaddejjin b'ħidma sabiex jinstab kowċ ġdid u mhux eskluż li t-tmexxija tal-Belt tinsab viċin li tilħaq ftehim ma' kowċ li diġa jimmilitta fil-futbol Malti fis-sigħat li ġejjin. | [
"Ftit inqas minn ġimgħa wara li Valletta FC u Giovanni Tedesco waslu fi ftehim sabiex it-Taljan ikompli jmexxi lit-tim għal staġun ieħor, ftit tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar li Tedesco ma kienx ser jiffirma l-kuntratt ma' Valletta FC.",
"Mill-informazzjoni li għanda, Tedesco ried li jkun hu li jagħżel lis-staff tekniku b'mod partikolari l-preparatur fiżiku, xi ħaġa li t-tmexxija ta' Valletta FC ma xtaqitx.",
"L-istess sorsi qalulna li l-ex Floriana FC, Birkirkara F.C., Gzira United F.C. u Hamrun Spartans Football Club ma kienx ikkonsolutat dwar l-estensjoni tal-kuntratt tal-assistent kowċ Gilbert Agius u anqas dwar il-ħatra ta' Drasko Brounovic liema ħatriet xejn ma niżlu tajjeb mal-kowċ Taljan.",
"Nifhmu li Valletta FC diġà għaddejjin b'ħidma sabiex jinstab kowċ ġdid u mhux eskluż li t-tmexxija tal-Belt tinsab viċin li tilħaq ftehim ma' kowċ li diġa jimmilitta fil-futbol Malti fis-sigħat li ġejjin."
] | 3one.com.mt
| 39,771 |
press, news, Lokali | https://netnews.com.mt/2020/06/12/jinhareg-il-permess-tas-swimming-pool-ta-ian-borg/ | Jinħareġ il-permess tas-swimming pool ta' Ian Borg | Jidher li l-Ministru Ian Borg se jgawdih is-Sajf. Dan hekk kif il-Kummissjoni tal-Ippjanar ħareġ il-permess biex Ian Borg jiżviluppa swimming pool f'zona rurali barra mill-iżvilupp. Id-Direttorat tal-Ippjanar irrakkomanda li l-permess jinħareġ għaliex l-applikazzjoni se tuża art li kienet diġa żviluppata. Fil-fatt, is-swimming pool ta' 40 metru kwadru se toqgħod ġo fossa li m'għadhiex tintuża u tneħħew l-istrutturi l-oħra li kienu se jinbnew fl-għalqa. Il-post li żviluppa Ian Borg f'Santa Katerina fil-limiti tar-Rabat, ilu jiġbed l-attenzjoni sa ftit wara l-elezzjoni tal-2013 meta l-Awtorita' tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni tiegħu biex jiżviluppa binja dilapidata f'ODZ u dawwarha f'residenza ta' 400 metru kwadru. Iktar tard hu kien xtara art agrikola biswit id-dar għal €11,000 u fl-2018 kien ingħata l-permess biex l-art idawwarha fi swimming pool u zona ta' rikreazzjoni. Il-Kummissjoni tal-Ippjanar kienet ħarġet il-permess iżda l-Qorti tal-Appell kienet dawwret id-deċiżjoni. | [
"Jidher li l-Ministru Ian Borg se jgawdih is-Sajf.",
"Dan hekk kif il-Kummissjoni tal-Ippjanar ħareġ il-permess biex Ian Borg jiżviluppa swimming pool f'zona rurali barra mill-iżvilupp.",
"Id-Direttorat tal-Ippjanar irrakkomanda li l-permess jinħareġ għaliex l-applikazzjoni se tuża art li kienet diġa żviluppata.",
"Fil-fatt, is-swimming pool ta' 40 metru kwadru se toqgħod ġo fossa li m'għadhiex tintuża u tneħħew l-istrutturi l-oħra li kienu se jinbnew fl-għalqa.",
"Il-post li żviluppa Ian Borg f'Santa Katerina fil-limiti tar-Rabat, ilu jiġbed l-attenzjoni sa ftit wara l-elezzjoni tal-2013 meta l-Awtorita' tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni tiegħu biex jiżviluppa binja dilapidata f'ODZ u dawwarha f'residenza ta' 400 metru kwadru.",
"Iktar tard hu kien xtara art agrikola biswit id-dar għal €11,000 u fl-2018 kien ingħata l-permess biex l-art idawwarha fi swimming pool u zona ta' rikreazzjoni.",
"Il-Kummissjoni tal-Ippjanar kienet ħarġet il-permess iżda l-Qorti tal-Appell kienet dawwret id-deċiżjoni."
] | 1netnews.com.mt
| 34,576 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/concitha-tasal-fl-arena-tal-malta-eurovision/ | Concitha tasal fl-arena tal-Malta Eurovision | Il-kantanta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest Conchita Wurst ta’ din is-sena waslet f’pajjiżna fejn illejla se tkun qed hi li tiftaħ il-finali tal-Malta Eurovision Song Contest fis-sit tal-Malta Shipbuilding fil-Marsa. Il-kantanta Awstrijaka se tkun qed tiftaħ il-festival tal-lejla bil-kanzunetta Rising like a Phoenix, iżda bħala l-mistiedna speċjali tal-lejla, hija se tkun qed tkanta wkoll kanzunetti oħrajn mir-reportju ġdid tagħha. Conchita Wurst il-kantanta bil-leħja u trasvestita mill-Awstrija bdiet il-karriera tagħha bl-isem veru tiegħu Thomas jew aħjar “Tom” Neuwirth. Iżda l-personalità li żviluppa bħala Conchita Wurst – drag queen bil-leħja, ħalliet l-ikbar impressjoni fl-Eurovision f’Kopenhagen id-Danimarka. | [
"Il-kantanta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest Conchita Wurst ta’ din is-sena waslet f’pajjiżna fejn illejla se tkun qed hi li tiftaħ il-finali tal-Malta Eurovision Song Contest fis-sit tal-Malta Shipbuilding fil-Marsa.",
"Il-kantanta Awstrijaka se tkun qed tiftaħ il-festival tal-lejla bil-kanzunetta Rising like a Phoenix, iżda bħala l-mistiedna speċjali tal-lejla, hija se tkun qed tkanta wkoll kanzunetti oħrajn mir-reportju ġdid tagħha.",
"Conchita Wurst il-kantanta bil-leħja u trasvestita mill-Awstrija bdiet il-karriera tagħha bl-isem veru tiegħu Thomas jew aħjar “Tom” Neuwirth.",
"Iżda l-personalità li żviluppa bħala Conchita Wurst – drag queen bil-leħja, ħalliet l-ikbar impressjoni fl-Eurovision f’Kopenhagen id-Danimarka."
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,678 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/11-il-vettura-minn-5700-rapport-misjuba-li-jdahhnu/ | 11-il vettura minn 5,700 rapport bl-SMS misjuba li jdaħħnu | Transport Malta qed tkompli tagħmel testijiet fuq il-vetturi li jiġi rrapportati mill-pubbliku li jkunu qed idaħħnu żżejjed. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-pubbliku permezz tal-SMS irrapporta aktar minn 5,000 karozza iżda ssejħu għat-test inqas minn mija. L-interess tal-pubbliku li ma jkunx hawn karrozzi li jdaħħnu hija evidenti mill-fatt li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-pubbliku bagħat 5,700 sms lil Trasport Malta biex jirrapporta karrozzi jdaħħnu. Il-Perit Audrey Testaferrata Denoto minn Transport Malta spjegat li l-pubbliku għadu jista’ jirrapporta karozzi li jdaħħnu b’mod eċċessiv b’SMS. Qalet li kull SMS jidħol f’sistema kompjuterizzata. Hija spjegat li meta jkollhom vettura li n-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha ikollha tliet rapporti fuqha fi żmien tliet xhur tiġi identifikata biex titla’ għal spezzjoni, fejn sid il-vettura jirċievi notifika d-dar biex itella’ l-vettura għal spezzjoni. Qalet li jekk il-vettura tgħaddi mit-test, jiġifieri l-emissions jilħqu l-livelli stabbiliti, il-proċess jieqaf hemmhekk. Minn stħarriġ li għamel tvm.com.mt jirriżulta li mill-5,700 rapport li saru fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, 97 karozza biss issejħu minn TM biex isir fuqhom test tal-emmissjonijiet u 11 biss minhom ma laħqux il-livell stabbilit meta ġew spezzjonati mit-tekniċi ta’ TM. Madankollu kull sentejn, kull vettura trid tgħaddi mit-test tal-emissjonijiet bħala parti mit-test tal-vrt. Staqsejna lill-Perit Testaferrata Denoto x’jiġri meta karozza li tkun telgħet għat-test ma tgħaddix. Hija wieġbet li tinħareġ multa u sid il-vettura jingħata appuntament ieħor biex jerġa’ jtellagħha biex tagħmel dan it-test u l-proċess jibqa’ għaddej l-istess sakemm il-vettura tgħaddi mit-test tal-emissions. F’każ li sid il-vettura tintbagħtlu notifika biex itella’ l-karozza għat-test u din ma titlax, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor, u jekk fit-tieni appuntament ukoll ma jitlax għat-test, jinħarġu restrizzjonijiet fuq il-liċenzja tal-vettura. Waqt li konna fil-post fil-Marsa fejn Transport Malta tagħmel dawn it-testijiet, l-uffiċjali spjegawlna li dawn ivarjaw minn karozza petrol u oħra diesel. L-ewwel pass li jagħmlu hu li jiċċekkjaw il-hoses u jaraw li m’hemmx żejt li niezel minnhom u mbagħad jaraw li m’hemmx evidenza ta’ tbagħbis fil-pompa. Wara dan imbagħad jaraw li s-sistema tal-exhaust ma fihiex ħsarat. Imbagħad jibda t-test permezz tal-magni apposta. Dan isir biss ladarba l-karozza tkun laħqet it-temperatura minima ta’ 60 grad. Joseph Azzopardi, Uffiċjal tal-Infurzar ta’ TM spjega li l-emission test ma jistax isir fuq magna kiesħa. Qal li hawn ħafna li jaħsbu li kif startja l-ġar iħalli daħna kbira warajh. Qal li dik mhix mod li tgħid li qed iddaħħan vettura u trid tilħaq il-working temperature u mbagħad tikkalkula. Qal li kif din it-temperatura tintlaħaq, it-test ikompli billi l-magna titqabbad mal-exhaust pipe u l-magna tieħu l-kalkolu tal-emmissjonijiet tad-dħaħen. Fl-aħħar imbagħad tinħareġ karta mill-magna li tistabbilixxi jekk il-karozza għaddietx mit-test u għalhekk hi tajba għat-triq, jew le. | [
"Transport Malta qed tkompli tagħmel testijiet fuq il-vetturi li jiġi rrapportati mill-pubbliku li jkunu qed idaħħnu żżejjed.",
"Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-pubbliku permezz tal-SMS irrapporta aktar minn 5,000 karozza iżda ssejħu għat-test inqas minn mija.",
"L-interess tal-pubbliku li ma jkunx hawn karrozzi li jdaħħnu hija evidenti mill-fatt li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-pubbliku bagħat 5,700 sms lil Trasport Malta biex jirrapporta karrozzi jdaħħnu.",
"Il-Perit Audrey Testaferrata Denoto minn Transport Malta spjegat li l-pubbliku għadu jista’ jirrapporta karozzi li jdaħħnu b’mod eċċessiv b’SMS.",
"Qalet li kull SMS jidħol f’sistema kompjuterizzata.",
"Hija spjegat li meta jkollhom vettura li n-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha ikollha tliet rapporti fuqha fi żmien tliet xhur tiġi identifikata biex titla’ għal spezzjoni, fejn sid il-vettura jirċievi notifika d-dar biex itella’ l-vettura għal spezzjoni.",
"Qalet li jekk il-vettura tgħaddi mit-test, jiġifieri l-emissions jilħqu l-livelli stabbiliti, il-proċess jieqaf hemmhekk.",
"Minn stħarriġ li għamel tvm.com.mt jirriżulta li mill-5,700 rapport li saru fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, 97 karozza biss issejħu minn TM biex isir fuqhom test tal-emmissjonijiet u 11 biss minhom ma laħqux il-livell stabbilit meta ġew spezzjonati mit-tekniċi ta’ TM.",
"Madankollu kull sentejn, kull vettura trid tgħaddi mit-test tal-emissjonijiet bħala parti mit-test tal-vrt. Staqsejna lill-Perit Testaferrata Denoto x’jiġri meta karozza li tkun telgħet għat-test ma tgħaddix.",
"Hija wieġbet li tinħareġ multa u sid il-vettura jingħata appuntament ieħor biex jerġa’ jtellagħha biex tagħmel dan it-test u l-proċess jibqa’ għaddej l-istess sakemm il-vettura tgħaddi mit-test tal-emissions.",
"F’każ li sid il-vettura tintbagħtlu notifika biex itella’ l-karozza għat-test u din ma titlax, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor, u jekk fit-tieni appuntament ukoll ma jitlax għat-test, jinħarġu restrizzjonijiet fuq il-liċenzja tal-vettura.",
"Waqt li konna fil-post fil-Marsa fejn Transport Malta tagħmel dawn it-testijiet, l-uffiċjali spjegawlna li dawn ivarjaw minn karozza petrol u oħra diesel.",
"L-ewwel pass li jagħmlu hu li jiċċekkjaw il-hoses u jaraw li m’hemmx żejt li niezel minnhom u mbagħad jaraw li m’hemmx evidenza ta’ tbagħbis fil-pompa.",
"Wara dan imbagħad jaraw li s-sistema tal-exhaust ma fihiex ħsarat.",
"Imbagħad jibda t-test permezz tal-magni apposta.",
"Dan isir biss ladarba l-karozza tkun laħqet it-temperatura minima ta’ 60 grad.",
"Joseph Azzopardi, Uffiċjal tal-Infurzar ta’ TM spjega li l-emission test ma jistax isir fuq magna kiesħa.",
"Qal li hawn ħafna li jaħsbu li kif startja l-ġar iħalli daħna kbira warajh.",
"Qal li dik mhix mod li tgħid li qed iddaħħan vettura u trid tilħaq il-working temperature u mbagħad tikkalkula.",
"Qal li kif din it-temperatura tintlaħaq, it-test ikompli billi l-magna titqabbad mal-exhaust pipe u l-magna tieħu l-kalkolu tal-emmissjonijiet tad-dħaħen.",
"Fl-aħħar imbagħad tinħareġ karta mill-magna li tistabbilixxi jekk il-karozza għaddietx mit-test u għalhekk hi tajba għat-triq, jew le."
] | 7www.tvm.com.mt
| 34,843 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/57252/agius_saliba_matur_kopresident_talintergrupp_dwar_issaa_mentali | Agius Saliba maħtur Ko-President tal-Intergrupp dwar is-saħħa mentali | L-MPE tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba ġie maħtur bħala ko-president tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew, Alleanza għas-Saħħa Mentali. L-MPE tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba ġie maħtur bħala ko-president tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew, Alleanza għas-Saħħa Mentali. “Ninsab onorat bir-responsabbiltajiet u l-fiduċja mogħtija lili mill-Intergrupp dwar is-saħħa mentali. Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika. Huwa importanti għall-individwi, il-familji tagħhom, is-sistema tas-saħħa u dik soċjali, is-soċjetà, u l-ekonomija," saħaq Agius Saliba. Żied jgħid li, “sfortunatament, is-saħħa mentali kienet ferm injorata u mdawra bl-istigma. Wasal iż-żmien li tinbidel din id-direzzjoni, tissaħħaħ il-vuċi tas-settur tas-saħħa mentali, u jiġu pprovduti miżuri u politiki adegwati fil-livell Ewropew." Fuq l-istess nota huwa tenna jgħid li I-Unjoni Ewropea għandha tiffoka aktar fuq il-prevenzjoni ta’ problemi ta’ saħħa mentali. "Ninsab kuntent ħafna li l-ġimgħa li għaddiet, il-Parlament Ewropew approva r-rakkomandazzjoni tiegħ i dwar id-dritt li wieħed jaqta’ l-konnettivita’ diġitali personali bħala parti minn 'Rapport dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-Żona Ewro.' Fil-qasam tal-impjiegi, id-dritt ta’ skonnessjoni diġitali bla dubju huwa pass importanti lejn titjib sostanzjali fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod pożittiv fil-mixja lejn saħħa mentali aħjar għall-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea," spjega Agius Saliba. Matul l-ewwel laqgħa tal-Intergrupp għall-mandat parlamentari l-ġdid, l-MPE Alex Agius Saliba ikkopresieda diskussjoni ma’ rappreżentanti ta’ mija u għoxrin organizzazzjoni u istituzzjoni ta’ politika relatati mas-saħħa. Is-seduta ta’ smigħ flimkien mal-Global Alliance of Mental Ilness Advocacy Networks (GAMIAN-Europe) kellha l-għan li tiskambja u tikkondividi l-prijoritajiet, l-ideat u l-proposti konkreti fil-livell tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali. Il-MPE Agius Saliba qal li l-konklużjonijiet tal-laqgħa ser jiggwidaw il-ħidma tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew. Matul id-diskors tiegħu, huwa saħaq li sfortunatament l-enfasi fuq is-saħħa mentali qiegħda dejjem tonqos, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali, fi żmien meta l-Ewropa qiegħda tirreġistra it-tieni l-akbar rata ta’ mewt permezz ta' suwiċidju fil-grupp ta’ persuni b’etajiet ta’ bejn 15 u 29 sena, xi ħaġa li skont Agius Saliba hija inkwetanti ferm. “Aktar minn qatt qabel, irridu nintegraw is-saħħa mentali bħala prijorità fil-politiki differenti tas-saħħa u dawk soċjali. Irridu wkoll nikkunsidraw riskji emerġenti ġodda fuq is-saħħa mentali marbuta mat-teknoloġiji diġitali ġodda. U biex nagħmlu dan neħtieġu appoġġ finanzjarju mill-Istituzzjonijiet Ewropej fejn jidħlu inizjattivi ġodda tas-Saħħa Mentali," qal Alex Agius Saliba. Fl-aħħar nett huwa saħaq li fil-ħames snin li ġejjin, l-Intergrupp se jaħdem lejn l-iżvilupp ta’ politiki sodi tal-Unjoni Ewropea mmirati lejn il-prevenzjoni tal-mard mentali u l-iżgurar ta’ servizzi xierqa, ta’ kwalità għolja u kura ċċentrata fuq l-individwu, li jagħtu s-setgħa lil dawk affettwati. | [
"L-MPE tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba ġie maħtur bħala ko-president tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew, Alleanza għas-Saħħa Mentali.",
"L-MPE tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba ġie maħtur bħala ko-president tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew, Alleanza għas-Saħħa Mentali.",
"“Ninsab onorat bir-responsabbiltajiet u l-fiduċja mogħtija lili mill-Intergrupp dwar is-saħħa mentali.",
"Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika.",
"Huwa importanti għall-individwi, il-familji tagħhom, is-sistema tas-saħħa u dik soċjali, is-soċjetà, u l-ekonomija,\" saħaq Agius Saliba.",
"Żied jgħid li, “sfortunatament, is-saħħa mentali kienet ferm injorata u mdawra bl-istigma.",
"Wasal iż-żmien li tinbidel din id-direzzjoni, tissaħħaħ il-vuċi tas-settur tas-saħħa mentali, u jiġu pprovduti miżuri u politiki adegwati fil-livell Ewropew.\"",
"Fuq l-istess nota huwa tenna jgħid li I-Unjoni Ewropea għandha tiffoka aktar fuq il-prevenzjoni ta’ problemi ta’ saħħa mentali.",
"\"Ninsab kuntent ħafna li l-ġimgħa li għaddiet,",
"il-Parlament Ewropew approva r-rakkomandazzjoni tiegħ",
"i dwar id-dritt li wieħed jaqta’ l-konnettivita’ diġitali personali bħala parti minn 'Rapport dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-Żona Ewro.'",
"Fil-qasam tal-impjiegi, id-dritt ta’ skonnessjoni diġitali bla dubju huwa pass importanti lejn titjib sostanzjali fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod pożittiv fil-mixja lejn saħħa mentali aħjar għall-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea,\" spjega Agius Saliba.",
"Matul l-ewwel laqgħa tal-Intergrupp għall-mandat parlamentari l-ġdid, l-MPE Alex Agius Saliba ikkopresieda diskussjoni ma’ rappreżentanti ta’ mija u għoxrin organizzazzjoni u istituzzjoni ta’ politika relatati mas-saħħa.",
"Is-seduta ta’ smigħ flimkien mal-Global Alliance of Mental Ilness Advocacy Networks (GAMIAN-Europe) kellha l-għan li tiskambja u tikkondividi l-prijoritajiet, l-ideat u l-proposti konkreti fil-livell tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali.",
"Il-MPE Agius Saliba qal li l-konklużjonijiet tal-laqgħa ser jiggwidaw il-ħidma tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew.",
"Matul id-diskors tiegħu, huwa saħaq li sfortunatament l-enfasi fuq is-saħħa mentali qiegħda dejjem tonqos, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali, fi żmien meta l-Ewropa qiegħda tirreġistra it-tieni l-akbar rata ta’ mewt permezz ta' suwiċidju fil-grupp ta’ persuni b’etajiet ta’ bejn 15 u 29 sena, xi ħaġa li skont Agius Saliba hija inkwetanti ferm.",
"“Aktar minn qatt qabel, irridu nintegraw is-saħħa mentali bħala prijorità fil-politiki differenti tas-saħħa u dawk soċjali.",
"Irridu wkoll nikkunsidraw riskji emerġenti ġodda fuq is-saħħa mentali marbuta mat-teknoloġiji diġitali ġodda.",
"U biex nagħmlu dan neħtieġu appoġġ finanzjarju mill-Istituzzjonijiet Ewropej fejn jidħlu inizjattivi ġodda tas-Saħħa Mentali,\" qal Alex Agius Saliba.",
"Fl-aħħar nett huwa saħaq li fil-ħames snin li ġejjin, l-Intergrupp se jaħdem lejn l-iżvilupp ta’ politiki sodi tal-Unjoni Ewropea mmirati lejn il-prevenzjoni tal-mard mentali u l-iżgurar ta’ servizzi xierqa, ta’ kwalità għolja u kura ċċentrata fuq l-individwu, li jagħtu s-setgħa lil dawk affettwati."
] | 6www.illum.com.mt
| 8,069 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2016/08/18/tal-olimpjadi-jitimghu-lil-min-hu-bil-guh/ | Tal-Olimpjadi jitimgħu lil min hu bil-ġuħ | L-Olimpjadi ġew u kważi għaddew u għall-popolazzjoni fqira fil-Brażil jaf dawn il-logħob ma fissru xejn għaliex baqgħu fejn kienu. Iżda mhux kollox imċajpar għalihom. Dan hekk kif numru ta' kokijiet ta' fama internazzjonali li jsajru bil-qies lill-atleti, servew ikel lil dawk foqra f'Rio de Janeiro. Filfatt fil-villaġġ Olimpiku fejn jgħixu l-atleti, tħalla numru sew ta' ikel, li minflok intrema, kien biżżejjed biex almenu numru ta' foqra li jterqu fil-belt Brażiljana setgħu jieklu l-aqwa ikla li qatt kielu f'ħajjithom. | [
"L-Olimpjadi ġew u kważi għaddew u għall-popolazzjoni fqira fil-Brażil jaf dawn il-logħob ma fissru xejn għaliex baqgħu fejn kienu.",
"Iżda mhux kollox imċajpar għalihom.",
"Dan hekk kif numru ta' kokijiet ta' fama internazzjonali li jsajru bil-qies lill-atleti, servew ikel lil dawk foqra f'Rio de Janeiro.",
"Filfatt fil-villaġġ Olimpiku fejn jgħixu l-atleti, tħalla numru sew ta' ikel, li minflok intrema, kien biżżejjed biex almenu numru ta' foqra li jterqu fil-belt Brażiljana setgħu jieklu l-aqwa ikla li qatt kielu f'ħajjithom."
] | 3one.com.mt
| 28,326 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/strajk-tal-guh-fuq-il-vapuri-tal-captain-morgan-alarm-phone/ | Strajk tal-ġuħ fuq il-vapuri tal-Captain Morgan – Alarm Phone | Għadd ta' persuni li jinsabu abbord żewġ vapuri tal-Captain Morgan fl-ibħra 'l barra mill-kosta Maltija bdew strajk tal-ġuħ. Fuq Twitter l-għaqda Alarm Phone qalet li xi nies abbord dawn iż-żewġ vapuri nrexxielhom jagħmlu kuntatt magħhom. Minħabba s-sitwazzjoni ta' disprazzjoni li jinsabu fiha wħud minnhom bdew strajk tal-ġuħ. Oħrajn ippruvaw itemmu ħajjithom. Il-persuni abbord il-vapuri tal-Captain Morgan qalu li qed tiżdied l-ansjetà. M'hemmx biżżejjed ikel u lanqas m'għandhom kura tas-saħħa adegwata. Appellaw lil Malta biex ittemm dan it-trattament inuman. SOS! Cries for help from Malta's offshore prisons! For weeks, people rescued off Malta's coast are kept on "Captain Morgan" ships. Some have found a way to reach out to us. They say that some started a hunger strike, others attempted to take their own lives out of desperation. pic.twitter.com/NomAG02OgD — Alarm Phone (@alarm_phone) May 19, 2020 Fil-15 ta' Mejju ntbagħat vapur akbar tal-Captain Morgan biex jospità għadd ta' immigrant li ġew salvati mill-baħar. Il-Gvern Malti għadu ma jridx iħalli lill-110 persuna li jinsabu bejn sema' u ilma jinżlu l-art. Malta tibgħat vapur akbar għall-immigranti salvati ll-Prim Ministru Robert Abela ma qalx jekk il-ħaddiema tal-vapuri tal-Captain Morgan, li għandhom l-immigranti fuqhom, humiex qed jitħallsu mill-Gvern. Immigranti fuq Captain Morgan: Il-PM ma jgħidx il-ħaddiema hux imħallsin mill-Gvern | [
"Għadd ta' persuni li jinsabu abbord żewġ vapuri tal-Captain Morgan fl-ibħra 'l barra mill-kosta Maltija bdew strajk tal-ġuħ.",
"Fuq Twitter l-għaqda Alarm Phone qalet li xi nies abbord dawn iż-żewġ vapuri nrexxielhom jagħmlu kuntatt magħhom.",
"Minħabba s-sitwazzjoni ta' disprazzjoni li jinsabu fiha wħud minnhom bdew strajk tal-ġuħ.",
"Oħrajn ippruvaw itemmu ħajjithom.",
"Il-persuni abbord il-vapuri tal-Captain Morgan qalu li qed tiżdied l-ansjetà.",
"M'hemmx biżżejjed ikel u lanqas m'għandhom kura tas-saħħa adegwata.",
"Appellaw lil Malta biex ittemm dan it-trattament inuman.",
"SOS!",
"Cries for help from Malta's offshore prisons!",
"For weeks, people rescued off Malta's coast are kept on \"Captain Morgan\" ships.",
"Some have found a way to reach out to us.",
"They say that some started a hunger strike, others attempted to take their own lives out of desperation. pic.twitter.com/NomAG02OgD — Alarm Phone (@alarm_phone) May 19, 2020",
"Fil-15 ta' Mejju ntbagħat vapur akbar tal-Captain Morgan biex jospità għadd ta' immigrant li ġew salvati mill-baħar.",
"Il-Gvern Malti għadu ma jridx iħalli lill-110 persuna li jinsabu bejn sema' u ilma jinżlu l-art.",
"Malta tibgħat vapur akbar għall-immigranti salvati ll-Prim Ministru Robert Abela ma qalx jekk il-ħaddiema tal-vapuri tal-Captain Morgan, li għandhom l-immigranti fuqhom, humiex qed jitħallsu mill-Gvern.",
"Immigranti fuq Captain Morgan: Il-PM ma jgħidx il-ħaddiema hux imħallsin mill-Gvern"
] | 2newsbook.com.mt
| 7,705 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/58311/moviment_graffitti_ddiapuntat_binnuqqas_ta_bidla_filpolitika_talpompi_talpetrol | Moviment Graffitti ddiżapuntat bin-nuqqas ta' bidla fil-politika tal-pompi tal-petrol | Moviment Graffiti qal li “huwa inevitabbli li nistaqsu x’inhi r-raġuni wara dan id-dewmien kollu u jekk dan hux qed isir biex jitħarsu l-interessi tal-ftit” Fi stqarrija mill-Moviment Graffitti, intqal li l-Moviment kien iddiżappuntat li ma kienx hemm bidla fil-politika tal-pompi tal-petrol, minkejja li sentejn ilu, il-Ministru għall-Ambjent ta’ dak iż-żmien José Herrera talab li jkun hemm bidla. Fi kliem Moviment Graffitti, “għaddew 737 jum minn meta tħabbar li din il-policy ta’ erba’ paġni kollox, kellha tiġi rriveduta.” Kompliet tgħid li l-politika oriġinali tal-2015 kienet “qajmet kontroversja sħiħa minħabba li setgħet twassal għal abbużi u sfreġji ambjentali.” Dan minħabba l-fatt li din il-policy tippermetti l-iżvilupp ta’ pompi tal-petrol ġodda li d-daqs tagħhom jasal sa 3,000m² u li skontu, ħafna drabi jkunu jinkludu faċilitajiet oħra bħal servizzi ta’ car wash, garaxx għat-tiswija tal-karozzi, ħwienet, ATM u kafetteriji. Moviment Graffitti kompla jgħid li waqt li l-awtoritajiet qed ikomplu jaċċettaw applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol, l-awtoritajiet stess qed jippjanaw li naqilbu għal karozzi elettriċi. Semma wkoll il-fatt li skont l-abbozz tal-politika rriveduta, “ħafna mill-applikazzjonijiet pendenti ikunu rrifjutati għax mhumiex konformi mar-rekwiżiti l-ġodda.” Sadanittant, il-ġimgħa li għaddiet, mal-gazzetta ILLUM, il-Ministru il-ġdid għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li se jiftaħ konsultazzjoni dwar kwistjonijiet kontroversjali, fosthom il-pompi tal-petrol Il-Moviment Graffiti fakkar fil-każ tal-pompa tal-petrol tas-Siġġiewi li sejjaħ bħala “assurda” dan għaliex qal li “L-hekk imsejħa ‘rilokazzjoni’ ta’ din il-pompa hija assurda meta tqis li din ħa tkun għaxar darbiet ikbar milli hi (minn 160m² għal 1600m²) fuq art agrikola ODZ biex tinkludi garaxx, uffiċċju, ħanut, car wash u ATM. L-art tagħmel parti minn Wied Xkora, li l-Awtorità tal-Ippjanar stess tinnota li jeħtieġ riġenerazzjoni.” Kompla jgħid li skont l-abbozz tal-politika l-ġdida, din l-applikazzjoni kieku tiġi rrifjutata, u minħabba dan, qal li “huwa inevitabbli li nistaqsu x’inhi r-raġuni wara dan id-dewmien kollu u jekk dan hux qed isir biex jitħarsu l-interessi tal-ftit.” Moviment Graffitti kkonkluda l-istqarrija billi esiġa li l-politika l-ġdida tkun approvata u implimentata minnufih. | [
"Moviment Graffiti qal li “huwa inevitabbli li nistaqsu x’inhi r-raġuni wara dan id-dewmien kollu u jekk dan hux qed isir biex jitħarsu l-interessi tal-ftit”",
"Fi stqarrija mill-Moviment Graffitti, intqal li l-Moviment kien iddiżappuntat li ma kienx hemm bidla fil-politika tal-pompi tal-petrol, minkejja li sentejn ilu, il-Ministru għall-Ambjent ta’ dak iż-żmien José Herrera talab li jkun hemm bidla.",
"Fi kliem Moviment Graffitti, “għaddew 737 jum minn meta tħabbar li din il-policy ta’ erba’ paġni kollox, kellha tiġi rriveduta.”",
"Kompliet tgħid li l-politika oriġinali tal-2015 kienet “qajmet kontroversja sħiħa minħabba li setgħet twassal għal abbużi u sfreġji ambjentali.”",
"Dan minħabba l-fatt li din il-policy tippermetti l-iżvilupp ta’ pompi tal-petrol ġodda li d-daqs tagħhom jasal sa 3,000m² u li skontu, ħafna drabi jkunu jinkludu faċilitajiet oħra bħal servizzi ta’ car wash, garaxx għat-tiswija tal-karozzi, ħwienet, ATM u kafetteriji.",
"Moviment Graffitti kompla jgħid li waqt li l-awtoritajiet qed ikomplu jaċċettaw applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol, l-awtoritajiet stess qed jippjanaw li naqilbu għal karozzi elettriċi.",
"Semma wkoll il-fatt li skont l-abbozz tal-politika rriveduta, “ħafna mill-applikazzjonijiet pendenti ikunu rrifjutati għax mhumiex konformi mar-rekwiżiti l-ġodda.”",
"Sadanittant, il-ġimgħa li għaddiet, mal-gazzetta ILLUM,",
"il-Ministru il-ġdid għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li se jiftaħ konsultazzjoni dwar kwistjonijiet kontroversjali, fosthom il-pompi tal-petrol",
"Il-Moviment Graffiti fakkar fil-każ tal-pompa tal-petrol tas-Siġġiewi li sejjaħ bħala “assurda” dan għaliex qal li “L-hekk imsejħa ‘rilokazzjoni’ ta’ din il-pompa hija assurda meta tqis li din ħa tkun għaxar darbiet ikbar milli hi (minn 160m² għal 1600m²) fuq art agrikola ODZ biex tinkludi garaxx, uffiċċju, ħanut, car wash u ATM.",
"L-art tagħmel parti minn Wied Xkora, li l-Awtorità tal-Ippjanar stess tinnota li jeħtieġ riġenerazzjoni.”",
"Kompla jgħid li skont l-abbozz tal-politika l-ġdida, din l-applikazzjoni kieku tiġi rrifjutata, u minħabba dan, qal li “huwa inevitabbli li nistaqsu x’inhi r-raġuni wara dan id-dewmien kollu u jekk dan hux qed isir biex jitħarsu l-interessi tal-ftit.”",
"Moviment Graffitti kkonkluda l-istqarrija billi esiġa li l-politika l-ġdida tkun approvata u implimentata minnufih."
] | 6www.illum.com.mt
| 22,696 |
press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali | https://newsbook.com.mt/ritratt-oggetti-tal-olokawst-ghall-bejgh-fuq-ebay/ | Ritratt: Oġġetti tal-Olokawst għall-bejgħ fuq ebay | Xkupilji tas-snien, ħwejjeġ, uniformijiet u żraben li kienu jintużaw mil-Lhud fil-kampijiet ta' konċentrament fit-Tieni Gwerra Dinija, huma fost l-affarijiet li tfaċċaw għall-bejgħ fuq ebay fl-aħħar sigħat. Fost l-affarijiet irkantati kien hemm uniformi ta' furnar Pollakk li miet f'wieħed mill-kampijiet u li nbiegħet għal €13,196. Fuq ebay kien hemm ukoll għall-bejgħ faxxex sofor li kienu jilbsu l-Lhud qabel ma jmorru fil-kmamar tal-gass għall-mewt. Jidher li l-affarijiet l-oħra marbuta mal-Olokawst inbegħu ukoll għal mhux inqas mis-somma ta' €13,000. Skont ir-regoli ta' ebay hu illegali li jinbiegħu oġġetti marbuta ma' dan iż-żmien ikrah tal-istorja tal-bniedem. Wara li l-kumpanija ndunat bl-iżball, neħħiet minnufih l-affarijiet mill-irkant u talbet skuża pubblika lil min b'xi mod ġie offiż. Biex tikkumpensa għall-iżball, ebay għamel donazzjoni ta' €30,000 lil għaqda tal-karità. Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok. | [
"Xkupilji tas-snien, ħwejjeġ, uniformijiet u żraben li kienu jintużaw mil-Lhud fil-kampijiet ta' konċentrament fit-Tieni Gwerra Dinija, huma fost l-affarijiet li tfaċċaw għall-bejgħ fuq ebay fl-aħħar sigħat.",
"Fost l-affarijiet irkantati kien hemm uniformi ta' furnar Pollakk li miet f'wieħed mill-kampijiet u li nbiegħet għal €13,196.",
"Fuq ebay kien hemm ukoll għall-bejgħ faxxex sofor li kienu jilbsu l-Lhud qabel ma jmorru fil-kmamar tal-gass għall-mewt.",
"Jidher li l-affarijiet l-oħra marbuta mal-Olokawst inbegħu ukoll għal mhux inqas mis-somma ta' €13,000.",
"Skont ir-regoli ta' ebay hu illegali li jinbiegħu oġġetti marbuta ma' dan iż-żmien ikrah tal-istorja tal-bniedem.",
"Wara li l-kumpanija ndunat bl-iżball, neħħiet minnufih l-affarijiet mill-irkant u talbet skuża pubblika lil min b'xi mod ġie offiż.",
"Biex tikkumpensa għall-iżball, ebay għamel donazzjoni ta' €30,000 lil għaqda tal-karità.",
"Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,049 |
press, news, Lifestyle, Kurżitajiet, Televiżjoni | https://newsbook.com.mt/xsigriet-hemm-fil-gizirana-tar-rubini/ | X'sigriet hemm fil-ġiżirana tar-rubini? | L-ewwel żewġ puntati mis-sensiela Rubini se jixxandru llejla fuq l-istazzjon Net mid-8.45pm 'il-quddiem. Andrei Grech, Sharon Calleja, Dorian Micallef, Andrew Attard, Ronnie Galea, Sandra Davis u Tania Bartolo huma fost il-protagonisti ta' din is-sensiela. Fl-ewwel episodju tal-lejla nibdew niskopru għalfejn qegħdin jinstemgħu ħsejjes strambi u jidhru d-dellijiet f'Villa Zammit? Samantha teħodna fil-passat tagħha biex naraw minn xiex għaddiet li wassal għal dawn l-avvenimenti sopranaturali. X'sigriet hemm mistur fil-ġiżirana sabiħa tar-rubini li Robbie taha fil-lejl ta' għeluq sninha? Tgħid bejnha u bejnu hemm xi ħaġa iktar minn hbiberija? X'qegħda tissuspetta Paola? Min huma Karl u Owen? X'rabta hemm bejnhom u bejn John Demanuele? Wara l-waqfa fl-10pm għal Net News jixxandar it-tieni episodju minn din is-sensiela. Niskopru għalfejn huma nkwetati John u Paola Demanuele? Tgħid minħabba s-suspetti li għandhom li binthom jista' jkollha relazzjoni mat-tifel ta' Xandru? Jew hemm xi ħaġa oħra wkoll li qegħda tinkwetaħhom? John qed jigi rikattat minn Karl u Owen. Samantha u Robbie kuntenti ħafna li l-ħbiberija tagħhom nibtet f'imħabba kbira. Il-gang ta' Jurgen "Ix-Xafra" jagħmlu serqa ta' karozza. Però Bobby jkun ħa zball u nsterqet karozza b'oħra. X'jiġri malli Jurgen jinduna? | [
"L-ewwel żewġ puntati mis-sensiela Rubini se jixxandru llejla fuq l-istazzjon Net mid-8.45pm 'il-quddiem.",
"Andrei Grech, Sharon Calleja, Dorian Micallef, Andrew Attard, Ronnie Galea, Sandra Davis u Tania Bartolo huma fost il-protagonisti ta' din is-sensiela.",
"Fl-ewwel episodju tal-lejla nibdew niskopru għalfejn qegħdin jinstemgħu ħsejjes strambi u jidhru d-dellijiet f'Villa Zammit?",
"Samantha teħodna fil-passat tagħha biex naraw minn xiex għaddiet li wassal għal dawn l-avvenimenti sopranaturali.",
"X'sigriet hemm mistur fil-ġiżirana sabiħa tar-rubini li Robbie taha fil-lejl ta' għeluq sninha?",
"Tgħid bejnha u bejnu hemm xi ħaġa iktar minn hbiberija?",
"X'qegħda tissuspetta Paola?",
"Min huma Karl u Owen?",
"X'rabta hemm bejnhom u bejn John Demanuele?",
"Wara l-waqfa fl-10pm għal Net News jixxandar it-tieni episodju minn din is-sensiela.",
"Niskopru għalfejn huma nkwetati John u Paola Demanuele?",
"Tgħid minħabba s-suspetti li għandhom li binthom jista' jkollha relazzjoni mat-tifel ta' Xandru?",
"Jew hemm xi ħaġa oħra wkoll li qegħda tinkwetaħhom?",
"John qed jigi rikattat minn Karl u Owen.",
"Samantha u Robbie kuntenti ħafna li l-ħbiberija tagħhom nibtet f'imħabba kbira.",
"Il-gang ta' Jurgen \"Ix-Xafra\" jagħmlu serqa ta' karozza.",
"Però Bobby jkun ħa zball u nsterqet karozza b'oħra.",
"X'jiġri malli Jurgen jinduna?"
] | 2newsbook.com.mt
| 6,922 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/57232/omtzigt_jallega_li_lpulizija_maltija_rrifjutat_evidenza_dwar_ilqtil_ta_caruana_galizia | Omtzigt jallega li l-Pulizija Maltija rrifjutat evidenza dwar il-qtil ta' Caruana Galizia | Omtzigt qal dan mal-ġurnal The Guardian u li fih jakkuża wkoll lill-PM li attakkah verbalment għax qed isegwi dan il-każ Pieter Omtzigt li huwa rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropea, f’kummenti ma’ The Guardian, qajjem “dubji serji” dwar l-investigazzjoni tal-Pulizija Maltija fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Meta kien qed jitkellem mal-ġurnal, fit-tieni anniversarju mill-mewt ta’ Caruana Galizia, Pieter Omtzigt saħansitra saħaq li l-awtoritajiet Maltin setgħu ma aċċettawx evidenza li setgħet tefgħet dawl fuq min seta’ kien il-moħħ wara l-qtil. Fi kliemu anke jekk uffiċjali individwali qed jagħmlu l-almu tagħhom, il-Korp tal-Pulizija b’mod ġenerali u l-politiċi responsabbli minnu, mhux iżommu mal-wiegħda tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-awtoritajiet se jagħmlu dak kollu possibbli biex isolvu l-każ. Omtzigt għamel referenza għal rapporti fuq midja lokali u li sa issa għadhom ma ġewx approvati, li wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil, jiġifieri Vince Muscat, lest jagħti informazzjoni sensittiva. Skont Omtzigt, sa issa, l-awtoritajiet Maltin għadhom ma qablux jekk titnaqqaslux is-sentenza jekk jikxef informazzjoni. Omtzigt saħansitra saħaq li huwa mħasseb li la Vince Muscat, la l-avukat tiegħu u lanqas dawk involuti, ma ngħataw il-protezzjoni adegwata. Huwa jkompli b’lista ta’ tħassib dwar il-każ, fost dawn saħaq li ma jistax jifhem kif il-Pulizija Maltija ma talbitx lill-Pulizija Ġermaniża għal informazzjoni mil-laptop ta’ Caruana Galizia. Fakkar ukoll li l-eks Kap tal-Europol lmenta dwar nuqqas ta’ koperazzjoni mill-pulizija Maltija. Omtizgt jgħid ukoll li minħabba l-interess tiegħu fil-każ spiċċa attakkat verbalment mill-Prim Ministru u anke rċieva theddid. The Guardian saħqet li kemm l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anke l-Pulizija rrifjutaw li jikkummentaw. | [
"Omtzigt qal dan mal-ġurnal The Guardian u li fih jakkuża wkoll lill-PM li attakkah verbalment għax qed isegwi dan il-każ",
"Pieter Omtzigt li huwa rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropea, f’kummenti ma’ The Guardian, qajjem “dubji serji” dwar l-investigazzjoni tal-Pulizija Maltija fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.",
"Meta kien qed jitkellem mal-ġurnal, fit-tieni anniversarju mill-mewt ta’ Caruana Galizia, Pieter Omtzigt saħansitra saħaq li l-awtoritajiet Maltin setgħu ma aċċettawx evidenza li setgħet tefgħet dawl fuq min seta’ kien il-moħħ wara l-qtil.",
"Fi kliemu anke jekk uffiċjali individwali qed jagħmlu l-almu tagħhom, il-Korp tal-Pulizija b’mod ġenerali u l-politiċi responsabbli minnu, mhux iżommu mal-wiegħda tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-awtoritajiet se jagħmlu dak kollu possibbli biex isolvu l-każ.",
"Omtzigt għamel referenza għal rapporti fuq midja lokali u li sa issa għadhom ma ġewx approvati, li wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil, jiġifieri Vince Muscat, lest jagħti informazzjoni sensittiva.",
"Skont Omtzigt, sa issa, l-awtoritajiet Maltin għadhom ma qablux jekk titnaqqaslux is-sentenza jekk jikxef informazzjoni.",
"Omtzigt saħansitra saħaq li huwa mħasseb li la Vince Muscat, la l-avukat tiegħu u lanqas dawk involuti, ma ngħataw il-protezzjoni adegwata.",
"Huwa jkompli b’lista ta’ tħassib dwar il-każ, fost dawn saħaq li ma jistax jifhem kif il-Pulizija Maltija ma talbitx lill-Pulizija Ġermaniża għal informazzjoni mil-laptop ta’ Caruana Galizia.",
"Fakkar ukoll li l-eks Kap tal-Europol lmenta dwar nuqqas ta’ koperazzjoni mill-pulizija Maltija.",
"Omtizgt jgħid ukoll li minħabba l-interess tiegħu fil-każ spiċċa attakkat verbalment mill-Prim Ministru u anke rċieva theddid.",
"The Guardian saħqet li kemm l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anke l-Pulizija rrifjutaw li jikkummentaw."
] | 6www.illum.com.mt
| 21,472 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2016/08/28/300000-immigrant-mistenni-jidhol-il-germanja/ | 300,000 immigrant mistenni jidħol il-Ġermanja | Il-Ġermanja qed tistenna li matul din is-sena, fil-pajjiż se jaslu mat-300,000 immigrant. Dan skont il-Kap tal-Uffiċċju Federali għall-Migrazzjoni u r-Refuġjati. Frank Juergen Weise sostna li jekk aktar nies jaslu fil-pajjiż, l-uffiċċju tiegħu se jaffaċċja problemi u diffikultajiet kbar. Però qal li jinsab kunfidenti li n-numru t'immigranti li jaslu fil-Ġermanja mhux se jaqbeż dak stmat. Is-sena li għaddiet, il-Ġermanja rċeviet aktar minn miljun immigrant, l-aktar mil-Lvant Nofsani, mill-Afghanistan u mill-Afrika. Il-Ministeru għall-Intern Ġermaniż qal li huma kważi 400,000 ruħ li applikaw għall-ażil fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Minħabba diż-żieda qawwija t'immigranti, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qed taffaċċja kritika qawwija għall-politika tagħha fuq l-immigrazzjoni, filwaqt li l-appoġġ għall-gruppi kontra l-immigrazzjoni fil-pajjiż kiber b'mod drastiku. | [
"Il-Ġermanja qed tistenna li matul din is-sena, fil-pajjiż se jaslu mat-300,000 immigrant.",
"Dan skont il-Kap tal-Uffiċċju Federali għall-Migrazzjoni u r-Refuġjati.",
"Frank Juergen Weise sostna li jekk aktar nies jaslu fil-pajjiż, l-uffiċċju tiegħu se jaffaċċja problemi u diffikultajiet kbar.",
"Però qal li jinsab kunfidenti li n-numru t'immigranti li jaslu fil-Ġermanja mhux se jaqbeż dak stmat.",
"Is-sena li għaddiet, il-Ġermanja rċeviet aktar minn miljun immigrant, l-aktar mil-Lvant Nofsani, mill-Afghanistan u mill-Afrika.",
"Il-Ministeru għall-Intern Ġermaniż qal li huma kważi 400,000 ruħ li applikaw għall-ażil fl-ewwel sitt xhur tas-sena.",
"Minħabba diż-żieda qawwija t'immigranti, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qed taffaċċja kritika qawwija għall-politika tagħha fuq l-immigrazzjoni, filwaqt li l-appoġġ għall-gruppi kontra l-immigrazzjoni fil-pajjiż kiber b'mod drastiku."
] | 3one.com.mt
| 28,321 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/l-hsbc-ma-jridx-aktar-flus-tal-laghba/ | L-HSBC ma jridx aktar flus tal-lagħba | Il-Bank HSBC b’deċiżjoni globali mhux se jibqa’ jagħti s-servizzi finanzjarji tiegħu lil kumpaniji li jorganizzaw il-logħob. Id-deċiżjoni wasslet ukoll f’Malta u fost id-diversi kumpaniji li se jkollhom ibiddlu l-bank tagħhom hemm il-kumpanija Maltco Lotteries li f’ċirkulari infurmat lir-reċevituri tal-lotto li mix-xahar id-dieħel iridu isibu bank ieħor għat-tranżazzjonijiet finanzjarji magħha minħabba li l-HSBC mhux se jkompli jżomm il-kontijiet tal-kumpaniji li jorganizzaw il-logħob. Kelliem għall-HSBC Malta kkonferma d-deċiżjoni tal-HSBC globali. Il-kelliem tal-bank qal li din id-deċiżjoni hija b’riżultat ta’ programm ta’ assessjar strateġiku fin-negozju tiegħu. Il-kelliem sostna li wara reviżjoni qawwija, l-HSBC ħa d-deċiżjoni li jillimita l-involviment tiegħu mas-settur tal-logħob tal-ażżard. huwa infurmata li xi xhur ilu anke diversi banek Franċżi ħadu l-istess deċiżjoni milli jidher biex inaqqsu r-riskji tagħhom. | [
"Il-Bank HSBC b’deċiżjoni globali mhux se jibqa’ jagħti s-servizzi finanzjarji tiegħu lil kumpaniji li jorganizzaw il-logħob.",
"Id-deċiżjoni wasslet ukoll f’Malta u fost id-diversi kumpaniji li se jkollhom ibiddlu l-bank tagħhom hemm il-kumpanija Maltco Lotteries li f’ċirkulari infurmat lir-reċevituri tal-lotto li mix-xahar id-dieħel iridu isibu bank ieħor għat-tranżazzjonijiet finanzjarji magħha minħabba li l-HSBC mhux se jkompli jżomm il-kontijiet tal-kumpaniji li jorganizzaw il-logħob.",
"Kelliem għall-HSBC Malta kkonferma d-deċiżjoni tal-HSBC globali.",
"Il-kelliem tal-bank qal li din id-deċiżjoni hija b’riżultat ta’ programm ta’ assessjar strateġiku fin-negozju tiegħu.",
"Il-kelliem sostna li wara reviżjoni qawwija, l-HSBC ħa d-deċiżjoni li jillimita l-involviment tiegħu mas-settur tal-logħob tal-ażżard.",
"huwa infurmata li xi xhur ilu anke diversi banek Franċżi ħadu l-istess deċiżjoni milli jidher biex inaqqsu r-riskji tagħhom."
] | 7www.tvm.com.mt
| 34,277 |
news, press | https://netnews.com.mt/2020/04/02/ktieb-rigal-bavventura-helwa-ghat-tfal-waqt-li-qeghdin-id-dar-jista-jitnizzel-bla-hlas-minn-kulhadd/ | Ktieb rigal b’avventura ħelwa għat-tfal waqt li qegħdin id-dar – Jista’ jitniżżel bla ħlas minn kulħadd | Il-kittieb u illustratur Ġorġ Mallia kiteb ktieb ta’ avventura għat-tfal, mibni fuq il-kuntest ta’ bħalissa, jiġifieri li t-tfal qegħdin id-dar minħabba li l-iskejjel huma kollha magħluqa. Fil-ktieb, iż-żewġ protagonisti żgħar, Melanie u Karl, isibu ruħhom f’din is-sitwazzjoni u jkollhom diffikultà kbira jifhmu x’se jaqbdu jagħmlu maqfulin id-dar. Imma s-sitwazzjoni tinbidel meta żżur lil Melanie t-tifla li dwarha tkun qed taqra fi ktieb. U minn hemm tibda avventura fantastika li tista’ ssalva dinja, u anke tgħallem lit-tfal xi ħaġa dwarhom infushom li qatt ma kienu jafu. Ġorġ Mallia kiteb dan il-ktieb apposta biex, fil-forma elettronika .pdf, jingħata b’xejn bħala rigal lit-tfal kollha Maltin u Għawdxin, li jkunu jistgħu jniżżluh u jaqrawh fuq il-kompjuters, tablets jew smartphones tagħhom. Huwa rigal li jgħinhom jgħaddu l-ħin waqt li qegħdin id-dar, u fl-istess ħin jipprovdilhom qari li jogħġobhom, u li hu topiku għaż-żmien li għaddejjin minnu. Il-ktieb jista’ jitniżżel b’xejn minn http://www.gorgmallia.com/avventura.html Ninkoraġixxu lil kulħadd biex jaqrah u jxerrdu kemm jista’, u nittamaw li jkun hawn inizjattivi oħrajn bħal din minn kittieba oħra. | [
"Il-kittieb u illustratur Ġorġ Mallia kiteb ktieb ta’ avventura għat-tfal, mibni fuq il-kuntest ta’ bħalissa, jiġifieri li t-tfal qegħdin id-dar minħabba li l-iskejjel huma kollha magħluqa.",
"Fil-ktieb, iż-żewġ protagonisti żgħar, Melanie u Karl, isibu ruħhom f’din is-sitwazzjoni u jkollhom diffikultà kbira jifhmu x’se jaqbdu jagħmlu maqfulin id-dar.",
"Imma s-sitwazzjoni tinbidel meta żżur lil Melanie t-tifla li dwarha tkun qed taqra fi ktieb.",
"U minn hemm tibda avventura fantastika li tista’ ssalva dinja, u anke tgħallem lit-tfal xi ħaġa dwarhom infushom li qatt ma kienu jafu.",
"Ġorġ Mallia kiteb dan il-ktieb apposta biex, fil-forma elettronika .pdf, jingħata b’xejn bħala rigal lit-tfal kollha Maltin u Għawdxin, li jkunu jistgħu jniżżluh u jaqrawh fuq il-kompjuters, tablets jew smartphones tagħhom.",
"Huwa rigal li jgħinhom jgħaddu l-ħin waqt li qegħdin id-dar, u fl-istess ħin jipprovdilhom qari li jogħġobhom, u li hu topiku għaż-żmien li għaddejjin minnu.",
"Il-ktieb jista’ jitniżżel b’xejn minn",
"http://www.gorgmallia.com/avventura.html",
"Ninkoraġixxu lil kulħadd biex jaqrah u jxerrdu kemm jista’, u nittamaw li jkun hawn inizjattivi oħrajn bħal din minn kittieba oħra."
] | 1netnews.com.mt
| 3,836 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/03/08/il-president-tghid-li-hu-inaccettabbli-li-n-nisa-ma-jithallsux-daqs-l-irgiel-ghall-istess-xoghol/ | Il-President tgħid li hu inaċċettabbli li n-nisa ma jitħallsux daqs l-irġiel għall-istess xogħol | Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li Jum il-Mara għandu jkun ċelebrazzjoni tad-drittijiet umani universali li huma fundamentali għall-parteċipazzjoni sħiħa u ħielsa tan-nisa fil-ħajja soċjali, politika u ekonomika ta’ Malta. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, li ġie ċċelebrat ilbieraħ, il-President qalet li hemm bżonn aktar ħidma biex tkun indirizzata l-kwistjoni tad-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel li qed jagħmlu l-istess kwalità ta’ xogħol. Hija saħqet li dawn id-diskrepanzi huma inaċċettabbli u li għandhom effetti negattivi fuq livell nazzjonali, liema effetti jħallu effetti tul il-ħajja tan-nisa. F’dan l-isfond soċjali, il-President tenniet li hemm bżonn li tingħaraf l-urġenza li n-nisa jkunu mudell viżibbli fis-soċjetà Maltija biex iħajru lill-bniet u lin-nisa żgħażagħ jersqu ‘l quddiem biex jipparteċipaw fl-oqsma kollha tal-ħajja. Hija qalet li jekk ikun hemm in-nisa f’pożizzjonijiet ta’ awtorità u ta’ tmexxija tista’ tinbidel il-perċezzjoni pubblika u tinħoloq aktar kuxjenza dwar min jista’ jmexxi u l-kwalitajiet li huma importanti fir-rwoli tat-tmexxija effettiva. Saħet li n-nuqqas tar-rappreżentanza femminili fit-tmexxija qed ikollha effetti negattivi. Hija ddeskriviet it-8 ta’ Marzu bħala l-mument ta’ ċelebrazzjoni tal-kontribut mill-aqwa li jagħtu n-nisa ta’ kuljum fil-komunitajiet u fis-soċjetà tagħna. Fl-okkażjoni ta’ dan il-jum hija nkoraġġixiet lin-nisa kollha biex jersqu ‘l quddiem u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bil-għan li jkunu huma stess li jdawlu l-mod ta’ kif ikunu indirizzati l-isfidi tal-inugwaljanzi. | [
"Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li Jum il-Mara għandu jkun ċelebrazzjoni tad-drittijiet umani universali li huma fundamentali għall-parteċipazzjoni sħiħa u ħielsa tan-nisa fil-ħajja soċjali, politika u ekonomika ta’ Malta.",
"Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, li ġie ċċelebrat ilbieraħ, il-President qalet li hemm bżonn aktar ħidma biex tkun indirizzata l-kwistjoni tad-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel li qed jagħmlu l-istess kwalità ta’ xogħol.",
"Hija saħqet li dawn id-diskrepanzi huma inaċċettabbli u li għandhom effetti negattivi fuq livell nazzjonali, liema effetti jħallu effetti tul il-ħajja tan-nisa.",
"F’dan l-isfond soċjali, il-President tenniet li hemm bżonn li tingħaraf l-urġenza li n-nisa jkunu mudell viżibbli fis-soċjetà Maltija biex iħajru lill-bniet u lin-nisa żgħażagħ jersqu ‘l quddiem biex jipparteċipaw fl-oqsma kollha tal-ħajja.",
"Hija qalet li jekk ikun hemm in-nisa f’pożizzjonijiet ta’ awtorità u ta’ tmexxija tista’ tinbidel il-perċezzjoni pubblika u tinħoloq aktar kuxjenza dwar min jista’ jmexxi u l-kwalitajiet li huma importanti fir-rwoli tat-tmexxija effettiva.",
"Saħet li n-nuqqas tar-rappreżentanza femminili fit-tmexxija qed ikollha effetti negattivi.",
"Hija ddeskriviet it-8 ta’ Marzu bħala l-mument ta’ ċelebrazzjoni tal-kontribut mill-aqwa li jagħtu n-nisa ta’ kuljum fil-komunitajiet u fis-soċjetà tagħna.",
"Fl-okkażjoni ta’ dan il-jum hija nkoraġġixiet lin-nisa kollha biex jersqu ‘l quddiem u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bil-għan li jkunu huma stess li jdawlu l-mod ta’ kif ikunu indirizzati l-isfidi tal-inugwaljanzi."
] | 1netnews.com.mt
| 94 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/56252/qabad_jagti_lil_pulizija_gax_asbu_laggressur_li_attakkah_qabel | Qabad jagħti lil pulizija għax ħasbu l-aggressur li attakkah qabel | Żagħżugħ jingħata sena ħabs sospiża meta aggredixxa pulizija f'Paceville 'bi żball' Żagħżugħ mill-Etjopja nfaqa' jibki fl-awla llum hekk kif kien akkużat illi attakka pulizija f'Paceville, f'dak li rriżulta illi kien każ ta' identità żbaljata. Ir-raġel ta' 18-il sena, jirriżulta kien attakkat hu stess u mitfugħ mal-art. F'dan il-punt pulizija mar biex jagħti l-għajnuna u minflok l-akkużat attakkah, bir-riżultat li dan spiċċa lejl il-lock up. L-avukat difensur Leontine Calleja spjegat lill-Qorti illi l-akkużat ħaseb illi l-Pulizija kien l-aggressur u attakkah, dan minħabba li kemm l-aggressur tal-akkużat u anke l-Pulizija kienu lebsin ilbies blu. "Mhuwiex raġel vjolenti," sostniet l-avukat difensur. Il-Maġistrat Farrugia Frendo tat lir-raġel sentenza ta' sena ħabs sospiża. | [
"Żagħżugħ jingħata sena ħabs sospiża meta aggredixxa pulizija f'Paceville 'bi żball'",
"Żagħżugħ mill-Etjopja nfaqa' jibki fl-awla llum hekk kif kien akkużat illi attakka pulizija f'Paceville, f'dak li rriżulta illi kien każ ta' identità żbaljata.",
"Ir-raġel ta' 18-il sena, jirriżulta kien attakkat hu stess u mitfugħ mal-art.",
"F'dan il-punt pulizija mar biex jagħti l-għajnuna u minflok l-akkużat attakkah, bir-riżultat li dan spiċċa lejl il-lock up.",
"L-avukat difensur Leontine Calleja spjegat lill-Qorti illi l-akkużat ħaseb illi l-Pulizija kien l-aggressur u attakkah, dan minħabba li kemm l-aggressur tal-akkużat u anke l-Pulizija kienu lebsin ilbies blu.",
"\"Mhuwiex raġel vjolenti,\" sostniet l-avukat difensur.",
"Il-Maġistrat Farrugia Frendo tat lir-raġel sentenza ta' sena ħabs sospiża."
] | 6www.illum.com.mt
| 21,458 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/l-ispeaker-mitlub-jaghti-ruling-dwar-xhieda-tal-avukat-generali/ | L-Ispeaker mitlub jagħti ruling dwar xhieda tal-Avukat Ġenerali | L-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ntalab jagħti ruling dwar jekk kienx hemm limitazzjoni f’dak li jista’ jixhed l-Avukat Ġenerali bħala xhud fil-każ tal-kawża li tinvolvi l-Australia Hall u l-Marsa Shipbuilding li l-Gvern ċeda fi transazzjoni s-sena li għaddiet. Ir-ruling intalan miċ-Chairman tal-Kumitat għall-kontijiet Pubbliċi Tonio Fenech wara li l-eks-minsitru Jason Azzopardi qal li seta’ jeżenta lill-Avukat Ġenerali Peter Grech mis-sigriet professjonali dwar x’għadda bejnu u l-Avukat Ġenerali meta nfetħet il-kawża biex l-Australia Hall tittieħed lura mill-Partit Laburista wara li kienet instabet fi stat dilapidat. Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis qal li ma setax jinkiser is-sigriet professjonali bejn l-Avuakt Ġenerali u l-Gvern bħala l-klijent tiegħu. Jekk dan jitneħħa kien ikollu konsegwenzi anki fuq każijiet oħrajn. Huwa oġġezzjona li l-Avuakt Ġenerali jwieġeb mistoqsijiet li jwasslu biex jinkixef is-sigriet professjonali bejnu u l-Gvern bħala l-klijent tiegħu. Żied jgħid li xorta waħda l-Avukat Ġenerali seta’ jagħti apprezzament tal-merti tal-kawża. Min-naħa tieħu l-Avuakt Ġenerali Petrer Grech qal li bħala l-avukat huwa jagħti pariri fuq dak li jitlob il-Gvern bħala l-klijent tiegħu iżda id-deċiżjoni ma jeħodhiex huwa. Semma li l-klijent kellu jevalwa jidħolx għal ċerti riskji u x’linja jieħu. Qal li fil-każ tal-Australia Hall wieħed ried jevalwa jekk kienx jaqbillu jieħu azzjoni fuq l-art ta’ Pembroke u jesponi ruħu li jitlef il-proprjeta tal-Marsa Shipbuilding biex imbagħad ikollu jerġa’ jesproprja dik l-art. L-Avukat Grech qal li l-kwisjtoni tas-sigriet professjonali kienet waħda delikata ħafna u qatt ma kienet inqalgħet qabel. | [
"L-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ntalab jagħti ruling dwar jekk kienx hemm limitazzjoni f’dak li jista’ jixhed l-Avukat Ġenerali bħala xhud fil-każ tal-kawża li tinvolvi l-Australia Hall u l-Marsa Shipbuilding li l-Gvern ċeda fi transazzjoni s-sena li għaddiet.",
"Ir-ruling intalan miċ-Chairman tal-Kumitat għall-kontijiet Pubbliċi Tonio Fenech wara li l-eks-minsitru Jason Azzopardi qal li seta’ jeżenta lill-Avukat Ġenerali Peter Grech mis-sigriet professjonali dwar x’għadda bejnu u l-Avukat Ġenerali meta nfetħet il-kawża biex l-Australia Hall tittieħed lura mill-Partit Laburista wara li kienet instabet fi stat dilapidat.",
"Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis qal li ma setax jinkiser is-sigriet professjonali bejn l-Avuakt Ġenerali u l-Gvern bħala l-klijent tiegħu.",
"Jekk dan jitneħħa kien ikollu konsegwenzi anki fuq każijiet oħrajn.",
"Huwa oġġezzjona li l-Avuakt Ġenerali jwieġeb mistoqsijiet li jwasslu biex jinkixef is-sigriet professjonali bejnu u l-Gvern bħala l-klijent tiegħu.",
"Żied jgħid li xorta waħda l-Avukat Ġenerali seta’ jagħti apprezzament tal-merti tal-kawża.",
"Min-naħa tieħu l-Avuakt Ġenerali Petrer Grech qal li bħala l-avukat huwa jagħti pariri fuq dak li jitlob il-Gvern bħala l-klijent tiegħu iżda id-deċiżjoni ma jeħodhiex huwa. Semma li l-klijent kellu jevalwa jidħolx għal ċerti riskji u x’linja jieħu.",
"Qal li fil-każ tal-Australia Hall wieħed ried jevalwa jekk kienx jaqbillu jieħu azzjoni fuq l-art ta’ Pembroke u jesponi ruħu li jitlef il-proprjeta tal-Marsa Shipbuilding biex imbagħad ikollu jerġa’ jesproprja dik l-art.",
"L-Avukat Grech qal li l-kwisjtoni tas-sigriet professjonali kienet waħda delikata ħafna u qatt ma kienet inqalgħet qabel."
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,184 |
press, news, Aħbarijiet, Politika | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/59901/nhar_issibt_kuladd_gal_birebbua_alli_tginu_lillfondazzjoni_marigold | Nhar is-Sibt kulħadd għal Birżebbuġa ħalli tgħinu lill-Fondazzjoni Marigold! Nhar is-Sibt li ġej Michelle Muscat b'maratona ta' għawm u inti mistieden tmur tgħum ukoll biex tiddeverti tagħti appoġġ u tgħin lill-Fondazzjoni Marigold. Mela nhar is-Sibt li ġej, tmur imkien jekk mhux Birżebbuġa ... | Wara li ġimgħa ilu rajna lil Neil Agius jgħum biex jgħaddi messaġġ favur il-pjaneta li qed ngħixu fiha, nhar is-Sibt li ġej imiss lil Michelle Muscat tagħmel l-għawma tradizzjonali tagħha bħala Chairperson tal-Marigold Foundation - għas-sitt darba f'dak li issa donnu sar avveniment annwali. Din id-darba iżda Muscat mhux se tkun qed tgħumha minn punt sa ieħor imma se tkun qed tesegwixxi maratona ta' għawm bla waqfien, mid-9:00 a.m sas-7:00 p.m. U magħha se tkunu tistgħu tingħaqdu intom tgħumu, tiddevertu u tieħdu pjaċir - għal ħlas ċkejken fil-forma ta' donazzjoni għall-Fondazzjoni. Din is-sena l-għawma se teħodna fir-raħal sabiħ fin-nofsinhar tal-pajjiż, Birżebbuġa, fejn l-attivtajiet u d-divertiment se jkunu għaddejjin il-ġurnata kollha fil-Bajja s-Sabiħa (Pretty Bay). Il-pubbliku se jkun jista' jipparteċipa f'din is-swimathon għal ħlas ta' €10 li jmorru għall-Fondazzjoni Marigold. L-avveniment se jkun miftuħ ukoll għal dawk li għandhom sfidi ta' mobilità b'diversi karreġjati ta' mobilità għal ġol-baħar u siġġijiet tar-roti li jinżlu fil-baħar. Se jkun hemm ukoll tliet karreġġjati oħra: waħda għal dawk li jixtiequ jgħumu b'veloċità, oħra għal dawk li jixtiequ jgħumu normali u oħra msejħa fun lane. L-Assoċjazzjoni tal-Isports Akwatiku se tipparteċipa ukoll billi tinvolvi plejers tal-waterpolo li se jkunu qed jagħmlu l-iswimathon fil-pixxina ta' District5 li tmiss mal-Bajja s-Sabiħa. Fil-bajja se jkun hemm diversi attivitajiet matul il-ġurnata kollha għal dawk l-għexieren jekk mhux mijiet ta' nies li mistennijin jinżlu Birżebbuġa jgħumu, jiddevertu, jaraw lil Michelle Muscat għaddejja bl-iswimathon u jagħtu xi ħaġa żgħira lill-Fondazzjoni. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f'din l-iswimathon flimkien ma' Michelle Muscat għandhom jirresġistraw kmieni kemm jista' jkun minn dawn il-postijiet: Il-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa jew jibgħtu messaġġ lill-Fondazzjoni Marigold fuq il-paġna ta' Facebook tagħha. Mela is-Sibt kulħadd għal Birżebbuġa bil-malji, goggles u €10 fil-but ħa tieħdu gost u tagħtu xi ħaġa żgħira lil min għandu bżonn kbir! X'tagħmel il-Fondazzjoni Marigold? L-għan tal-Fondazzjoni Marigold hija biex tagħti s-saħħa lin-nies u biex ittejjeb l-istandards, tappoġġja inizjattivi u ssaħħaħ il-vuċijiet ta' dawk li fil-bżonn. Kemm fuq livell makro, kif ukoll fuq livell mikro, l-Fondazzjoni Marigold tagħti għajnuna fuq livelli varji primarjament; l-iżvilupp tal-komunità, saħħa, bżonnijiet speċjali u edukazzjoni. Il-Fondazzjoni ma tgħinx individwi kif tagħmel il-Community Chest Fund, per eżempju, imma tgħin għaqdiet non governattivi fl-oqsma li ssemmew hawnhekk - kemm jekk ikunu għaqdiet stabbiliti u anke jekk ikunu għaqdiet li għadhom jibdew. Il-Fondazzjoni Marigold qajmet ħafna għarfien u tagħti wkoll għajnuna lil dawk l-għaqdiet li jgħinu persuni b'mard rari. | [
"Wara li ġimgħa ilu rajna lil Neil Agius jgħum biex jgħaddi messaġġ favur il-pjaneta li qed ngħixu fiha, nhar is-Sibt li ġej imiss lil Michelle Muscat tagħmel l-għawma tradizzjonali tagħha bħala Chairperson tal-Marigold Foundation - għas-sitt darba f'dak li issa donnu sar avveniment annwali.",
"Din id-darba iżda Muscat mhux se tkun qed tgħumha minn punt sa ieħor imma se tkun qed tesegwixxi maratona ta' għawm bla waqfien, mid-9:00 a.m sas-7:00 p.m. U magħha se tkunu tistgħu tingħaqdu intom tgħumu, tiddevertu u tieħdu pjaċir - għal ħlas ċkejken fil-forma ta' donazzjoni għall-Fondazzjoni.",
"Din is-sena l-għawma se teħodna fir-raħal sabiħ fin-nofsinhar tal-pajjiż, Birżebbuġa, fejn l-attivtajiet u d-divertiment se jkunu għaddejjin il-ġurnata kollha fil-Bajja s-Sabiħa (Pretty Bay).",
"Il-pubbliku se jkun jista' jipparteċipa f'din is-swimathon għal ħlas ta' €10 li jmorru għall-Fondazzjoni Marigold.",
"L-avveniment se jkun miftuħ ukoll għal dawk li għandhom sfidi ta' mobilità b'diversi karreġjati ta' mobilità għal ġol-baħar u siġġijiet tar-roti li jinżlu fil-baħar.",
"Se jkun hemm ukoll tliet karreġġjati oħra: waħda għal dawk li jixtiequ jgħumu b'veloċità, oħra għal dawk li jixtiequ jgħumu normali u oħra msejħa fun lane.",
"L-Assoċjazzjoni tal-Isports Akwatiku se tipparteċipa ukoll billi tinvolvi plejers tal-waterpolo li se jkunu qed jagħmlu l-iswimathon fil-pixxina ta' District5 li tmiss mal-Bajja s-Sabiħa.",
"Fil-bajja se jkun hemm diversi attivitajiet matul il-ġurnata kollha għal dawk l-għexieren jekk mhux mijiet ta' nies li mistennijin jinżlu Birżebbuġa jgħumu, jiddevertu, jaraw lil Michelle Muscat għaddejja bl-iswimathon u jagħtu xi ħaġa żgħira lill-Fondazzjoni.",
"Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f'din l-iswimathon flimkien ma' Michelle Muscat għandhom jirresġistraw kmieni kemm jista' jkun minn dawn il-postijiet: Il-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa jew jibgħtu messaġġ lill-Fondazzjoni Marigold fuq il-paġna ta' Facebook tagħha.",
"Mela is-Sibt kulħadd għal Birżebbuġa bil-malji, goggles u €10 fil-but ħa tieħdu gost u tagħtu xi ħaġa żgħira lil min għandu bżonn kbir!",
"X'tagħmel il-Fondazzjoni Marigold?",
"L-għan tal-Fondazzjoni Marigold hija biex tagħti s-saħħa lin-nies u biex ittejjeb l-istandards, tappoġġja inizjattivi u ssaħħaħ il-vuċijiet ta' dawk li fil-bżonn.",
"Kemm fuq livell makro, kif ukoll fuq livell mikro, l-Fondazzjoni Marigold tagħti għajnuna fuq livelli varji primarjament; l-iżvilupp tal-komunità, saħħa, bżonnijiet speċjali u edukazzjoni.",
"Il-Fondazzjoni ma tgħinx individwi kif tagħmel il-Community Chest Fund, per eżempju, imma tgħin għaqdiet non governattivi fl-oqsma li ssemmew hawnhekk - kemm jekk ikunu għaqdiet stabbiliti u anke jekk ikunu għaqdiet li għadhom jibdew.",
"Il-Fondazzjoni Marigold qajmet ħafna għarfien u tagħti wkoll għajnuna lil dawk l-għaqdiet li jgħinu persuni b'mard rari."
] | 6www.illum.com.mt
| 24,202 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-bos-stop-flok-il-bus-stop-fl-iklin/ | Il-“bos stop” flok il-bus stop fl-Iklin | Mhux l-ewwel darba li jitfaċċa xi żball li jkunu ħadu l-ħaddiema fit-toroq huma u jagħtu passata żebgħa lis-sinjali fit-toroq li jkunu tħassru maż-żmien. L-aħħar minn sensiela ta’ dawn l-iżbalji saret proprju fl-aħħar sigħat meta min kien qed jiżboħ sinjal fi triq li tagħti għal Wied fl-Iklin, b’nuqqas ta’ ħsieb għaqqad l-ittra “u” biex ġiet “o”. B’hekk fl-Iklin spiċċaw bil-bos stop flok bil-bus stop! | [
"Mhux l-ewwel darba li jitfaċċa xi żball li jkunu ħadu l-ħaddiema fit-toroq huma u jagħtu passata żebgħa lis-sinjali fit-toroq li jkunu tħassru maż-żmien.",
"L-aħħar minn sensiela ta’ dawn l-iżbalji saret proprju fl-aħħar sigħat meta min kien qed jiżboħ sinjal fi triq li tagħti għal Wied fl-Iklin, b’nuqqas ta’ ħsieb għaqqad l-ittra “u” biex ġiet “o”.",
"B’hekk fl-Iklin spiċċaw bil-bos stop flok bil-bus stop!"
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,770 |
press, news, Kurżitajiet, •, Lokali | https://netnews.com.mt/2020/11/16/xghamlet-maryanne-meta-nsiet-tidhol-il-belt-ghall-photo-shoot/ | X'għamlet Maryanne meta nsiet tidħol il-Belt għall-photo shoot? | Fejn kienet Maryanne meta ftakret li kellha photo shoot il-Belt Valletta? X'għamlitlu darba lid-direttur li miegħu ma tantx kienet taqbel? Fil-programm PROFILI tal-lejla se niltaqgħu ma' Maryanne Muscat, attriċi li ħafna jafuha sew fuq il-palk u fuq it-televiżjoni, bosta drabi tnissel tbissima fuq fommna u żgur waqt il-programm ir-rakkonti tagħha se jagħmlu l-istess. Maryanne se tgħidilna fuq il-passat tagħha, l-esperjenzi li wassluha sa fuq il-palk u ħafna rakkonti oħra li żgur se jżommu lit-telespettaturi mat-televiżjoni biex isiru jafu aktar lil din l-attriċi tant u tant maħbuba. PROFILI, illejla fid-8.45 fuq Net TV. | [
"Fejn kienet Maryanne meta ftakret li kellha photo shoot il-Belt Valletta?",
"X'għamlitlu darba lid-direttur li miegħu ma tantx kienet taqbel?",
"Fil-programm PROFILI tal-lejla se niltaqgħu ma' Maryanne Muscat, attriċi li ħafna jafuha sew fuq il-palk u fuq it-televiżjoni, bosta drabi tnissel tbissima fuq fommna u żgur waqt il-programm ir-rakkonti tagħha se jagħmlu l-istess.",
"Maryanne se tgħidilna fuq il-passat tagħha, l-esperjenzi li wassluha sa fuq il-palk u ħafna rakkonti oħra li żgur se jżommu lit-telespettaturi mat-televiżjoni biex isiru jafu aktar lil din l-attriċi tant u tant maħbuba.",
"PROFILI, illejla fid-8.45 fuq Net TV."
] | 1netnews.com.mt
| 8,391 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2017/11/04/delia-ghandu-jitlob-inkjesta-minn-rajh-u-mhux-jistenna-lil-min-jitlobha-dwaru/ | Delia għandu jitlob inkjesta minn rajh u mhux jistenna lil min jitlobha dwaru | Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma jistax jibqa' jaħrab ir-realtà. Fi programm fuq ir-Radju iktar kmieni llum ikkonferma li l-mozzjoni tad-deputat Chris Said tressqet bil-moħbi tiegħu. L-uniku ħaġa ġdida li qed jitlob Said hu li jiġi investigat il-Kap tal-Oppożizzjoni. B'ħafna tidwir tal-kliem, Adrian Delia qed jipprova jargumenta li hu ma jistax jiġi investigat bil-mozzjoni ta' Said.Huwa qed jgħid li l-kariga Kostituzzjonali ta' Kap tal-Oppożizzjoni ma tgħamlux uffiċjal pubbliku. Minflok jinħeba wara ħafna diskors kien ikun aħjar li Adrian Delia ddikjara li mhux se jistenna l-mozzjoni u jkun hu li jmur biex jiftaħ inkjesta dwar akkużi fil-konfront tiegħu li fl-istess programm ikkonferma bhala "estremi", fosthom assoċjazzjoni ta' ħasil ta' flus minn droga u prostituzzjoni. Bil-fatt li għaġġel biex jirtira l-libelli Delia naqqas iċ-ċans li toħroġ il-verità jekk ma jsejjaħx inkjesta dwar nnifsu. Illum Delia għandu jifhem li m'għadux fl-awla tal-qorti. Illum qiegħed fil-politika u l-poplu għandu jkun jaf il-verità dwaru. | [
"Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma jistax jibqa' jaħrab ir-realtà.",
"Fi programm fuq ir-Radju iktar kmieni llum ikkonferma li l-mozzjoni tad-deputat Chris Said tressqet bil-moħbi tiegħu.",
"L-uniku ħaġa ġdida li qed jitlob Said hu li jiġi investigat il-Kap tal-Oppożizzjoni.",
"B'ħafna tidwir tal-kliem, Adrian Delia qed jipprova jargumenta li hu ma jistax jiġi investigat bil-mozzjoni ta' Said.Huwa qed jgħid li l-kariga Kostituzzjonali ta' Kap tal-Oppożizzjoni ma tgħamlux uffiċjal pubbliku.",
"Minflok jinħeba wara ħafna diskors kien ikun aħjar li Adrian Delia ddikjara li mhux se jistenna l-mozzjoni u jkun hu li jmur biex jiftaħ inkjesta dwar akkużi fil-konfront tiegħu li fl-istess programm ikkonferma bhala \"estremi\", fosthom assoċjazzjoni ta' ħasil ta' flus minn droga u prostituzzjoni.",
"Bil-fatt li għaġġel biex jirtira l-libelli Delia naqqas iċ-ċans li toħroġ il-verità jekk ma jsejjaħx inkjesta dwar nnifsu.",
"Illum Delia għandu jifhem li m'għadux fl-awla tal-qorti.",
"Illum qiegħed fil-politika u l-poplu għandu jkun jaf il-verità dwaru."
] | 3one.com.mt
| 31,399 |
news, press | https://netnews.com.mt/2019/04/15/it-tieni-post-ghal-marie-claire-aquilina-fil-kategorija-tan-nisa-tat-tour-ta-malta/ | It-tieni post għal Marie Claire Aquilina fil-kategorija tan-nisa tat-Tour ta’ Malta | Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens spiċċat fit-tieni post fil-kategorija tan-nisa u Etienne Bonello tal-istess tim spiċċa t-tielet fil-kategorija Elite f’The Cyclist Tour ta’ Malta. Din kienet il-25 edizzjoni li rat numru rekord ta’ parteċipanti barranin. B’kollox ħadu sehem 84 ċiklist. L-aħħar tappa saret fiċ-ċirkwit ta’ San Martin li hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar ħorox f’pajjiżna. Iċ-ċiklisti parteċipanti kellhom jagħmlu is-sitt dawriet tal-korsa filwaqt li tal-kategorija Elite kellhom erba’ dawriet aktar. Fl-aħħar stadju tal-Ħadd, Aquilina pruvat tirkupra l-ħin mitluf tal-istadju preċedenti iżda l-isforzi tagħha wasslu biex spiċċat fit-tieni post wara Madeline Scott li rebħet bi ftit sekondi. Gabriella Nordin ta’ TW1 Racing Team temmet it-tielet. Il-kategorija Elite kienet mimlija azzjoni. L-aħwa Christian u Maurice Formosa ta’ The Cyclist ħadmu flimkien biex jiksbu riżultat pożittiv. Christian Formosa deher fuq quddiem f’numru ta’ dawriet iżda tilef it-tielet post bi ftit millisekondi. It-tliet ċiklisti ta’ Stuart Hall Cycling Gett Taxi Bottechia, Matthew Dobbing , David Reece u Harry Horsman Il-kategorija tal-Masters reġgħet kienet dominata minn ċiklisti barranin. L-eks Champion tad-Dinja tal-1989 u l-1991 fl-Insegwiment Individwali Colin Sturgess ta’ Kuota GSG spiċċa l-ewwel. Etienne Bonello ta’ Team Greens b’distakk ta’ millisekondi u Daryl Maffey ta’ CC London spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament fl-aħħar stadju. Il-kategorija tal-Juniors kienet iddominata minn Luke Borg ta’ The Cyclist li temm tour ta’ suċċess b’rebħa oħra. Warajh temmew Sean Enriquez ta’ Mosta AF Sign Studio u Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St. Joseph. Klassifika Finali Kategorija Elite: 1. David Reece 6:19.47, 2. Declan Hudson +0:06.43, 3. Harry Horsman +1:38.31 Kategorija tan-nisa: 1. Samantha Fawcett 4:47.29, 2. Marie Claire Aquilina +0:00.43, 3. Madeleine Scott +0:16.96 Kategorija tal-Masters: 1. Daryl Maffey 4:11.14, 2. Colin Sturgess +0:22.25, 3. Etienne Bonello +0:58.92 Kategorija tal-Juniors: 1. Luke Borg 4:35.46, 2. Sean Enriquez +10.52.05, 3. Gianluca Camilleri +18:18.43 | [
"Marie Claire Aquilina",
"ta’ Team Greens spiċċat fit-tieni post fil-kategorija tan-nisa u",
"Etienne Bonello",
"tal-istess tim spiċċa t-tielet fil-kategorija Elite f’The Cyclist Tour ta’ Malta.",
"Din kienet il-25 edizzjoni li rat numru rekord ta’ parteċipanti barranin.",
"B’kollox ħadu sehem 84 ċiklist.",
"L-aħħar tappa saret fiċ-ċirkwit ta’ San Martin li hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar ħorox f’pajjiżna.",
"Iċ-ċiklisti parteċipanti kellhom jagħmlu is-sitt dawriet tal-korsa filwaqt li tal-kategorija Elite kellhom erba’ dawriet aktar.",
"Fl-aħħar stadju tal-Ħadd, Aquilina pruvat tirkupra l-ħin mitluf tal-istadju preċedenti iżda l-isforzi tagħha wasslu biex spiċċat fit-tieni post wara",
"Madeline Scott",
"li rebħet bi ftit sekondi.",
"Gabriella Nordin",
"ta’ TW1 Racing Team temmet it-tielet.",
"Il-kategorija Elite kienet mimlija azzjoni.",
"L-aħwa Christian u",
"Maurice Formosa",
"ta’ The Cyclist ħadmu flimkien biex jiksbu riżultat pożittiv.",
"Christian Formosa",
"deher fuq quddiem f’numru ta’ dawriet iżda tilef it-tielet post bi ftit millisekondi.",
"It-tliet ċiklisti ta’ Stuart Hall Cycling Gett Taxi Bottechia,",
"Matthew Dobbing",
",",
"David Reece",
"u",
"Harry Horsman",
"Il-kategorija tal-Masters reġgħet kienet dominata minn ċiklisti barranin.",
"L-eks Champion tad-Dinja tal-1989 u l-1991 fl-Insegwiment Individwali",
"Colin Sturgess",
"ta’ Kuota GSG spiċċa l-ewwel.",
"Etienne Bonello",
"ta’ Team Greens b’distakk ta’ millisekondi u",
"Daryl Maffey",
"ta’ CC London spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament fl-aħħar stadju.",
"Il-kategorija tal-Juniors kienet iddominata minn",
"Luke Borg",
"ta’ The Cyclist li temm tour ta’ suċċess b’rebħa oħra.",
"Warajh temmew",
"Sean Enriquez",
"ta’ Mosta AF Sign Studio u",
"Gianluca Camilleri",
"ta’ Birkirkara St. Joseph.",
"Klassifika Finali",
"Kategorija Elite:",
"1.",
"David Reece 6:19.47, 2.",
"Declan Hudson +0:06.43, 3.",
"Harry Horsman +1:38.31",
"Kategorija tan-nisa:",
"1.",
"Samantha Fawcett 4:47.29, 2.",
"Marie Claire Aquilina +0:00.43, 3.",
"Madeleine Scott +0:16.96",
"Kategorija tal-Masters:",
"1.",
"Daryl Maffey 4:11.14, 2.",
"Colin Sturgess +0:22.25, 3.",
"Etienne Bonello +0:58.92",
"Kategorija tal-Juniors:",
"1.",
"Luke Borg 4:35.46, 2.",
"Sean Enriquez +10.52.05, 3.",
"Gianluca Camilleri +18:18.43"
] | 1netnews.com.mt
| 6,492 |
press, news, Sport | https://one.com.mt/news/2018/07/19/midfielder-mis-slovenja-jiffirma-ma-floriana-fc/ | Midfielder mis-Slovenja jiffirma ma' Floriana FC | Floriana FC ħabbru l-akkwist tal- midfielder Sloven Ivica Guberac. Guberac għandu 31 sena b'esperjenza fost l-oħrajn ma' Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f'Cipru. Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta' midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta' difernsur laterali. Guberac huwa l-ħames akkwist s'issa tal-president ta' Floriana Ricardo Gaucci. | [
"Floriana FC ħabbru l-akkwist tal- midfielder Sloven Ivica Guberac.",
"Guberac għandu 31 sena b'esperjenza fost l-oħrajn ma' Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f'Cipru.",
"Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta' midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta' difernsur laterali.",
"Guberac huwa l-ħames akkwist s'issa tal-president ta' Floriana Ricardo Gaucci."
] | 3one.com.mt
| 30,761 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53203/larisqof_ifakkar_li_ddeijonijiet_tallum_jaffettwaw_ilenerazzjonijiet_futuri | L-Arċisqof ifakkar li d-deċiżjonijiet tal-lum jaffettwaw il-ġenerazzjonijiet futuri | Is-solidarjetà, anke dik mal-ġenerazzjonijiet futuri, kienet fil-qalba tal-omelija tal-Arċisqof Scicluna f'Jum l-Indipendenza Is-solidarjetà kienet it-tema fil-qalba tal-omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna waqt il-Pontifikal tal-Indipendenza fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Fost tipi differenti ta’ solidarjetà li semma tul l-omelija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna għamel enfasi partikolari fuq dik interġenerazzjonali, jiġifieri s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. “Il-Papa Franġisku jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ solidarjetà li ma tħarisx biss lejn l-effett immedjat tad-deċiżjonijiet li nieħdu, iżda wkoll tħares lejn l-effett li d-deċiżjonijet tal-ġenerazzjoni tagħna se jkollhom fuq il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri li għadhom ma twildux,” saħaq Monsinjur Scicluna. L-għada, li ġie ppruvat il-bini ta’ torri ta’ 38 sular f’Pembroke, l-Arċisqof Scicluna insista li kull deċiżjoni li tittieħed illum, se taffetwa mhux biss il-kwalità tal-ħajja tagħna, iżda anke ser taffettwa, għall-ġid jew għad-deni, il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri. 'Il-faqar ġdid jitlob minna lkoll risposti ġodda ta’ solidarjetà' L-Arċisqof appella wkoll biex il-pajjiż jibqa’ jgħożż is-solidarjetà bejn il-poplu u l-politika soċjali li ħaddnu gvernijiet mill-Indipendenza ‘l hawn. Hawn faħħar l-impenn tal-Knisja, li fi kliemu dejjem kient pijuniera f’ħafna oqsma ta’ ħidma soċjali. Waqt li kkwota lill-Papa Franġisku, insista li "meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, kif tassew hi, is-solidarjetà ssir iżjed faċli. Iżda nifhmu wkoll li l-fqar dejjem magħna u li l-faqar ġdid jitlob minna lkoll risposti ġodda ta’ solidarjetà." 'Nitolbu għas-solidarjetà imma nuru solidarjetà aħna wkoll' Ma naqasx ukoll milli jitkellem dwar is-solidarjetà internazzjonali u faħħar l-impenn tal-Gvern Malti li jisħaq dwar il-bżonn tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex kulħadd jaqsam il-piż tal-immigrazzjoni. “Meta l-piż jitqassam, jeħfief, mentri l-kriżi fis-solidarjetà thedded il-pedament li fuqu hija mibnija l-Unjoni Ewropea, thedded ukoll l-istess soċjetà tal-ġnus,” kompla l-Arċisqof. Iżda ma waqafx hawn. Insista li waqt li l-pajjiż qiegħed ifakkar lil pajjiżi oħra biex ikunu solidali, jeħtieġ hu wkoll jimpenja ruħu biex juri solidarjetà ma’ min qiegħed fil-bżonn urġenti ta’ għajnuna għax qed jaħrab ambjenti fejn id-drittijiet tiegħu u d-dinjità tiegħu ta’ bniedem huma mhedda. “Għalhekk, fil-jum li fih niċċelebraw l-independenza tan-nazzjon tagħna niftakru li dan il-pass ġab miegħu responsabbiltà kbira għalina bħala poplu: ir-responsabbiltà li ngħixu s-solidarjetà ma’ popli oħra, bejnietna l-Maltin u l-Għawdxin, u ma' dawk li ser jiġu warajna,” temm jgħid l-Arċisqof. | [
"Is-solidarjetà, anke dik mal-ġenerazzjonijiet futuri, kienet fil-qalba tal-omelija tal-Arċisqof Scicluna f'Jum l-Indipendenza",
"Is-solidarjetà kienet it-tema fil-qalba tal-omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna waqt il-Pontifikal tal-Indipendenza fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.",
"Fost tipi differenti ta’ solidarjetà li semma tul l-omelija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna għamel enfasi partikolari fuq dik interġenerazzjonali, jiġifieri s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.",
"“Il-Papa Franġisku jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ solidarjetà li ma tħarisx biss lejn l-effett immedjat tad-deċiżjonijiet li nieħdu, iżda wkoll tħares lejn l-effett li d-deċiżjonijet tal-ġenerazzjoni tagħna se jkollhom fuq il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri li għadhom ma twildux,” saħaq Monsinjur Scicluna.",
"L-għada, li ġie ppruvat il-bini ta’ torri ta’ 38 sular f’Pembroke, l-Arċisqof Scicluna insista li kull deċiżjoni li tittieħed illum, se taffetwa mhux biss il-kwalità tal-ħajja tagħna, iżda anke ser taffettwa, għall-ġid jew għad-deni, il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri.",
"'Il-faqar ġdid jitlob minna lkoll risposti ġodda ta’ solidarjetà'",
"L-Arċisqof appella wkoll biex il-pajjiż jibqa’ jgħożż is-solidarjetà bejn il-poplu u l-politika soċjali li ħaddnu gvernijiet mill-Indipendenza ‘l hawn.",
"Hawn faħħar l-impenn tal-Knisja, li fi kliemu dejjem kient pijuniera f’ħafna oqsma ta’ ħidma soċjali.",
"Waqt li kkwota lill-Papa Franġisku, insista li \"meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, kif tassew hi, is-solidarjetà ssir iżjed faċli.",
"Iżda nifhmu wkoll li l-fqar dejjem magħna u li l-faqar ġdid jitlob minna lkoll risposti ġodda ta’ solidarjetà.\"",
"'Nitolbu għas-solidarjetà imma nuru solidarjetà aħna wkoll'",
"Ma naqasx ukoll milli jitkellem dwar is-solidarjetà internazzjonali u faħħar l-impenn tal-Gvern Malti li jisħaq dwar il-bżonn tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex kulħadd jaqsam il-piż tal-immigrazzjoni.",
"“Meta l-piż jitqassam, jeħfief, mentri l-kriżi fis-solidarjetà thedded il-pedament li fuqu hija mibnija l-Unjoni Ewropea, thedded ukoll l-istess soċjetà tal-ġnus,” kompla l-Arċisqof.",
"Iżda ma waqafx hawn.",
"Insista li waqt li l-pajjiż qiegħed ifakkar lil pajjiżi oħra biex ikunu solidali, jeħtieġ hu wkoll jimpenja ruħu biex juri solidarjetà ma’ min qiegħed fil-bżonn urġenti ta’ għajnuna għax qed jaħrab ambjenti fejn id-drittijiet tiegħu u d-dinjità tiegħu ta’ bniedem huma mhedda.",
"“Għalhekk, fil-jum li fih niċċelebraw l-independenza tan-nazzjon tagħna niftakru li dan il-pass ġab miegħu responsabbiltà kbira għalina bħala poplu: ir-responsabbiltà li ngħixu s-solidarjetà ma’ popli oħra, bejnietna l-Maltin u l-Għawdxin, u ma' dawk li ser jiġu warajna,” temm jgħid l-Arċisqof."
] | 6www.illum.com.mt
| 42,814 |
news, press | https://netnews.com.mt/2020/03/18/fix-xhur-li-gjjn-in-negozju-se-jonqos-bin-nofs/ | Fix-xhur li ġejjin in-negozju se jonqos bin-nofs – imprendituri u ekonomisti | In-negozju f’Malta qed jirriskja li jonqos bin-nofs. Dan qed jgħiduh mhux biss ekonomisti, izda ukoll imprendituri li tkellmu ma’ NET NEWS, hekk kif pajjiżna qed jiġġieled l-imxija tal-Covid-19. Minbarra l-pressjoni qawwija li tefa’ fuq il-qasam tas-saħħa, dan il-virus qed ikollu impatt negattiv immens fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Minn nofsilejl tal-Erbgħa postijiet pubbliċi bħal ristoranti, bars, gyms, u casinos ingħalqu b’mod indefinit wara l-ħruġ ta’ avviż legali. Dan l-avviż jordna wkoll l-għeluq ta’ kafetteriji, cinemas, mużewijiet, clubs u diskoteki, swieq miftuħa, indoor swimming pools kif ukoll il-pixxina nazzjonali, postijiet tal-gaming u tal-bingo, casinos, banek tal-lottu u ħwienet tal-betting. Ir-ristroanti, bars u kiosks tal-ikel jistgħu jibqgħu ibigħu ikel għal take-aways kif ukoll jagħmlu deliveries, u dawk fil-hotels qed jitħallew joffru servizz fil-kamra lill-klijenti tal-lukanda kif ukoll jagħmlu deliveries lil klijentii barra mill-lukanda. L-avviż legali ma jagħtix data ta’ skadenza u għaldaqstant mhux magħruf kemm se jdum fis-seħħ, iżda jgħid li s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tista’, permezz ta’ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, tordna l-għeluq ta’ postijiet pubbliċi oħrajn. Il-qasam tat-turiżmu kien fost l-ewwel li beda jħoss id-daqqa, u issa l-Gvern qed jiġi mwissi minn diversi esperti fil-business u ekonomisti oħra, li pajjiżna se jieħu daqqa li tista’ titfa’ lill-ekonomija tal-pajjiż għarkopptejha. Fl-aqwa xenarju, jekk il-pandemija f’pajjiżna tiġi kkontrollata fi żmien tlieta jew erba’ xhur, il-pajjiż ikollu bżonn tal-anqas sena biex jirkupra mid-daqqa, b’diversi negozji ma jirnexxielhomx jirkupraw. L-impatt se jħossuh ukoll ħaddiema barranin f’pajjiżna – l-aktar dawk li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu u l- catering | [
"In-negozju f’Malta qed jirriskja li jonqos bin-nofs.",
"Dan qed jgħiduh mhux biss ekonomisti, izda ukoll imprendituri li tkellmu ma’ NET NEWS, hekk kif pajjiżna qed jiġġieled l-imxija tal-Covid-19.",
"Minbarra l-pressjoni qawwija li tefa’ fuq il-qasam tas-saħħa, dan il-virus qed ikollu impatt negattiv immens fuq l-ekonomija tal-pajjiż.",
"Minn nofsilejl tal-Erbgħa postijiet pubbliċi bħal ristoranti, bars, gyms, u casinos ingħalqu b’mod indefinit wara l-ħruġ ta’ avviż legali.",
"Dan l-avviż jordna wkoll l-għeluq ta’ kafetteriji, cinemas, mużewijiet, clubs u diskoteki, swieq miftuħa, indoor swimming pools kif ukoll il-pixxina nazzjonali, postijiet tal-gaming u tal-bingo, casinos, banek tal-lottu u ħwienet tal-betting.",
"Ir-ristroanti, bars u kiosks tal-ikel jistgħu jibqgħu ibigħu ikel għal take-aways kif ukoll jagħmlu deliveries, u dawk fil-hotels qed jitħallew joffru servizz fil-kamra lill-klijenti tal-lukanda kif ukoll jagħmlu deliveries lil klijentii barra mill-lukanda.",
"L-avviż legali ma jagħtix data ta’ skadenza u għaldaqstant mhux magħruf kemm se jdum fis-seħħ, iżda jgħid li s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tista’, permezz ta’ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, tordna l-għeluq ta’ postijiet pubbliċi oħrajn.",
"Il-qasam tat-turiżmu kien fost l-ewwel li beda jħoss id-daqqa, u issa l-Gvern qed jiġi mwissi minn diversi esperti fil-business u ekonomisti oħra, li pajjiżna se jieħu daqqa li tista’ titfa’ lill-ekonomija tal-pajjiż għarkopptejha.",
"Fl-aqwa xenarju, jekk il-pandemija f’pajjiżna tiġi kkontrollata fi żmien tlieta jew erba’ xhur, il-pajjiż ikollu bżonn tal-anqas sena biex jirkupra mid-daqqa, b’diversi negozji ma jirnexxielhomx jirkupraw.",
"L-impatt se jħossuh ukoll ħaddiema barranin f’pajjiżna – l-aktar dawk li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu u l-",
"catering"
] | 1netnews.com.mt
| 3,943 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2016/08/16/sodisfatti-bin-numru-ta-nies-li-qasmu-lejn-ghawdex/ | Sodisfatti bin-numru ta' nies li qasmu lejn Għawdex | L-Assoċjazzjoni Maltija għat-Turiżmu (GTA) u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għan-numru ta' persuni li qasmu lejn Għawdex fl-aħħar jiem fi żmien il-festa ta' Santa Martija. Kemm il-GTA kif ukoll il-GBC jemmnu li n-numru ta' persuni li żaru Għawdex ikkontribwixxew fl-ekonomija Għawdxija u kienu xhieda tal-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati jkomplu jħallu r-riżultati mixtieqa. Dawn ir-riżultati, komplew jgħidu ż-żewġ entitajiet fi stqarrija konġunta, huma frott kampanja promozzjonali sostenibbli fis-swieq lokali u internazzjonali. | [
"L-Assoċjazzjoni Maltija għat-Turiżmu (GTA) u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għan-numru ta' persuni li qasmu lejn Għawdex fl-aħħar jiem fi żmien il-festa ta' Santa Martija.",
"Kemm il-GTA kif ukoll il-GBC jemmnu li n-numru ta' persuni li żaru Għawdex ikkontribwixxew fl-ekonomija Għawdxija u kienu xhieda tal-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati jkomplu jħallu r-riżultati mixtieqa.",
"Dawn ir-riżultati, komplew jgħidu ż-żewġ entitajiet fi stqarrija konġunta, huma frott kampanja promozzjonali sostenibbli fis-swieq lokali u internazzjonali."
] | 3one.com.mt
| 30,942 |
news, press | https://inewsmalta.com/2020/06/mil-lum-jitnehhew-il-bicca-l-kbira-tar-restrizzjonijiet-il-pm-jattendi-sessjoni-ta-tahrig-il-gym/ | Mil-lum jitneħħew il-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet; Il-PM jattendi sessjoni ta’ taħriġ il-gym | Hekk kif mil-lum komplew tneħħew il-biċċa l-kbira tal-miżuri kontra l-pandemija tal-Covid, bosta kienu dawk li jerġgħu jibdew jattendu stabbilimenti sportivi biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb saħħithom b’mod aħjar. Fost dawk kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar li ppubblikaw ritratt tagħhom waqt li kienu il-gym. Il-Prim Ministru kien ħabbar it-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-miżuri nhar il-Ħadd li għadda. Il-Prim Ministu ħabbar ukoll li t-Tnejn 8 ta’ Ġunju se jkun imniedi mini-budget bil-għan li jkompli jgħin lin-negozji jirpiljaw mill-pandemija tal-Covid-19. | [
"Hekk kif mil-lum komplew tneħħew il-biċċa l-kbira tal-miżuri kontra l-pandemija tal-Covid, bosta kienu dawk li jerġgħu jibdew jattendu stabbilimenti sportivi biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb saħħithom b’mod aħjar.",
"Fost dawk kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar li ppubblikaw ritratt tagħhom waqt li kienu il-gym.",
"Il-Prim Ministru kien ħabbar it-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-miżuri nhar il-Ħadd li għadda.",
"Il-Prim Ministu ħabbar ukoll li t-Tnejn 8 ta’ Ġunju se jkun imniedi mini-budget bil-għan li jkompli jgħin lin-negozji jirpiljaw mill-pandemija tal-Covid-19."
] | 0inewsmalta.com
| 17,729 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2016/05/29/sigurta-massima-1000-skocciz-lesti-jiddevertu-fmalta/ | SIGURTÀ MASSIMA: 1000 Skoċċiż lesti jiddevertu f'Malta | F'Malta hawn madwar 1,000 Skoċċiż. Dawn ġew Malta għal logħba bejn l-Italja u l-Skozja li se tintlagħab illejla f'Ta' Qali. Tant kien hemm entużjażmu li saħansitra l-Gvern tagħhom ħareġ travel advice . Ħafna minnhom qed joqogħdu f'lukandi viċin Paceville u huwa mistenni li llejla jinżlu hemm biex jiddevertu. one.com.mt huwa mgħarraf li ssejħu Pulizija iktar minn normal għal li jista' jinqala', speċjalment wara l-aħħar ġlied meta kien hawn il-Kroati. | [
"F'Malta hawn madwar 1,000 Skoċċiż.",
"Dawn ġew Malta għal logħba bejn l-Italja u l-Skozja li se tintlagħab illejla f'Ta' Qali.",
"Tant kien hemm entużjażmu li saħansitra l-Gvern tagħhom ħareġ travel advice .",
"Ħafna minnhom qed joqogħdu f'lukandi viċin Paceville u huwa mistenni li llejla jinżlu hemm biex jiddevertu.",
"one.com.mt huwa mgħarraf li ssejħu Pulizija iktar minn normal għal li jista' jinqala', speċjalment wara l-aħħar ġlied meta kien hawn il-Kroati."
] | 3one.com.mt
| 31,969 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/ricerkaturi-mill-ue-jnisslt-t-tonn-minghajr-l-ormoni/ | Riċerkaturi mill-UE jnisslt t-Tonn mingħajr l-ormoni | Konsorzju magħmul minn 13-il imsieħeb minn tmien pajjiżi differenti fosthom Malta, kisbu riżultati notevoli meta rnexxielhom inisslu tonn fil-‘fish farms’ u b’hekk jipprovdu bażi għal ġejjieni sostenibbli ta’ din l-ispeċi mhedda. Dan il-proġett beda fil-bidu tas-snin 2000 wara konferenza internazzjonali, DOTT ( DOTT – Domestication of Bluefin tuna Thunnus thynnus ), fejn laqqgħet flimkien f’Cartagena, fi Spanja, xjentisti li jispeċjalizzaw fir-riċerka dwar it-tonn. B’hekk ingħata bidu għall-proġett imsejjaħ Repro-DOTT, bl-iskop li tkun studjata r-riproduzzjoni tat-tonn kemm fl-ambjent naturali kif ukoll fil-magħluq. Ir-riżultati eċċellenti miksuba matul dan il-proġett wasslu biex il-konsorzju japplika għal għajnuna finanzjarja mill-UE ħalli jkun jista’ jiżviluppa l-proġett Self-DOTT ( Self-sustaining aquaculture – Domestication of Thunnus thynnus ). Lokalment, il-Malta Aquaculture Research Centre (MAR), li qabel kienet magħrufa bħala l-Malta Centre for Fisheries Sciences (MCFS), ikkoordina l-esperimenti Maltin u l-kampjunar ta’ tonn fl-ambjent naturali tiegħu, filwaqt li l-kumpanija MFF Ltd kienet responsabbli għaż-żamma tal-ħut ripporduttiv, għall-esperimentazzjoni fuq skala kbira dwar in-nutrizzjoni ta’ dan il-ħut, għal provi ta’ trasport tal-bajd, kif ukoll għal provi tat-trobbija tal-frieħ. Kelliem għall-konsorzju qal li, “Grazzi għall-iffinanzjar mill-UE, li jammonta għal kważi €3 miljun, il-konsorzju rrekluta speċjalisti f’kull qasam, fosthom għaddasa u x-xjentisti, kif ukoll żviluppa teknoloġiji u tekniki ġodda li permezz tagħhom ir-riproduzzjoni u t-takkbir fil-magħluq ta’ din l-ispeċi setgħu jkun mmaniġġjati u studjati.” L-istess imsieħba qed jipparteċipaw fi proġett ieħor ta’ sentejn taħt il-kappa tas-‘7th Framework Project’ tal-UE, bl-isem Trans-DOTT ( Translation of domestication of Thunnus thynnus to a commercial application ) biex flimkien jiżviluppaw metodoloġiji ekonomikament vijabbli u sostenibbli għall-produzzjoni tat-tonn. | [
"Konsorzju magħmul minn 13-il imsieħeb minn tmien pajjiżi differenti fosthom Malta, kisbu riżultati notevoli meta rnexxielhom inisslu tonn fil-‘fish farms’ u b’hekk jipprovdu bażi għal ġejjieni sostenibbli ta’ din l-ispeċi mhedda.",
"Dan il-proġett beda fil-bidu tas-snin 2000 wara konferenza internazzjonali, DOTT (",
"DOTT – Domestication of Bluefin tuna Thunnus thynnus",
"), fejn laqqgħet flimkien f’Cartagena, fi Spanja, xjentisti li jispeċjalizzaw fir-riċerka dwar it-tonn.",
"B’hekk ingħata bidu għall-proġett imsejjaħ Repro-DOTT, bl-iskop li tkun studjata r-riproduzzjoni tat-tonn kemm fl-ambjent naturali kif ukoll fil-magħluq.",
"Ir-riżultati eċċellenti miksuba matul dan il-proġett wasslu biex il-konsorzju japplika għal għajnuna finanzjarja mill-UE ħalli jkun jista’ jiżviluppa l-proġett Self-DOTT (",
"Self-sustaining aquaculture – Domestication of Thunnus thynnus",
").",
"Lokalment, il-Malta Aquaculture Research Centre (MAR), li qabel kienet magħrufa bħala l-Malta Centre for Fisheries Sciences (MCFS), ikkoordina l-esperimenti Maltin u l-kampjunar ta’ tonn fl-ambjent naturali tiegħu, filwaqt li l-kumpanija MFF Ltd kienet responsabbli għaż-żamma tal-ħut ripporduttiv, għall-esperimentazzjoni fuq skala kbira dwar in-nutrizzjoni ta’ dan il-ħut, għal provi ta’ trasport tal-bajd, kif ukoll għal provi tat-trobbija tal-frieħ.",
"Kelliem għall-konsorzju qal li, “Grazzi għall-iffinanzjar mill-UE, li jammonta għal kważi €3 miljun, il-konsorzju rrekluta speċjalisti f’kull qasam, fosthom għaddasa u x-xjentisti, kif ukoll żviluppa teknoloġiji u tekniki ġodda li permezz tagħhom ir-riproduzzjoni u t-takkbir fil-magħluq ta’ din l-ispeċi setgħu jkun mmaniġġjati u studjati.”",
"L-istess imsieħba qed jipparteċipaw fi proġett ieħor ta’ sentejn taħt il-kappa tas-‘7th Framework Project’ tal-UE, bl-isem Trans-DOTT (",
"Translation of domestication of Thunnus thynnus to a commercial application",
") biex flimkien jiżviluppaw metodoloġiji ekonomikament vijabbli u sostenibbli għall-produzzjoni tat-tonn."
] | 7www.tvm.com.mt
| 34,910 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2016/05/02/shower-time-il-konsegwenzi/ | 'Shower Time!' – il-konsegwenzi | 'Shower time!', 'Imliha bro!' Żewġ frażijiet li spiċċaw saru ċajta mal-internet. Dawn il-frażijiet ġejjin minn żewġ filmati li xxerdu online u li juru żgħażugħ Malti f'att sesswali ma' tfajla barranija. Jingħad li ż-żgħażugħ u sieħbu li għamilha ta' cameraman kienu btala barra minn Malta. Hawn sabu tfajla u ġibdu l-filmat. Il-Malti jidher ċar u tond, wieħed faċli jagħraf minn hu u saħansittra jinstemgħu l-ilħna. It-tfajla ma tingħarafx faċilment. Dan l-artiklu mhux qed nitkbu għaliex nixtieq nitkaża jew inkompli nxerred il-filmat. Pero' ħadt ftit qatgħa meta kont qed nieħu bibita ma' sħabi u f'daqqa waħda xi ħadd ġie jorini dan il-filmat minn fuq il-mobile tiegħu. Ħsieb wieħed: minn jaf kif iħossuhom il-protagonisti. Domanda li għamiltha lil Matthew Bartolo minn Willingness, li huwa ċentru li joffri pariri fuq is-sess, il-familja u s-saħħa (http://willingness.com.mt). Matthew huwa counsellor li jispeċjalizza fis-sess u r-relazzjonijiet. 1) X'jista' wieħed iħoss meta jirrealizza li fuq l-internet hemm dawn il-filmati tiegħu? Ejja nimmaġinaw li hu stess ta l-kunsens, per eżempju għax kien taħt l-effett ta' xorb eċċessiv. X'jista jgħaddi minn moħħu emozzjonalment jekk umbad ma jgħoġbux dak li ttella' dwaru? Kultant naġixxu b'impuls. Qed nieħdu pjaċir, jew qedgħin taħt l-effett ta' drogi jew xorb, u niddeċiedu li nitfaw xi ħaġa online. Dak il-mument vera tkun tagħmel sens f'moħħna. Pero' wara, speċjalment meta naraw x'qed jgħidu n-nies fuqha u min jista' jara dak li tfajna, bħal donnu doċċa kiesħa nindunaw li żbaljajna tfajnih f'post publiku. Meta wieħed jinduna x'għamel u r-riperkusjonijiet ta' dan l-aġir jaf jagħtih sens ta' paniku. Jibda jaħseb l-konsegwenzi kollha u jħoss l-emozjonijiet marbuta ma' dawn il-konsegwenzi kollha f'daqqa. Wara ftit, jaf jibda jimmaġina li anke nies li ma rawx il-filmat, ikunu rawh. Għalhekk kull min iħares lejh jaf jibda jimmaġinah qed jagħrfu jew qed jgħid fuqu. 2) F'każ li dak li ttella' dwaru ma jdejqux, x'effett jista' jkollu fuq dawk ta' madwaru, bħal familtu, li ma jgħoġobomx dak li ttella'? Jekk dak li tella' jmur kontra l-valuri ta' familtu dawn jaf iħossu mistħija kbira. Huma wkoll jaf iħarsu lejn in-nies ta' madwarhom u jaħsbu li qed jitkellmu fuqhom u fuq il-membru tal-familja tagħhom li tella' dan il-filmat. Skond x'wieħed tella' u r-relazjoni tiegħu mal-membru tal-familja, dan ikollu l-effett tiegħu wkoll. Per eżempju jekk wieħed tella' ritratt jew filmat erotiku, l-ulied ser iħarsu lejh mod, il-ġenituri mod, u l-partner mod ieħor. 3) X'effett jista' jkollu fuq min ma jafhomx lil dawn in-nies, pero ra l-filmat? Jidher raġel jgħid lil ieħor kliem bħal 'imliha bro' b'referenza għat-tfajla li qiegħed ikollu x'jaqsam magħha. Tista' tkun disturbanti jew inkella twassal messaġġ ħażin? Minħabba li l-filmat hu pjuttost pornografiku pero' mhux fuq siti pornografiċi, dak li jkun jaf jispiċċa jarah jew partijiet minnu mingħajr ma kien qed ifittex dan it-tip ta' materjal. Allura wieħed jaf jibqa' xi ftit jew wisq xxukjat u skomdu b'dak li ra. Ma ninsewx li dawn it-tip ta' filmati jaf jiġu wkoll f'idejn tfal. Wieħed għandhu jistaqsi x'messaġġ qed jieħdu t-tfal li raw rġiel jitkelmu hekk dwar mara f'dik il-pożizjoni. Anke x'messaġġ wieħed qed jieħu dwar in-nisa u rġiel. 4) X'konklużjonijiet tagħmel fil-konfront ta' filmat ta' dan it-tip, bħala professjonista? Nemmen li filmat bħal dan jista' jkun abbusiv fir-rigward tal-mara, speċjalment jekk ma kinitx taf li qed jittieħed dan il-filmat. Sfortunatament filmat bħal dan ikompli jikkonferma li bħala soċjeta', qed tkun pornifikata. Il-pornografija qiegħda tagħti perspettiva tas-sess li tillimita biss għall-aspett karnali. Is-sess u sesswalita' huma ħafna iktar minn hekk. Il-pornografija qed ittina idea li s-sess hu xi performance li tidħol fiha biex timpressjona u turi kemm int tajjeb jew tajba. Hi ħasra li hawn nies li jħarsu lejn is-sess b'dan il-mod biss, meta s-sess b'intimita' jaf ikun ħafna iktar sodisfaċenti, kemm fuq livell emozjonali u anke fiżiku. | [
"'Shower time!', 'Imliha bro!'",
"Żewġ frażijiet li spiċċaw saru ċajta mal-internet.",
"Dawn il-frażijiet ġejjin minn żewġ filmati li xxerdu online u li juru żgħażugħ Malti f'att sesswali ma' tfajla barranija.",
"Jingħad li ż-żgħażugħ u sieħbu li għamilha ta' cameraman kienu btala barra minn Malta.",
"Hawn sabu tfajla u ġibdu l-filmat.",
"Il-Malti jidher ċar u tond, wieħed faċli jagħraf minn hu u saħansittra jinstemgħu l-ilħna.",
"It-tfajla ma tingħarafx faċilment.",
"Dan l-artiklu mhux qed nitkbu għaliex nixtieq nitkaża jew inkompli nxerred il-filmat.",
"Pero' ħadt ftit qatgħa meta kont qed nieħu bibita ma' sħabi u f'daqqa waħda xi ħadd ġie jorini dan il-filmat minn fuq il-mobile tiegħu.",
"Ħsieb wieħed: minn jaf kif iħossuhom il-protagonisti.",
"Domanda li għamiltha lil Matthew Bartolo minn Willingness, li huwa ċentru li joffri pariri fuq is-sess, il-familja u s-saħħa (http://willingness.com.mt).",
"Matthew huwa counsellor li jispeċjalizza fis-sess u r-relazzjonijiet.",
"1) X'jista' wieħed iħoss meta jirrealizza li fuq l-internet hemm dawn il-filmati tiegħu?",
"Ejja nimmaġinaw li hu stess ta l-kunsens, per eżempju għax kien taħt l-effett ta' xorb eċċessiv.",
"X'jista jgħaddi minn moħħu emozzjonalment jekk umbad ma jgħoġbux dak li ttella' dwaru?",
"Kultant naġixxu b'impuls.",
"Qed nieħdu pjaċir, jew qedgħin taħt l-effett ta' drogi jew xorb, u niddeċiedu li nitfaw xi ħaġa online.",
"Dak il-mument vera tkun tagħmel sens f'moħħna.",
"Pero' wara, speċjalment meta naraw x'qed jgħidu n-nies fuqha u min jista' jara dak li tfajna, bħal donnu doċċa kiesħa nindunaw li żbaljajna tfajnih f'post publiku.",
"Meta wieħed jinduna x'għamel u r-riperkusjonijiet ta' dan l-aġir jaf jagħtih sens ta' paniku.",
"Jibda jaħseb l-konsegwenzi kollha u jħoss l-emozjonijiet marbuta ma' dawn il-konsegwenzi kollha f'daqqa.",
"Wara ftit, jaf jibda jimmaġina li anke nies li ma rawx il-filmat, ikunu rawh.",
"Għalhekk kull min iħares lejh jaf jibda jimmaġinah qed jagħrfu jew qed jgħid fuqu.",
"2) F'każ li dak li ttella' dwaru ma jdejqux, x'effett jista' jkollu fuq dawk ta' madwaru, bħal familtu, li ma jgħoġobomx dak li ttella'?",
"Jekk dak li tella' jmur kontra l-valuri ta' familtu dawn jaf iħossu mistħija kbira.",
"Huma wkoll jaf iħarsu lejn in-nies ta' madwarhom u jaħsbu li qed jitkellmu fuqhom u fuq il-membru tal-familja tagħhom li tella' dan il-filmat.",
"Skond x'wieħed tella' u r-relazjoni tiegħu mal-membru tal-familja, dan ikollu l-effett tiegħu wkoll.",
"Per eżempju jekk wieħed tella' ritratt jew filmat erotiku, l-ulied ser iħarsu lejh mod, il-ġenituri mod, u l-partner mod ieħor.",
"3) X'effett jista' jkollu fuq min ma jafhomx lil dawn in-nies, pero ra l-filmat?",
"Jidher raġel jgħid lil ieħor kliem bħal 'imliha bro' b'referenza għat-tfajla li qiegħed ikollu x'jaqsam magħha.",
"Tista' tkun disturbanti jew inkella twassal messaġġ ħażin?",
"Minħabba li l-filmat hu pjuttost pornografiku pero' mhux fuq siti pornografiċi, dak li jkun jaf jispiċċa jarah jew partijiet minnu mingħajr ma kien qed ifittex dan it-tip ta' materjal.",
"Allura wieħed jaf jibqa' xi ftit jew wisq xxukjat u skomdu b'dak li ra.",
"Ma ninsewx li dawn it-tip ta' filmati jaf jiġu wkoll f'idejn tfal.",
"Wieħed għandhu jistaqsi x'messaġġ qed jieħdu t-tfal li raw rġiel jitkelmu hekk dwar mara f'dik il-pożizjoni.",
"Anke x'messaġġ wieħed qed jieħu dwar in-nisa u rġiel.",
"4) X'konklużjonijiet tagħmel fil-konfront ta' filmat ta' dan it-tip, bħala professjonista?",
"Nemmen li filmat bħal dan jista' jkun abbusiv fir-rigward tal-mara, speċjalment jekk ma kinitx taf li qed jittieħed dan il-filmat.",
"Sfortunatament filmat bħal dan ikompli jikkonferma li bħala soċjeta', qed tkun pornifikata.",
"Il-pornografija qiegħda tagħti perspettiva tas-sess li tillimita biss għall-aspett karnali.",
"Is-sess u sesswalita' huma ħafna iktar minn hekk.",
"Il-pornografija qed ittina idea li s-sess hu xi performance li tidħol fiha biex timpressjona u turi kemm int tajjeb jew tajba.",
"Hi ħasra li hawn nies li jħarsu lejn is-sess b'dan il-mod biss, meta s-sess b'intimita' jaf ikun ħafna iktar sodisfaċenti, kemm fuq livell emozjonali u anke fiżiku."
] | 3one.com.mt
| 32,073 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53737/sant_u_simon_gallewropa_jew_le | Analiżi | Sant u Simon: Għall-Ewropa jew le? | Alfred Sant u Simon Busuttil. Min jgħid li ħerġin u min jgħid li le. Imma l-kandidatura tagħhom kif tista’ tbiddel ix-xenarju politiku u tiddetermina l-futur tal-partit? Sitt xhur oħra l-poplu Malti u Għawdxi se jkun mitlub jerġa’ jagħmel l-għażla, din id-darba mhux għall-Gvern imma għas-sitt rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew. Apparti l-ħafna mistoqsijiet, possibilitajiet u analiżi dwar l-eżitu ta’ din elezzjoni, s’issa hemm fattur komuni bejn iż-żewġ partiti. Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista għandhom kandidat prospettiv li kien mexxej tal-istess partit, li għadu ma ħabbarx il-kandidatura tiegħu, li hemm dubji jekk qattx se jħabbarha u li hemm xenarji politiċi partikolari li jinħolqu bil-kandidatura tiegħu. Dawn huma, Alfred Sant u Simon Busuttil. Din il-gazzetta analizzat l-impatt li l-kandidatura ta’ Busuttil u Sant jaf ikollha fuq il-partiti rispettivi tagħhom u n-nuqqas tagħhom fuq il-karta tal-vot fl-2019 xi tkun tfisser għall-istess partiti. Alfred Sant: kalamita għall-għeruq Alfred Sant jibqa’ politiku maħbub ħafna fost l-għeruq tal-Partit Laburista minħabba diversi raġunijiet. L-ewwel nett huwa meqjus bħala persuna ‘nadifa’, fil-fatt qatt ma saru akkużi jew allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-konfront tiegħu f’26 sena karriera politika li kellu s’issa. Ħafna għeruq għadhom isostnu li Alfred Sant, dak iż-żmien appoġġjat bil-qawwi minn Joseph Muscat, kellu raġun fuq diversi punti fejn jirrigwarda d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan apparti li Sant huwa meqjus bħala ‘vittma’ taċ-ċirkostanzi politiċi li tellfuh Gvern leġittimu fl-1998, xi ħaġa li ħafna Laburisti ħassew illi hija xi ħaġa li ma tinħafirx. Il-Partit Laburista jaf illi jekk Sant ikun fuq dik il-karta tal-vot, il-probabilità illi jkun elett u jġib riżultat tajjeb hija għolja ħafna. Fl-aħħar elezzjoni tal-MEPs fl-2014 Sant kien kiseb 48,739 vot u allura kien l-aktar kandidat li ġab voti minn fost dawk tal-Partit Laburista u l-aktar kandidat li ġab voti mill-partiti kollha. Dan ifisser illi Sant huwa fattur b’saħħtu ħafna. Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista bħalissa ma jidhirx li qed jara instabbilità fil-bażi ta’ votanti tiegħu u allura li Sant ma jkunx fil-lista ta’ kandidati mhux se jimpatta daqstant l-ammont ta’ voti li jġib il-partit. Dan huwa kuntrarju għal Simon Busuttil li huwa probabli li se jkollu persentaġġ konsiderevoli ta’ nies li jekk ma jivvutawx lilu, jew ma jivvutawx jew inkella ma jagħtux l-ewwel preferenza lill-Partit Nazzjonalista (ara iktar ’il quddiem) Il-fattur ‘Miriam Dalli’ u t-tmexxija tal-PL Huwa sigriet magħruf fost l-għeruq tal-Partit Laburista illi t-tmexxija tal-partit qed tara lill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli bħala s-sostitut perfett għal Joseph Muscat. Teoretikament, ħafna voti minn dawk il-kważi 49,000 vot ta’ Sant suppost imorru għand Dalli għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett mingħajr Sant u b’Marlene Mizzi li mhux se tikkontesta, Miriam Dalli se tibqa’ l-unika kandidata tal-Partit Laburista li fil-fatt hija MEP bħalissa. Dan ifisser li se tkun l-unika waħda b’esperjenza diretta f’din il-kariga. Il-‘karta’ tal-esperjenza se tintlagħab ħafna favur Dalli jekk Sant ma joħroġx. Jekk Sant joħroġ imma min irid persuna ta’ esperjenza politika jaf ikun aktar inklinat li jagħżel lil Sant, anke għax dan jidher aktar dirett u kritiku tal-Unjoni Ewropea. B’rebħa kbira li tlaħħaq l-40,000 jew il-50,000 vot f’distakk, Miriam Dalli tkun għamlet rebħa kbira ta’ fiduċja mal-Laburisti u b’mewġa ta’ appoġġ bħal dik titpoġġa fuq quddiem f’tiġrija għat-tmexxija Laburista. B’Alfred Sant il-possibilità li dan is-suċċess jitpoġġa taħt dell huwa probabli ħafna. Alfred Sant: ħadha kontra tal-‘Panama’ u darba injora l-‘ordni’ ta’ Muscat Alfred Sant kien pjuttost ċar illi huwa kien jirreżenja kieku kien minflok il-Ministru Konrad Mizzi, bil-Ministru Evarist Bartolo jgħid illi jaqbel ma’ Sant. Iktar minn hekk u iktar riċenti Sant sostna li l-impatt tal-Panama Papers se jkun negattiv u li l-Panama Papers huma attakk fuq is-servizzi finanzjarji.” L-eks Mexxej Laburista, nhar it-18 ta’ Jannar ta’ din is-sena kien sostna wkoll li jeżistu problemi fil-governanza tal-pajjiż u fil-kontrolli fuq il-korruzzjoni. Minkejja dan kien sejjaħ bħala ‘redikolaġni’ ż-żjara ta’ delegazzjoni mmexxija minn Ana Gomes mill-Parlament Ewropew f’pajjiżna. Imma mhux biss, Sant kien injora lil Muscat fuq in-nomina ta’ Simon Busuttil bħala Membru tal-Kumitat ta’ esperti li jwettaq skrutinju fuq in-nomini tal-Imħallfin għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan hekk kif il-PM Joseph Muscat kien qal, f’waħda mil-laqgħat ta’ kull nhar ta’ Ħadd illi l-MEPs tal-Partit Laburista kienu se jivvotaw favur din in-nomina. Minflok Sant iddeċieda li ma jivvutax. Dawn huma kollha indikazzjonijiet illi Sant huwa xi ftit jew wisq imprevedibbli u li ma jobdix id-direttivi meta dawn ma jaqbilx magħhom. Dan jista’ jindika illi t-tmexxija tal-partit u tal-Gvern li fiċ-ċentru tagħhom hemm Keith Shembri u Konrad Mizzi, ma tantx huma kuntenti b’Sant jew ejja ngħidu li mhux il-favorit tagħhom. Għalkemm probabilment f’ammonti negliġibbli, Sant jista’ jkun li jattira vot ta’ protesta kontra t-tmexxija tal-partit, speċjalment fid-dawl ta’ ċerti żviluppi relatati mal-kwistjoni tal-Panama. Bih u mingħajru? Kif diġà għidna, il-preżenza ta’ Sant se żżid il-valur tal-lista ta’ kandidati fis-sens li se tagħmel il-lista aktar ikkulurita u l-għażla għal min se jivvota PL aktar vasta. Mingħajru iżda l-Partit Laburista m’għandux biża’ partikolari ta’ telf ta’ voti, speċjalment jekk din l-elezzjoni se tintlagħab bħala ‘l-aħħar waħda’ ta’ Muscat. Dan jista’ jindika allura illi filwaqt li mixtieq minn bosta, bih u mingħajru ċ-ċans ta’ rebħa Laburista kbira jew kbira ħafna xorta jibqa’ tajjeb ħafna. Simon Bususttil: jirrappreżenta faxxa kbira tal-PN L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jirrappreżenta linja ta’ ħsieb fil-partit, linja li sa ftit żmien ilu kienet dominanti. Din il-linja ta’ ħsieb hija bbażata l-aktar fuq il-bżonn li l-Oppożizzjoni tkun b’saħħitha u militanti, speċjalment quddiem dak li jaraw bħala ‘l-aktar Gvern korrott fl-istorja.’ Huwa l-ħsieb u t-twemmin li l-PN kellu raġun u kien qiegħed fuq in-naħa t-tajba tal-istorja meta ġġieled lill-Gvern ta’ Muscat fuq il-korruzzjoni. Busuttil jirrappreżenta dik il-faxxa ta’ Nazzjonalisti li kienu jaqraw, isegwu u jemmnu lil Daphne Caruana Galizia reliġjożament, li jipparteċipaw fil-mixjiet u attivitajiet relatati mal-qtil ta’ Caruana Galizia u li huwa aktar possibbli li jkunu ġejjin mill-faxxa tal-klassi tan-nofs u mill-10 Distrett, id-distrett illi fih il-PN iġib l-aqwa riżultat. Din il-faxxa ta’ nies mhuma kuntenti xejn li Adrian Delia huwa Kap tal-PN għax jarawh moralment inferjuri għal kull Kap ieħor fl-istorja politika. Din il-faxxa ta’ nies li jirrappreżenta Busuttil hija dik l-aktar li qed tindika astensjoni fl-2019. Għalhekk b’differenza minn Sant, Busuttil huwa ħafna iktar determinanti għar-riżultat finali tal-Partit Nazzjonalista fl-2019 u ħafna iktar b’saħħtu mill-eks Mexxej Laburista. Joħroġ għal tal-MEPs...jagħti daqqa t’id lil Delia Jekk Simon Busuttil joħroġ għall-elezzjoni tal-MEPs ikun ta’ daqqa t’id tajba lil Delia, fis-sens illi jkunu nġabru eluf ta’ voti għall-Partit Nazzjonalista illi ma kinux jinkisbu jekk Busuttil ma joħroġx għal din l-elezzjoni partikolari. Il-probabilità li Busuttil ikun elett hija tajba ħafna. Dawk li ma tantx jaraw għajn m’għajn ma’ Busuttil se jaraw suċċess għal Busuttil fl-2019 bħala mod kif se jkunu “ħelsu” minnu mix-xena politika lokali. Bin-nuqqas ta’ Busuttil dawk id-Deputati li xorta jappoġġjaw lilu aktar milli lil Delia, ma jkollhomx dak il-punt ta’ referenza li jgħaqqadhom aktar, għall-inqas fuq bażi strettament lokali. Minkejja din il-kunsiderazzjoni, Busuttil fil-Parlament Ewropew ikun pjuttost b’saħħtu u hemm ċans li l-partit fuq bażi lokali u l-partit fuq bażi Ewropew jieħdu direzzjoni u japplikaw strateġiji xi ftit differenti. Jista’ jkun ukoll illi Delia ma jkollux il-kontroll li jixtieq fuq l-MEPs tal-PN stess jekk ikun hemm Busuttil fi Brussell. Lura fil-Parlament Ewropew Busuttil jerġa’ jkollu influwenza aktar milli hemm min forsi jixtieq fil-partit. Jiġifieri l-imbuttatura li kapaċi jagħti Busuttil f’elezzjoni illi fiha s’issa qed jidher li l-Partit Nazzjonalista se jmur ħażin ħafna, għandha prezz magħha; dak li Busuttil ikompli jżid fil-popolarità. Politikament ma tantx hija ta’ benefiċċju li jkollok Deputat jew membru tal-partit li huwa iktar popolari mill-Kap. ...u jekk ma joħroġx Jekk Busuttil ma joħroġx iċ-ċans huwa li l-voti li kieku jmorru għandu jinqasmu. Ftit imorru fuq David Casa illi bħalissa huwa l-eqreb fil-ħsieb u strateġija ta’ Busuttil. Jista’ jkun li xi voti oħrajn imorru għand Roberta Metsola. Imma hemm ċans ukoll li persentaġġ tajjeb minn dawk li jappoġġjaw lil Busuttil ma jmorrux jivvutaw. Ma ninsewx li dawn in-nies qed jonqsu mit-total li kien ġab il-PN fl-2017 u anke fl-2014 meta l-PN tilef l-elezzjoni tal-MEPs b’33,700 vot. Dan ifisser illi fin-nuqqas ta’ xi ħadd b’saħħtu u bi preżenza qawwija ħafna fuq il-midja (bħall-Avukat Bernard Grech), il-PN jitlef ħafna voti. Dan ix-xenarju ta’ telfa daqs jew ikbar minn dik tal-2017, joqgħod perfettament man-narrativa tas-sezzjoni tal-PN li ma jridux lil Delia jibqa’. B’riżultat ħażin, grazzi wkoll għan-nuqqas ta’ Busuttil fuq il-karta tal-vot, it-triq tkun imwittija għal bidla fit-tmexxija. Dan allura juri li dak li se jagħmel Busuttil jista’ jkun determinanti ħafna fuq ir-riżultat fl-2019 u allura wkoll fuq il-futur tal-Partit Nazzjonalista. | [
"Alfred Sant u Simon Busuttil.",
"Min jgħid li ħerġin u min jgħid li le.",
"Imma l-kandidatura tagħhom kif tista’ tbiddel ix-xenarju politiku u tiddetermina l-futur tal-partit?",
"Sitt xhur oħra l-poplu Malti u Għawdxi se jkun mitlub jerġa’ jagħmel l-għażla, din id-darba mhux għall-Gvern imma għas-sitt rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew.",
"Apparti l-ħafna mistoqsijiet, possibilitajiet u analiżi dwar l-eżitu ta’ din elezzjoni, s’issa hemm fattur komuni bejn iż-żewġ partiti.",
"Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista għandhom kandidat prospettiv li kien mexxej tal-istess partit, li għadu ma ħabbarx il-kandidatura tiegħu, li hemm dubji jekk qattx se jħabbarha u li hemm xenarji politiċi partikolari li jinħolqu bil-kandidatura tiegħu.",
"Dawn huma, Alfred Sant u Simon Busuttil.",
"Din il-gazzetta analizzat l-impatt li l-kandidatura ta’ Busuttil u Sant jaf ikollha fuq il-partiti rispettivi tagħhom u n-nuqqas tagħhom fuq il-karta tal-vot fl-2019 xi tkun tfisser għall-istess partiti.",
"Alfred Sant: kalamita għall-għeruq",
"Alfred Sant jibqa’ politiku maħbub ħafna fost l-għeruq tal-Partit Laburista minħabba diversi raġunijiet.",
"L-ewwel nett huwa meqjus bħala persuna ‘nadifa’, fil-fatt qatt ma saru akkużi jew allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-konfront tiegħu f’26 sena karriera politika li kellu s’issa.",
"Ħafna għeruq għadhom isostnu li Alfred Sant, dak iż-żmien appoġġjat bil-qawwi minn Joseph Muscat, kellu raġun fuq diversi punti fejn jirrigwarda d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.",
"Dan apparti li Sant huwa meqjus bħala ‘vittma’ taċ-ċirkostanzi politiċi li tellfuh Gvern leġittimu fl-1998, xi ħaġa li ħafna Laburisti ħassew illi hija xi ħaġa li ma tinħafirx.",
"Il-Partit Laburista jaf illi jekk Sant ikun fuq dik il-karta tal-vot, il-probabilità illi jkun elett u jġib riżultat tajjeb hija għolja ħafna.",
"Fl-aħħar elezzjoni tal-MEPs fl-2014 Sant kien kiseb 48,739 vot u allura kien l-aktar kandidat li ġab voti minn fost dawk tal-Partit Laburista u l-aktar kandidat li ġab voti mill-partiti kollha.",
"Dan ifisser illi Sant huwa fattur b’saħħtu ħafna.",
"Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista bħalissa ma jidhirx li qed jara instabbilità fil-bażi ta’ votanti tiegħu u allura li Sant ma jkunx fil-lista ta’ kandidati mhux se jimpatta daqstant l-ammont ta’ voti li jġib il-partit.",
"Dan huwa kuntrarju għal Simon Busuttil li huwa probabli li se jkollu persentaġġ konsiderevoli ta’ nies li jekk ma jivvutawx lilu, jew ma jivvutawx jew inkella ma jagħtux l-ewwel preferenza lill-Partit Nazzjonalista (ara iktar ’il quddiem)",
"Il-fattur ‘Miriam Dalli’ u t-tmexxija tal-PL",
"Huwa sigriet magħruf fost l-għeruq tal-Partit Laburista illi t-tmexxija tal-partit qed tara lill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli bħala s-sostitut perfett għal Joseph Muscat.",
"Teoretikament, ħafna voti minn dawk il-kważi 49,000 vot ta’ Sant suppost imorru għand Dalli għal diversi raġunijiet.",
"L-ewwel nett mingħajr Sant u b’Marlene Mizzi li mhux se tikkontesta, Miriam Dalli se tibqa’ l-unika kandidata tal-Partit Laburista li fil-fatt hija MEP bħalissa.",
"Dan ifisser li se tkun l-unika waħda b’esperjenza diretta f’din il-kariga.",
"Il-‘karta’ tal-esperjenza se tintlagħab ħafna favur Dalli jekk Sant ma joħroġx.",
"Jekk Sant joħroġ imma min irid persuna ta’ esperjenza politika jaf ikun aktar inklinat li jagħżel lil Sant, anke għax dan jidher aktar dirett u kritiku tal-Unjoni Ewropea.",
"B’rebħa kbira li tlaħħaq l-40,000 jew il-50,000 vot f’distakk, Miriam Dalli tkun għamlet rebħa kbira ta’ fiduċja mal-Laburisti u b’mewġa ta’ appoġġ bħal dik titpoġġa fuq quddiem f’tiġrija għat-tmexxija Laburista.",
"B’Alfred Sant il-possibilità li dan is-suċċess jitpoġġa taħt dell huwa probabli ħafna.",
"Alfred Sant: ħadha kontra tal-‘Panama’ u darba injora l-‘ordni’ ta’ Muscat",
"Alfred Sant kien pjuttost ċar illi huwa kien jirreżenja kieku kien minflok il-Ministru Konrad Mizzi, bil-Ministru Evarist Bartolo jgħid illi jaqbel ma’ Sant.",
"Iktar minn hekk u iktar riċenti Sant sostna li l-impatt tal-Panama Papers se jkun negattiv u li l-Panama Papers huma attakk fuq is-servizzi finanzjarji.”",
"L-eks Mexxej Laburista, nhar it-18 ta’ Jannar ta’ din is-sena kien sostna wkoll li jeżistu problemi fil-governanza tal-pajjiż u fil-kontrolli fuq il-korruzzjoni.",
"Minkejja dan kien sejjaħ bħala ‘redikolaġni’ ż-żjara ta’ delegazzjoni mmexxija minn Ana Gomes mill-Parlament Ewropew f’pajjiżna.",
"Imma mhux biss, Sant kien injora lil Muscat fuq in-nomina ta’ Simon Busuttil bħala Membru tal-Kumitat ta’ esperti li jwettaq skrutinju fuq in-nomini tal-Imħallfin għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.",
"Dan hekk kif il-PM Joseph Muscat kien qal, f’waħda mil-laqgħat ta’ kull nhar ta’ Ħadd illi l-MEPs tal-Partit Laburista kienu se jivvotaw favur din in-nomina.",
"Minflok Sant iddeċieda li ma jivvutax.",
"Dawn huma kollha indikazzjonijiet illi Sant huwa xi ftit jew wisq imprevedibbli u li ma jobdix id-direttivi meta dawn ma jaqbilx magħhom.",
"Dan jista’ jindika illi t-tmexxija tal-partit u tal-Gvern li fiċ-ċentru tagħhom hemm Keith Shembri u Konrad Mizzi, ma tantx huma kuntenti b’Sant jew ejja ngħidu li mhux il-favorit tagħhom.",
"Għalkemm probabilment f’ammonti negliġibbli, Sant jista’ jkun li jattira vot ta’ protesta kontra t-tmexxija tal-partit, speċjalment fid-dawl ta’ ċerti żviluppi relatati mal-kwistjoni tal-Panama.",
"Bih u mingħajru?",
"Kif diġà għidna, il-preżenza ta’ Sant se żżid il-valur tal-lista ta’ kandidati fis-sens li se tagħmel il-lista aktar ikkulurita u l-għażla għal min se jivvota PL aktar vasta.",
"Mingħajru iżda l-Partit Laburista m’għandux biża’ partikolari ta’ telf ta’ voti, speċjalment jekk din l-elezzjoni se tintlagħab bħala ‘l-aħħar waħda’ ta’ Muscat.",
"Dan jista’ jindika allura illi filwaqt li mixtieq minn bosta, bih u mingħajru ċ-ċans ta’ rebħa Laburista kbira jew kbira ħafna xorta jibqa’ tajjeb ħafna.",
"Simon Bususttil: jirrappreżenta faxxa kbira tal-PN",
"L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jirrappreżenta linja ta’ ħsieb fil-partit, linja li sa ftit żmien ilu kienet dominanti.",
"Din il-linja ta’ ħsieb hija bbażata l-aktar fuq il-bżonn li l-Oppożizzjoni tkun b’saħħitha u militanti, speċjalment quddiem dak li jaraw bħala ‘l-aktar Gvern korrott fl-istorja.’",
"Huwa l-ħsieb u t-twemmin li l-PN kellu raġun u kien qiegħed fuq in-naħa t-tajba tal-istorja meta ġġieled lill-Gvern ta’ Muscat fuq il-korruzzjoni.",
"Busuttil jirrappreżenta dik il-faxxa ta’ Nazzjonalisti li kienu jaqraw, isegwu u jemmnu lil Daphne Caruana Galizia reliġjożament, li jipparteċipaw fil-mixjiet u attivitajiet relatati mal-qtil ta’ Caruana Galizia u li huwa aktar possibbli li jkunu ġejjin mill-faxxa tal-klassi tan-nofs u mill-10 Distrett, id-distrett illi fih il-PN iġib l-aqwa riżultat.",
"Din il-faxxa ta’ nies mhuma kuntenti xejn li Adrian Delia huwa Kap tal-PN għax jarawh moralment inferjuri għal kull Kap ieħor fl-istorja politika.",
"Din il-faxxa ta’ nies li jirrappreżenta Busuttil hija dik l-aktar li qed tindika astensjoni fl-2019.",
"Għalhekk b’differenza minn Sant, Busuttil huwa ħafna iktar determinanti għar-riżultat finali tal-Partit Nazzjonalista fl-2019 u ħafna iktar b’saħħtu mill-eks Mexxej Laburista.",
"Joħroġ għal tal-MEPs...jagħti daqqa t’id lil Delia",
"Jekk Simon Busuttil joħroġ għall-elezzjoni tal-MEPs ikun ta’ daqqa t’id tajba lil Delia, fis-sens illi jkunu nġabru eluf ta’ voti għall-Partit Nazzjonalista illi ma kinux jinkisbu jekk Busuttil ma joħroġx għal din l-elezzjoni partikolari.",
"Il-probabilità li Busuttil ikun elett hija tajba ħafna.",
"Dawk li ma tantx jaraw għajn m’għajn ma’ Busuttil se jaraw suċċess għal Busuttil fl-2019 bħala mod kif se jkunu “ħelsu” minnu mix-xena politika lokali.",
"Bin-nuqqas ta’ Busuttil dawk id-Deputati li xorta jappoġġjaw lilu aktar milli lil Delia, ma jkollhomx dak il-punt ta’ referenza li jgħaqqadhom aktar, għall-inqas fuq bażi strettament lokali.",
"Minkejja din il-kunsiderazzjoni, Busuttil fil-Parlament Ewropew ikun pjuttost b’saħħtu u hemm ċans li l-partit fuq bażi lokali u l-partit fuq bażi Ewropew jieħdu direzzjoni u japplikaw strateġiji xi ftit differenti.",
"Jista’ jkun ukoll illi Delia ma jkollux il-kontroll li jixtieq fuq l-MEPs tal-PN stess jekk ikun hemm Busuttil fi Brussell.",
"Lura fil-Parlament Ewropew Busuttil jerġa’ jkollu influwenza aktar milli hemm min forsi jixtieq fil-partit.",
"Jiġifieri l-imbuttatura li kapaċi jagħti Busuttil f’elezzjoni illi fiha s’issa qed jidher li l-Partit Nazzjonalista se jmur ħażin ħafna, għandha prezz magħha; dak li Busuttil ikompli jżid fil-popolarità.",
"Politikament ma tantx hija ta’ benefiċċju li jkollok Deputat jew membru tal-partit li huwa iktar popolari mill-Kap.",
"...u jekk ma joħroġx",
"Jekk Busuttil ma joħroġx iċ-ċans huwa li l-voti li kieku jmorru għandu jinqasmu.",
"Ftit imorru fuq David Casa illi bħalissa huwa l-eqreb fil-ħsieb u strateġija ta’ Busuttil.",
"Jista’ jkun li xi voti oħrajn imorru għand Roberta Metsola.",
"Imma hemm ċans ukoll li persentaġġ tajjeb minn dawk li jappoġġjaw lil Busuttil ma jmorrux jivvutaw.",
"Ma ninsewx li dawn in-nies qed jonqsu mit-total li kien ġab il-PN fl-2017 u anke fl-2014 meta l-PN tilef l-elezzjoni tal-MEPs b’33,700 vot.",
"Dan ifisser illi fin-nuqqas ta’ xi ħadd b’saħħtu u bi preżenza qawwija ħafna fuq il-midja (bħall-Avukat Bernard Grech), il-PN jitlef ħafna voti.",
"Dan ix-xenarju ta’ telfa daqs jew ikbar minn dik tal-2017, joqgħod perfettament man-narrativa tas-sezzjoni tal-PN li ma jridux lil Delia jibqa’.",
"B’riżultat ħażin, grazzi wkoll għan-nuqqas ta’ Busuttil fuq il-karta tal-vot, it-triq tkun imwittija għal bidla fit-tmexxija.",
"Dan allura juri li dak li se jagħmel Busuttil jista’ jkun determinanti ħafna fuq ir-riżultat fl-2019 u allura wkoll fuq il-futur tal-Partit Nazzjonalista."
] | 6www.illum.com.mt
| 22,857 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2019/10/30/ara-plejers-maltin-fuq-pes-2020/ | ARA: Plejers Maltin fuq PES 2020 | Kunjomijiet li s-soltu nisimgħuhom fi tmiem il-ġimgħa fuq it-televiżjoni waqt logħba futbol tal-Kampjonat Premier Malti. Madankollu dawk b'passjoni tal-futbol Malti issa għandhom ċ-ċans li fil-ħin ta' mistrieħ, jilagħbu bit-tim favorit Malti tagħhom fil-logħba Pro Evolution Soccer 2020 kemm fuq il- Playstation , l- X-Box u anke l-kompjuter. Dan grazzi għal Glenn Mizzi li ftit tax-xhur ilu embarka fuq dan il-proġett sabiex għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol f'pajjiżna, uċuħ Maltin issa jagħmlu parti minn din il-logħba li tintlagħab minn miljuni ta' nies minn madwar id-dinja. PES 2020 hija l-kompetitur dirett tal-logħba FIFA u ftit tax-xhur ilu rebħet id-drittijiet tal-kompetizzjoni EURO 2020 u kif ukoll riċentament anke dawk tat-tim ta' Juventus. F'intervista ma' ONE News, Glenn spjega l-motivazzjoni wara dan il-proġett li fil-ftit jiem li ilu sar aċċessibli għall-pubbliku. Glenn stqarr: " Jiena bniedem li nħobb il-futbol. Ġietni din l-idea li nagħmel il-league Malti wkoll u kien hemm ammont ta' timijiet li stajt nirranġa u għidt għaliex ma nagħmilx il-league Malti. Xi ħaġa differenti li qatt ma saret u kienet ta' suċċess kbir." Glenn spjegalna wkoll il-proċess wara l-wiċċ ta' kull plejer fil-Kampjonat Premier Malti fil-logħba. Proċess twil fejn fih irid kemm jista' jkun ixebbaħ l-uċuħ tal-plejer fil-logħba ma' dawk fil-verità. Dan hekk kif ma kellux riżorsi bħal kameras apposta li jaqbdu kull dettall tal-uċuħ minn kull anglu bħalma jużaw il-kumpaniji kbar li joħolqu dan il-logħob. Glenn sostna: " Biex stajt ninqeda jien ovvjament ma kellix dawk ir-riżorsi. Kulma għamilt huwa jiġifieri użajt Facebook profiles u anke ritratti minn fuq Google sabiex stajt nirranġahom minn fuq il-Playstation u nipprova nxebbaħhom kemm nista'." Hekk kif il-pakkett tal-futbol Malti mhuwiex parti mill-logħba Glenn spjega kif wieħed jista' jaċċessa il- league Malti fuq il-logħba. " Wieħed jista jsib il-paġna fuq Facebook, il-paġna tiegħi, PES 2020 Maltese Football u l-ewwel post hija pinned post hija l-link minn fejn wieħed jista jniżżel il-league. Hemm ukoll instructions ta' kif wieħed jista' jinstallaħ u tista' tniżżlu minn hemmek" , temm jgħid Glenn. | [
"Kunjomijiet li s-soltu nisimgħuhom fi tmiem il-ġimgħa fuq it-televiżjoni waqt logħba futbol tal-Kampjonat Premier Malti.",
"Madankollu dawk b'passjoni tal-futbol Malti issa għandhom ċ-ċans li fil-ħin ta' mistrieħ, jilagħbu bit-tim favorit Malti tagħhom fil-logħba Pro Evolution Soccer 2020 kemm fuq il- Playstation , l- X-Box u anke l-kompjuter.",
"Dan grazzi għal Glenn Mizzi li ftit tax-xhur ilu embarka fuq dan il-proġett sabiex għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol f'pajjiżna, uċuħ Maltin issa jagħmlu parti minn din il-logħba li tintlagħab minn miljuni ta' nies minn madwar id-dinja.",
"PES 2020 hija l-kompetitur dirett tal-logħba FIFA u ftit tax-xhur ilu rebħet id-drittijiet tal-kompetizzjoni EURO 2020 u kif ukoll riċentament anke dawk tat-tim ta' Juventus.",
"F'intervista ma' ONE News, Glenn spjega l-motivazzjoni wara dan il-proġett li fil-ftit jiem li ilu sar aċċessibli għall-pubbliku.",
"Glenn stqarr: \" Jiena bniedem li nħobb il-futbol.",
"Ġietni din l-idea li nagħmel il-league Malti wkoll u kien hemm ammont ta' timijiet li stajt nirranġa u għidt għaliex ma nagħmilx il-league Malti.",
"Xi ħaġa differenti li qatt ma saret u kienet ta' suċċess kbir.\"",
"Glenn spjegalna wkoll il-proċess wara l-wiċċ ta' kull plejer fil-Kampjonat Premier Malti fil-logħba.",
"Proċess twil fejn fih irid kemm jista' jkun ixebbaħ l-uċuħ tal-plejer fil-logħba ma' dawk fil-verità.",
"Dan hekk kif ma kellux riżorsi bħal kameras apposta li jaqbdu kull dettall tal-uċuħ minn kull anglu bħalma jużaw il-kumpaniji kbar li joħolqu dan il-logħob.",
"Glenn sostna: \" Biex stajt ninqeda jien ovvjament ma kellix dawk ir-riżorsi.",
"Kulma għamilt huwa jiġifieri użajt Facebook profiles u anke ritratti minn fuq Google sabiex stajt nirranġahom minn fuq il-Playstation u nipprova nxebbaħhom kemm nista'.\"",
"Hekk kif il-pakkett tal-futbol Malti mhuwiex parti mill-logħba Glenn spjega kif wieħed jista' jaċċessa il- league Malti fuq il-logħba.",
"\" Wieħed jista jsib il-paġna fuq Facebook, il-paġna tiegħi, PES 2020 Maltese Football u l-ewwel post hija pinned post hija l-link minn fejn wieħed jista jniżżel il-league.",
"Hemm ukoll instructions ta' kif wieħed jista' jinstallaħ u tista' tniżżlu minn hemmek\" , temm jgħid Glenn."
] | 3one.com.mt
| 32,681 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/59052/tmien_persuni_jinjoraw_illii_u_jelu_l100_gallames_jum_add_ma_jinqabad_jikser_ilkwarantina | Tmien persuni jinjoraw il-liġi u jeħlu l-€100; Għall-ħames jum ħadd ma jinqabad jikser il-kwarantina | Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ Tmien persuni oħra injoraw il-liġi u weħlu multa’ €100 kull wieħed wara li nqabdu f’ġemgħat ta’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi. Intant, għall-ħames jum, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-496 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ L-appell huwa wkoll biex il-pubbliku ma jinġemax fi gruppi quddiem take-aways jew deliveries iżda jżomm id-distanza bejn persuna u oħra. Wieħed jista’ jirrapporta abbużi fuq in-numru 21692447. | [
"Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ",
"Tmien persuni oħra injoraw il-liġi u weħlu multa’ €100 kull wieħed wara li nqabdu f’ġemgħat ta’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi.",
"Intant, għall-ħames jum, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-496 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.",
"Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ",
"L-appell huwa wkoll biex il-pubbliku ma jinġemax fi gruppi quddiem take-aways jew deliveries iżda jżomm id-distanza bejn persuna u oħra.",
"Wieħed jista’ jirrapporta abbużi fuq in-numru 21692447."
] | 6www.illum.com.mt
| 25,257 |
press, news, Kultura, Arti | https://www.illum.com.mt/kultura/arti/60131/ledizzjoni_virtwali_talfestival_nazzjonali_talktieb__esperjenza_unika_gattfal | L-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb - esperjenza unika għat-tfal Wara li fl-aħħar jiem il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir xorta waħda iżda b'mod xitrwali, it-tim organizzatti tal-Festival qed iħares lejn din l-isfida l-ġdida b'determninazzjoni sabiex it-tfal jerġa' jkollhom esperjenza fejjieda imma mġedda mal-ktieb u l-qari | Id-deċiżjoni li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma jsirx bil-mod tradizzjonali kif nafuh ma kinitx waħda faċli. Tul dawn l-aħħar seba' snin l-avveniment kiseb reputazzjoni għolja kemm mal-imsieħba fl-industrija tal-kotba iżda anki mal-pubbliku - speċjalment mat-tfal li huma wieħed mill-klijenti l-aktar importanti fix-xogħol kollu tul is-sena tal-KNK. Min dan il-lat il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimmira wkoll li jkun ta' eżempju għal entitajiet oħra governattivi, kif konna fil-passat - ma nistgħu qatt nieħdu r-riskju li minħabba deċiżjonijiet li ma ttiħdux f'waqqithom xi ħadd jinfetta ruħu waqt il-Festival, u lanqas nistgħu nagħmlu avvenimenti meta hemm ir-riskju li nikkompromettu l-benessri tal-klijenti, l-imsieħba u l-ħaddiema tagħna. Tinstema' klixè, imma t-tim organizzattiv tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed iħares lejn din l-isfida l-ġdida b'ħeġġa sabiex insarrfuha għal darb'oħra f'laqgħa unika tat-tfal mal-qari u d-dinja tal-kotba. Iżda mhux biss - qed naħdmu sabiex, flimkien mal-pubblikaturi u l-imsieħba l-oħra fl-industrija li magħhom naqsmu sapport reċiproku, nimbuttaw il-limiti u nidħlu f'art li, ngħiduha kif inhi, f'pajjiżi oħra m'għadhiex daqstant ġdida: l-esperjenza virtwali. Studenti u tfal: l-aqwa kotba tal-2019 jinsabu biss klikkjatura bogħod! Ix-xiri ta' kotba online kien ilu fil-ħsieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Fil-fatt meta faqqgħet l-imxija Covid-19 nedejna għadd ta' kampanji sabiex inħajru lit-tfal jixtru l-kotba mis-siti tal-pubblikaturi, ladarba ma setgħux joħorġu mid-dar. F'Marzu qassamna fuljett lid-djar kollha ta' Malta u Għawdex bl-informazzjoni kollha li wieħed jeħtieġ biex jixtri ktieb online mingħand kull pubblikatur f'Malta. Dal-fuljett jisnab ukoll b'mod virtwali (ovvjament!) fuq is-sit tal-KNK. Minn hawnhekk inħeġġu lit-tfal u lil min jieħu ħsiebhom biex jiffamiljarizzaw ruħhom aktar mas-servizzi online tad-diversi pubblikaturi Maltin. M'ilux ippubblikajna l-lista ta' kotba finalisti tal-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adolexxenti, u nistgħu nassigurawkom li għal darb'oħra l-kotba sottomessi huma ta' kwalità għolja kemm mil-lat ta' kontenut u anki minn dak illustrattiv. Se nidħlu f'kull klassi ta' Malta u Għawdex bix-xows tagħna Il-programm ta' attivitajiet li s-soltu jkollna mħejji għall-istudenti li jżuru l-Festival se jsir xorta waħda. Ovvjament l-istudenti mhumiex se jiġu Dar il-Mediterran imma aħna se nidħlu f'kull skola ta' Malta u Għawdex b'mod virtwali…mhux bis-sens jew? Ix-xows ibbażati fuq il-kotba rebbieħa tat-Terramaxka tas-sena l-oħra u ta' dis-sena hemm il-ħsieb li jiġu rrekordjati u jintbagħtu lill-iskejjel. Se jkun hemm xow ibbażat fuq il-ktieb Il- Ħanut tal-Ħelu Li Mar Dawra ta' Clare Azzopardi għal tfal sa seba' snin u ieħor ibbażat fuq Amina ta' Antoinette Borg għall-adolexxenti sa sittax-il sena. Ix-xow fuq ir-rebbieħa ta' dis-sena nħalluhulkom sigriet għalissa ladarba għad irridu nħabbru r-rebbieħa ta' dis-sena! Dan huwa materjal edukattiv magħmul b'mod li t-tfal jieħdu gost jitgħallmu, u kull xow ikun imqassam skont l-età tal-istudent. Ninsabu ċerti li l-għalliema se jsibuh utli għat-tagħlim dwar il-ħila tal-qari, it-trawwim ta' komunità li taqra u anki għall-gost, fost affarijiet oħra. Huwa materjal li jista' jibqa' jintuża kemm-il darba. Il-vawċer tant maħbub se jitqassam xorta waħda. Kull student li se jirreġistra għall-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jintbagħatlu l-vawċer li jkun jista' jonfoq online mingħand il-pubblikatur tal-għażla tiegħu u li jkun qed jieħu sehem waqt il-Festival. It-tranżizzjoni għall-online trid tkun totali u permanenti Ħerqana biex it-tranżizzjoni għall-online ma tkunx biss biex minnha jgawdu t-tfal. Il-pjan tagħna jħares ferm fit-tul: il-qalba għall-online trid tkun totali u permanenti. Huwa għalhekk li minn hawn qed insejħu lill-imsieħba kollha tal-industrija, speċjalment l-eżebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, biex jitħażżmu sewwa u jaraw li jinsabu paripassu mal-aħħar teknoloġiji għall-bejgħ tal-kotba online. L-istudenti m'għandhomx isibuha diffiċli biex jidħlu u jsarrfu l-vawċer online u iex nilħqu dan l-għan qed naħdmu sabiex tinħoloq sistema li biha l-vawċer ikun jista' jissarraf f'forma ta' kodiċi li tintuża darba biss. Min-naħa tal-pubblikaturi jkun tajjeb li jaġevolaw is-servizzi online tagħhom sabiex l-istudent ma jsibhiex bi tqila biex jidħol, isib il-ktieb li jixtieq u jsarraf il-vawċer. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mhuwiex skuraġġut mis-sitwazzjoni, u determinati biex flimkien mal-pubblikaturi nieħdu din bħala opportunità biex insibu modi ġodda kif nippromwovu l-qari u l-kotba u jinbiegħu l-kotba. Infakkru lill-pubblikaturi kollha li d-data tal-għeluq biex japplikaw għall-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (11-15 ta' Novembru) se tibqa' kif kienet tħabbret fil-bidu: il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu. Ibqgħu segwu l-korrispondenzi li qed ikollna magħkom sabiex il-proċess ikun wieħed mingħajr intoppi. Informazzjoni oħra nippubbliawha bħas-soltu fuq is-sit tagħna www.ktieb.org.mt u fuq il-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Malta Book Festival 2020) u tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (National Book Council Malta). Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jitħabbar fix-xhur li ġejjin. | [
"Id-deċiżjoni li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma jsirx bil-mod tradizzjonali kif nafuh ma kinitx waħda faċli.",
"Tul dawn l-aħħar seba' snin l-avveniment kiseb reputazzjoni għolja kemm mal-imsieħba fl-industrija tal-kotba iżda anki mal-pubbliku - speċjalment mat-tfal li huma wieħed mill-klijenti l-aktar importanti fix-xogħol kollu tul is-sena tal-KNK.",
"Min dan il-lat il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimmira wkoll li jkun ta' eżempju għal entitajiet oħra governattivi, kif konna fil-passat - ma nistgħu qatt nieħdu r-riskju li minħabba deċiżjonijiet li ma ttiħdux f'waqqithom xi ħadd jinfetta ruħu waqt il-Festival, u lanqas nistgħu nagħmlu avvenimenti meta hemm ir-riskju li nikkompromettu l-benessri tal-klijenti, l-imsieħba u l-ħaddiema tagħna.",
"Tinstema' klixè, imma t-tim organizzattiv tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed iħares lejn din l-isfida l-ġdida b'ħeġġa sabiex insarrfuha għal darb'oħra f'laqgħa unika tat-tfal mal-qari u d-dinja tal-kotba.",
"Iżda mhux biss - qed naħdmu sabiex, flimkien mal-pubblikaturi u l-imsieħba l-oħra fl-industrija li magħhom naqsmu sapport reċiproku, nimbuttaw il-limiti u nidħlu f'art li, ngħiduha kif inhi, f'pajjiżi oħra m'għadhiex daqstant ġdida: l-esperjenza virtwali.",
"Studenti u tfal: l-aqwa kotba tal-2019 jinsabu biss klikkjatura bogħod!",
"Ix-xiri ta' kotba online kien ilu fil-ħsieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.",
"Fil-fatt meta faqqgħet l-imxija Covid-19 nedejna għadd ta' kampanji sabiex inħajru lit-tfal jixtru l-kotba mis-siti tal-pubblikaturi, ladarba ma setgħux joħorġu mid-dar.",
"F'Marzu qassamna fuljett lid-djar kollha ta' Malta u Għawdex bl-informazzjoni kollha li wieħed jeħtieġ biex jixtri ktieb online mingħand kull pubblikatur f'Malta.",
"Dal-fuljett jisnab ukoll b'mod virtwali (ovvjament!) fuq is-sit tal-KNK.",
"Minn hawnhekk inħeġġu lit-tfal u lil min jieħu ħsiebhom biex jiffamiljarizzaw ruħhom aktar mas-servizzi online tad-diversi pubblikaturi Maltin.",
"M'ilux ippubblikajna l-lista ta' kotba finalisti tal-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adolexxenti, u nistgħu nassigurawkom li għal darb'oħra l-kotba sottomessi huma ta' kwalità għolja kemm mil-lat ta' kontenut u anki minn dak illustrattiv.",
"Se nidħlu f'kull klassi ta' Malta u Għawdex bix-xows tagħna",
"Il-programm ta' attivitajiet li s-soltu jkollna mħejji għall-istudenti li jżuru l-Festival se jsir xorta waħda.",
"Ovvjament l-istudenti mhumiex se jiġu Dar il-Mediterran imma aħna se nidħlu f'kull skola ta' Malta u Għawdex b'mod virtwali…mhux bis-sens jew?",
"Ix-xows ibbażati fuq il-kotba rebbieħa tat-Terramaxka tas-sena l-oħra u ta' dis-sena hemm il-ħsieb li jiġu rrekordjati u jintbagħtu lill-iskejjel.",
"Se jkun hemm xow ibbażat fuq il-ktieb Il- Ħanut tal-Ħelu Li Mar Dawra ta' Clare Azzopardi għal tfal sa seba' snin u ieħor ibbażat fuq Amina ta' Antoinette Borg għall-adolexxenti sa sittax-il sena.",
"Ix-xow fuq ir-rebbieħa ta' dis-sena nħalluhulkom sigriet għalissa ladarba għad irridu nħabbru r-rebbieħa ta' dis-sena!",
"Dan huwa materjal edukattiv magħmul b'mod li t-tfal jieħdu gost jitgħallmu, u kull xow ikun imqassam skont l-età tal-istudent.",
"Ninsabu ċerti li l-għalliema se jsibuh utli għat-tagħlim dwar il-ħila tal-qari, it-trawwim ta' komunità li taqra u anki għall-gost, fost affarijiet oħra.",
"Huwa materjal li jista' jibqa' jintuża kemm-il darba.",
"Il-vawċer tant maħbub se jitqassam xorta waħda.",
"Kull student li se jirreġistra għall-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jintbagħatlu l-vawċer li jkun jista' jonfoq online mingħand il-pubblikatur tal-għażla tiegħu u li jkun qed jieħu sehem waqt il-Festival.",
"It-tranżizzjoni għall-online trid tkun totali u permanenti",
"Ħerqana biex it-tranżizzjoni għall-online ma tkunx biss biex minnha jgawdu t-tfal.",
"Il-pjan tagħna jħares ferm fit-tul: il-qalba għall-online trid tkun totali u permanenti.",
"Huwa għalhekk li minn hawn qed insejħu lill-imsieħba kollha tal-industrija, speċjalment l-eżebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, biex jitħażżmu sewwa u jaraw li jinsabu paripassu mal-aħħar teknoloġiji għall-bejgħ tal-kotba online.",
"L-istudenti m'għandhomx isibuha diffiċli biex jidħlu u jsarrfu l-vawċer online u iex nilħqu dan l-għan qed naħdmu sabiex tinħoloq sistema li biha l-vawċer ikun jista' jissarraf f'forma ta' kodiċi li tintuża darba biss.",
"Min-naħa tal-pubblikaturi jkun tajjeb li jaġevolaw is-servizzi online tagħhom sabiex l-istudent ma jsibhiex bi tqila biex jidħol, isib il-ktieb li jixtieq u jsarraf il-vawċer.",
"Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mhuwiex skuraġġut mis-sitwazzjoni, u determinati biex flimkien mal-pubblikaturi nieħdu din bħala opportunità biex insibu modi ġodda kif nippromwovu l-qari u l-kotba u jinbiegħu l-kotba.",
"Infakkru lill-pubblikaturi kollha li d-data tal-għeluq biex japplikaw għall-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (11-15 ta' Novembru) se tibqa' kif kienet tħabbret fil-bidu: il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu.",
"Ibqgħu segwu l-korrispondenzi li qed ikollna magħkom sabiex il-proċess ikun wieħed mingħajr intoppi.",
"Informazzjoni oħra nippubbliawha bħas-soltu fuq is-sit tagħna www.ktieb.org.mt u fuq il-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Malta Book Festival 2020) u tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (National Book Council Malta).",
"Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jitħabbar fix-xhur li ġejjin."
] | 6www.illum.com.mt
| 24,249 |
press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali, Lokali | https://newsbook.com.mt/tarbija-friskju-li-jmut-95-immigrant-jibqghu-friskju-alarm-phone/ | 94 immigrant salvati mill-AFM; se jiddaħħlu Malta | 94 immigrant li qed ifittxu l-ażil se jkunu qed jiddaħħlu Malta llejla wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta' Malta (AFM). Dan kien ikkonfermat ma' Newsbook.com.mt minn kelliema għall-AFM. Hi spjegat li dawn se jkunu qed jiddaħħlu Malta għall-ħabta tas-7pm minn Boilerwharf fl-Isla. Il-grupp ta' immigranti jidher li huma dawk li tkellmet dwarhom l-NGO Alarm Phone fl-aħħar jiem. Huma kien ilhom aktar minn 33 siegħa fuq il-baħar. Intant fi Tweet riċenti, Alarm Phone qalet li skont diversi sorsi tagħha, l-immigranti kienu salvati mill-AFM. Minkejja dan ikkundannat l-ittardjar tas-salvataġġ ta' dawn il-persuni minn Malta. According to several sources, the Armed Forces of Malta eventually rescued this group in distress. We don't know if there are any deaths as feared. The 30+ hours of non-assistance by Malta are once more shocking and we condemn these systematic delays in the strongest terms. — Alarm Phone (@alarm_phone) July 27, 2020 Aktar kmieni… Tarbija tinsab f'riskju li tmut jekk ma tkunx salvata. Dan hekk kif 95 immigrant jinsabu f'riskju li jgħerqu fiż-żona ta' salvataġġ Maltija. F'sensiela ta' Tweets, l-NGO Alarm Phone tat dettalji dwar dak li ilhom għaddejjin minnu dawn l-immigranti, fosthom in-nuqqas ta' ilma u li hemm tifel fil-periklu li jmut minn ħin għall-ieħor. L-aħħar tweet kienet ippubblikata madwar erba' sigħat ilu. Kien spjegat li l-immigranti ilhom aktar minn 33 siegħa bejn sema u ilma u ma jidher li hemm l-ebda tip ta' salvataġġ fil-qrib. Kien spjegat ukoll li hemm bastiment tal-merkanzija li qed isegwi s-sitwazzjoni iżda ma kienx qed jipprovdi assistenza. 05.05 We alerted authorities about ~95 people in distress ~33 hours ago & there has been no rescue in sight. A merchant vessel is monitoring the situation but not providing assistance. How long will the people be left suffering & at risk of drowning? How long can they survive? — Alarm Phone (@alarm_phone) July 27, 2020 Fi Tweet tal-bieraħ filgħaxija kien spjegat li l-persuni abbord sostnew li d-dgħajsa ma kinitx se ddum ma titlef l-istabbiltà tagħha. Il-persuni li qed ifittxu l-ażil staqsew jekk il-bastiment tal-merkanzija kienx se joqgħod iħares lejhom biex jarawhom jgħerqu. Huma spjegaw ukoll li għandhom ħafna għatx u ilhom mingħajr ilma mis-Sibt. Sostnew għandhom bżonn l-ilma għat-tarbija li għadha tat-twelid għax jinsab f'riskju li jmut. 19:15 Le ~95 persone in pericolo dicono che la nave grande è ancora vicina ma non dà assistenza. "Abbiamo tanta sete. Non abbiamo acqua da ieri. Devono darci acqua per il neonato. Il bimbo sta per morire." Noi possiamo vedere il cargo Heydar Aliyev girare attorno alla barca. pic.twitter.com/jKVZC0ONbT — Alarm Phone (@alarm_phone) July 26, 2020 Propju lbieraħ, Alarm Phone qalet li persuna diġà tilfet ħajjitha fost il-grupp ta' 95 li jinsabu f'riskju li jegħrqu fiż-żona tas-salvataġġ Maltija. Qalet li dawn il-persuni għamlu kuntatt magħhom wara li l-magna tad-dgħajsa li jinsabu fuqha mhux taħdem u d-dgħajsa qiegħda timtela bl-ilma. L-għaqda qalel li s-sitwazzjoni fuq id-dgħajsa hija waħda kritika u żiedet li l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani jinsabu infurmati dwar dan iżda mhux iwieġbu. Tmut persuna fost il-95 f'riskju li jegħrqu fl-ibħra Maltin – Alarm Phone | [
"94 immigrant li qed ifittxu l-ażil se jkunu qed jiddaħħlu Malta llejla wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta' Malta (AFM).",
"Dan kien ikkonfermat ma' Newsbook.com.mt minn kelliema għall-AFM.",
"Hi spjegat li dawn se jkunu qed jiddaħħlu Malta għall-ħabta tas-7pm minn Boilerwharf fl-Isla.",
"Il-grupp ta' immigranti jidher li huma dawk li tkellmet dwarhom l-NGO Alarm Phone fl-aħħar jiem.",
"Huma kien ilhom aktar minn 33 siegħa fuq il-baħar.",
"Intant fi Tweet riċenti, Alarm Phone qalet li skont diversi sorsi tagħha, l-immigranti kienu salvati mill-AFM.",
"Minkejja dan ikkundannat l-ittardjar tas-salvataġġ ta' dawn il-persuni minn Malta.",
"According to several sources, the Armed Forces of Malta eventually rescued this group in distress.",
"We don't know if there are any deaths as feared.",
"The 30+ hours of non-assistance by Malta are once more shocking and we condemn these systematic delays in the strongest terms. — Alarm Phone (@alarm_phone) July 27, 2020",
"Aktar kmieni… Tarbija tinsab f'riskju li tmut jekk ma tkunx salvata.",
"Dan hekk kif 95 immigrant jinsabu f'riskju li jgħerqu fiż-żona ta' salvataġġ Maltija.",
"F'sensiela ta' Tweets, l-NGO Alarm Phone tat dettalji dwar dak li ilhom għaddejjin minnu dawn l-immigranti, fosthom in-nuqqas ta' ilma u li hemm tifel fil-periklu li jmut minn ħin għall-ieħor.",
"L-aħħar tweet kienet ippubblikata madwar erba' sigħat ilu.",
"Kien spjegat li l-immigranti ilhom aktar minn 33 siegħa bejn sema u ilma u ma jidher li hemm l-ebda tip ta' salvataġġ fil-qrib.",
"Kien spjegat ukoll li hemm bastiment tal-merkanzija li qed isegwi s-sitwazzjoni iżda ma kienx qed jipprovdi assistenza.",
"05.05 We alerted authorities about ~95 people in distress ~33 hours ago & there has been no rescue in sight.",
"A merchant vessel is monitoring the situation but not providing assistance.",
"How long will the people be left suffering & at risk of drowning?",
"How long can they survive? — Alarm Phone (@alarm_phone) July 27, 2020",
"Fi Tweet tal-bieraħ filgħaxija kien spjegat li l-persuni abbord sostnew li d-dgħajsa ma kinitx se ddum ma titlef l-istabbiltà tagħha.",
"Il-persuni li qed ifittxu l-ażil staqsew jekk il-bastiment tal-merkanzija kienx se joqgħod iħares lejhom biex jarawhom jgħerqu.",
"Huma spjegaw ukoll li għandhom ħafna għatx u ilhom mingħajr ilma mis-Sibt.",
"Sostnew għandhom bżonn l-ilma għat-tarbija li għadha tat-twelid għax jinsab f'riskju li jmut.",
"19:15 Le ~95 persone in pericolo dicono che la nave grande è ancora vicina ma non dà assistenza.",
"\"Abbiamo tanta sete.",
"Non abbiamo acqua da ieri.",
"Devono darci acqua per il neonato.",
"Il bimbo sta per morire.\"",
"Noi possiamo vedere il cargo Heydar Aliyev girare attorno alla barca. pic.twitter.com/jKVZC0ONbT — Alarm Phone (@alarm_phone) July 26, 2020",
"Propju lbieraħ, Alarm Phone qalet li persuna diġà tilfet ħajjitha fost il-grupp ta' 95 li jinsabu f'riskju li jegħrqu fiż-żona tas-salvataġġ Maltija.",
"Qalet li dawn il-persuni għamlu kuntatt magħhom wara li l-magna tad-dgħajsa li jinsabu fuqha mhux taħdem u d-dgħajsa qiegħda timtela bl-ilma.",
"L-għaqda qalel li s-sitwazzjoni fuq id-dgħajsa hija waħda kritika u żiedet li l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani jinsabu infurmati dwar dan iżda mhux iwieġbu.",
"Tmut persuna fost il-95 f'riskju li jegħrqu fl-ibħra Maltin – Alarm Phone"
] | 2newsbook.com.mt
| 5,104 |
press, news, Festi, , •, , Knisja, , •, , Lokali | https://netnews.com.mt/2020/07/31/is-soluzzjoni-tal-gvern-mhix-soluzzjoni-reali-l-ghaqda-kazini-tal-banda/ | "Is-soluzzjoni tal-Gvern mhix soluzzjoni reali" – l-Għaqda Każini tal-Banda | "Lanqas il-pellegrinaġġi m'għandhom isiru" Wara l-istqarrija li saret ilbieraħ mid-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, dalgħodu l-President ta' l-Għaqda Każini tal-Banda ġie mgħarraf mill-Arċisqof ta' Malta Mons. Charles J. Scicluna li min din il-ġimgħa l-pellegrinaġġi tal-festa ser ikun limitat għal 100 persuna. Dan jinkludi wkoll lill-banda/baned skond dak diġà miftiehem bejn il-Kurja u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Fid-dawl ta' din il-miżura ta' limitazzjoni ta' 100 persuna anke għal pellegrinaġġi, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda stqarr li din "mhix soluzzjoni reali, b'mod partikolari fejn hemm żewġ baned, minħabba n-numru hekk limitat." L-Għaqda Każini tal-Banda qed tirrakkomanda lil membri tagħha sabiex taħt dawn il-limitazzjonijiet preżenti ma jieħdux sehem fil-pellegrinaġġi jekk dawn isiru. Dan qed jintalab mhux biss fl-interess tal-poplu imma ukoll għaliex l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħoss li bil-limitazzjonijiet l-ġodda lanqas il-pellegrinaġġi ma għandhom isiru. L-Għaqda tkompli tħeġġeġ lill-membri tagħha sabiex jibqgħu responsabbli u b'għaqal jibqgħu jaħdmu flimkien fl-interess tal-komunitajiet. | [
"\"Lanqas il-pellegrinaġġi m'għandhom isiru\"",
"Wara l-istqarrija li saret ilbieraħ mid-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, dalgħodu l-President ta' l-Għaqda Każini tal-Banda ġie mgħarraf mill-Arċisqof ta' Malta Mons. Charles J. Scicluna li min din il-ġimgħa l-pellegrinaġġi tal-festa ser ikun limitat għal 100 persuna.",
"Dan jinkludi wkoll lill-banda/baned skond dak diġà miftiehem bejn il-Kurja u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.",
"Fid-dawl ta' din il-miżura ta' limitazzjoni ta' 100 persuna anke għal pellegrinaġġi, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda stqarr li din \"mhix soluzzjoni reali, b'mod partikolari fejn hemm żewġ baned, minħabba n-numru hekk limitat.\"",
"L-Għaqda Każini tal-Banda qed tirrakkomanda lil membri tagħha sabiex taħt dawn il-limitazzjonijiet preżenti ma jieħdux sehem fil-pellegrinaġġi jekk dawn isiru.",
"Dan qed jintalab mhux biss fl-interess tal-poplu imma ukoll għaliex l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħoss li bil-limitazzjonijiet l-ġodda lanqas il-pellegrinaġġi ma għandhom isiru.",
"L-Għaqda tkompli tħeġġeġ lill-membri tagħha sabiex jibqgħu responsabbli u b'għaqal jibqgħu jaħdmu flimkien fl-interess tal-komunitajiet."
] | 1netnews.com.mt
| 4,536 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/akkuzati/ | Bil-filmat: Jammettu li fuq il-“Madonna taż-Żejt” kellhom 18-il kilo kannabis | Fil-Qorti ż-żewġ irġiel li kienu arrestati wara l-qabda ta’ 18-il kilogramma ta’ kannabis f’picnic cooler fuq l-iskuna tas-sajd bl-isem ‘Madonna taż-Żejt’, ammettew l-akkużi kontrihom. Sid l-iskuna tas-sajd Keith Barbara ta’ 30 sena mill-Birgu u Silvio Apap ta’ 37 sena mix-Xgħajra li jaħdem fil-kostruzzjoni tressqu quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale. Huma kienu akkużati li assoċċjaw ruħhom ma persuni biex ibiegħu jew jitraffikaw id-droga kannabis, li mportaw id-droga kannabis u li kienu fil-pussess tad-droga kannabis. L-avukati difensuri ma talbux għall-ħelsien mill-arrest iżda talbu li jsir pre-sentencing report għall-kunsiderazzjoni tal-Qorti Kriminali għal meta tiġi biex tagħti s-sentenza. Il-Qorti laqgħet din it-talba u r-rapport irid jitlesta fi żmien sitt ġimgħat. Peress li l-imputati ammettew l-akkużi u li l-piena skont il-liġi hija ta’ aktar minn 10 snin, il-Qort ordnat li l-atti b’rabta ma’ dan il-każ jintbagħtu għand l-Avukat Ġenerali fi żmien tliet ijiem. Barbara u Apap se jkunu qiegħdin jidhru quddiem Imħallef fi stadju ta’ ġuri sabiex jingħataw is-sentenza. Il-Qorti ordnat li jiġu sekwestrati l-flus u l-propjetà taż-żewġ akkużati ħlief il-benefiċċji li jieħdu skont il-liġi. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu meta l-Pulizija sabet 18-il kilogramma ta’ kannabis fuq l-iskuna tas-sajd bl-isem ‘Madonna taż-Żejt’. Minn stħarriġ li għamel jirrizulta li l-Pulizija kienu ilhom jissorveljaw il-movimenti ta’ din l-iskuna sa mis-Sibt filgħodu hekk kif daħlet f’St Peter’s Pool, fl-akwati ta’ Dellimara. Kienu għal ħabta tas-2 a.m. x’ħin il-‘Madonna taż-Żejt’ trakkat mal-moll fl-akwati magħrufa bħala l-Magħluq f’Marsaxlokk. Kien hawn li l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit iċċirkondaw l-iskuna u minn tfittxija li saret fuqha, f’picnic cooler instabu 72 blokka tal-kannabis. huwa infurmat li l-iskuna x’aktarx li allegatament telqet mil-Libja. Fuq l-iskuna kien hemm iż-żewġt akkużati. | [
"Fil-Qorti ż-żewġ irġiel li kienu arrestati wara l-qabda ta’ 18-il kilogramma ta’ kannabis f’picnic cooler fuq l-iskuna tas-sajd bl-isem ‘Madonna taż-Żejt’, ammettew l-akkużi kontrihom.",
"Sid l-iskuna tas-sajd Keith Barbara ta’ 30 sena mill-Birgu u Silvio Apap ta’ 37 sena mix-Xgħajra li jaħdem fil-kostruzzjoni tressqu quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale.",
"Huma kienu akkużati li assoċċjaw ruħhom ma persuni biex ibiegħu jew jitraffikaw id-droga kannabis, li mportaw id-droga kannabis u li kienu fil-pussess tad-droga kannabis.",
"L-avukati difensuri ma talbux għall-ħelsien mill-arrest iżda talbu li jsir pre-sentencing report għall-kunsiderazzjoni tal-Qorti Kriminali għal meta tiġi biex tagħti s-sentenza.",
"Il-Qorti laqgħet din it-talba u r-rapport irid jitlesta fi żmien sitt ġimgħat.",
"Peress li l-imputati ammettew l-akkużi u li l-piena skont il-liġi hija ta’ aktar minn 10 snin, il-Qort ordnat li l-atti b’rabta ma’ dan il-każ jintbagħtu għand l-Avukat Ġenerali fi żmien tliet ijiem.",
"Barbara u Apap se jkunu qiegħdin jidhru quddiem Imħallef fi stadju ta’ ġuri sabiex jingħataw is-sentenza.",
"Il-Qorti ordnat li jiġu sekwestrati l-flus u l-propjetà taż-żewġ akkużati ħlief il-benefiċċji li jieħdu skont il-liġi.",
"Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu meta l-Pulizija sabet 18-il kilogramma ta’ kannabis fuq l-iskuna tas-sajd bl-isem ‘Madonna taż-Żejt’.",
"Minn stħarriġ li għamel",
"jirrizulta li l-Pulizija kienu ilhom jissorveljaw il-movimenti ta’ din l-iskuna sa mis-Sibt filgħodu hekk kif daħlet f’St Peter’s Pool, fl-akwati ta’ Dellimara.",
"Kienu għal ħabta tas-2 a.m. x’ħin il-‘Madonna taż-Żejt’ trakkat mal-moll fl-akwati magħrufa bħala l-Magħluq f’Marsaxlokk.",
"Kien hawn li l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit iċċirkondaw l-iskuna u minn tfittxija li saret fuqha, f’picnic cooler instabu 72 blokka tal-kannabis.",
"huwa infurmat li l-iskuna x’aktarx li allegatament telqet mil-Libja.",
"Fuq l-iskuna kien hemm iż-żewġt akkużati."
] | 7www.tvm.com.mt
| 31,530 |
news, press | https://netnews.com.mt/2019/09/27/bidu-ta-sena-skolastika-kkaratterizzat-min-nuqqas-ta-ghalliema/ | Bidu ta’ sena skolastika kkaratterizzat min-nuqqas ta’ għalliema | Il-Partit Nazzjonalista jinnota li għal sena oħra, l-bidu ta’ sena skolastika huwa kkaratterizzat min-nuqqas ta’ għalliema f’diversi suġġetti fosthom il-Malti, l-Matematika u l-Ingliż. Il-kelliem tal-Opppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli qal li għal sena oħra, l-Gvern qiegħed jonqos milli jindirizza din il-kriżi u minħabba f’hekk, għandna mijiet ta’ studenti li issa li għaddiet l-ewwel ġimgħa skolastika għadhom mingħajr għalliema f’dawn is-suġġetti (u oħrajn) jew għandhom għalliema biex ikopru n-nofs, jew anqas, tal-lezzjonijiet skedati skont it -timetable Il-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb għaliex l-istudenti Maltin u Għawdxin għandhom jingħataw l-aħjar sabiex ikomplu bl-iżvilupp akkademiku tagħhom fid-dinja tal-lum, u jifhem li dawn l-inkonsistenzi jtellfu dan l-istess żvilupp. Il-Gvern kellu sena skolastika sħiħa sabiex jindirizza dawn in-nuqqasijiet, liema nuqqasijiet wasslu sabiex matul is-sena skolastika li għaddiet il-Union tal-Għalliema l-MUT, ħarġet direttivi li affettwaw l-eżamijiet ta’ nofs is-sena fil-Malti u fil-Matematika. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Gvern għandu jieħu din il-kriżi bl-akbar serjetà sabiex tinstab soluzzjoni immedjata. Matul is-sena skolastika li għaddiet, kellna numru rekord ta’ għalliema li telqu mill-professjoni u numru sostanzjali ta’ għalliema li rriżenjaw matul ix-xhur tas-sajf minħabba diversi raġunijiet fosthom il-kundizzjonijiet diffiċli u s-salarji mhux kompettitivi. | [
"Il-Partit Nazzjonalista jinnota li għal sena oħra, l-bidu ta’ sena skolastika huwa kkaratterizzat min-nuqqas ta’ għalliema f’diversi suġġetti fosthom il-Malti, l-Matematika u l-Ingliż.",
"Il-kelliem tal-Opppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli qal li għal sena oħra, l-Gvern qiegħed jonqos milli jindirizza din il-kriżi u minħabba f’hekk, għandna mijiet ta’ studenti li issa li għaddiet l-ewwel ġimgħa skolastika għadhom mingħajr għalliema f’dawn is-suġġetti (u oħrajn) jew għandhom għalliema biex ikopru n-nofs, jew anqas, tal-lezzjonijiet skedati skont it",
"-timetable",
"Il-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb għaliex l-istudenti Maltin u Għawdxin għandhom jingħataw l-aħjar sabiex ikomplu bl-iżvilupp akkademiku tagħhom fid-dinja tal-lum, u jifhem li dawn l-inkonsistenzi jtellfu dan l-istess żvilupp.",
"Il-Gvern kellu sena skolastika sħiħa sabiex jindirizza dawn in-nuqqasijiet, liema nuqqasijiet wasslu sabiex matul is-sena skolastika li għaddiet il-Union tal-Għalliema l-MUT, ħarġet direttivi li affettwaw l-eżamijiet ta’ nofs is-sena fil-Malti u fil-Matematika.",
"Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Gvern għandu jieħu din il-kriżi bl-akbar serjetà sabiex tinstab soluzzjoni immedjata.",
"Matul is-sena skolastika li għaddiet, kellna numru rekord ta’ għalliema li telqu mill-professjoni u numru sostanzjali ta’ għalliema li rriżenjaw matul ix-xhur tas-sajf minħabba diversi raġunijiet fosthom il-kundizzjonijiet diffiċli u s-salarji mhux kompettitivi."
] | 1netnews.com.mt
| 4,917 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/09/18/filmat-festi-indipendenza-2018-intervista-ma-adrian-delia/ | Se naraw li l-ambjent ma jibqax kontra l-iżvilupp iżda jkun mutur ekonomiku ġdid li bih nattiraw investiment innovattiv – Adrian Delia | “Se npoġġu l-ambjent fl-ogħla prijorità fejn inbidluh f’mutur ekonomiku ġdid. Fejn il-ħarsien tal-ambjent ma jkunx aktar kontra l-iżvilupp iżda nbidluh f’sors li nattiraw industriji nnovattivi ġodda.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalist Kurt Sansone waqt il-festi tal-Indipdenza fuq il-Fosos tal-Floriana. Adrian Delia tkellem dwar il-proġett tal-iżvilupp li tressaq f’Pembroke. Huwa qal li jinsab infurmat li dan il-proġett tal-iżvilupp ma ġiex propost skont ir-regolamenti u għalhekk ir-rappreżentanta tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli se tkun qed tivvota kontra dan il-proġett, għaliex kif propost mhux fl-interess tar-residenti. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iressaq ukoll ‘il quddiem, proġett ġdid tat-trasport pubbliku, li jkun wieħed nadif sabiex tissolva l-problema tat-traffiku fit-toroq. Dan biex ma jibqax ikollna r-raba’ l-agħar arja fl-Ewropa. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed juża r-riżorsi naturali sabiex tinħoloq enerġija alternattiva, biex jattira investiment innovattiv li jwassal biex il-pajjiż isir aktar ħadrani. Dan bil-kontra tal-Gvern li sal-lum dwar l-enerġija ma ġab xejn ħlief kuntratti moħbija li ma sarux fl-aħjar interess tan-nies. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jġib l-investiment ġdid li ma jkunx biss il-bejgħ tal-passaporti. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista kien il-partit li ġab l-Indipendenza u għalhekk qatt ma jista’ jkun favur il-bejgħ tal-identità tagħna. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jkun statesmanu mhux salesmantal-passaporti. Adrian Delia qal li apparti l-passaporti, l-Gvern ta tliet sptarijiet lil min lanqas biss kellu ġurnata waħda esperjenza fis-settur tas-saħħa u għalhekk huwa mar il-Qorti biex din tiddikjara null il-kuntratt tal-Vitals u l-isptarijiet jerġgħu jingħataw lura lin-nies. Il-Kap tal-PN qal li matul iż-żmien, Gvernijiet Nazzjonalisti rnexxilhom jattiraw lejn Malta setturi ekonomiċi ġodda li għadhom qed joffru postijiet tax-xogħol liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, bħalma huma s-settur tas-servizzi finanzjarji, l-gaming, l-avjazzjoni u l-farmaċewtika. Huwa qal li l-Gvern Laburista ma attirax setturi ġodda innovattivi u minflok hawn ic-cheap labouru qed ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni. Dan meta l-Gvern irid iġib 70,000 immigrant mingħajr pjan li se jaffettwa fin-negattiv, il-prezzijiet, il-pagi, l-kirjiet u x-xogħol. Dr Delia qal li l-Gvern għadu ma ndirizzax il-problema tal-housingsoċjali, li ħoloq hu stess, u sal-lum għadu ma nieda l-ebda proġett tal-housing. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista kien il-partit li ġġieled għal-libertà tal-espressjoni f’Malta, mhux bħall-Gvern Laburista li jrid jagħlaq ħalq dawk li ma jaqblux miegħu. Huwa qal li meta nqatlet Daphne Caruana Galizia nqatel id-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u dan b’theddida għad-demokrazija. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li jrid jara tibdil fil-Kostituzzjoni biex jissaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għaliex dawn inħatfu mill-Gvern. Adrian Delia qal li jrid jara governanza tajba fejn l-Avukat Ġenerali ma jiżbilanċax favur il-Gvern bi ksur tal-Kostituzzjoni, fejn il-Kummissarju tal-Pulizija ma jibqax sieket quddiem każijiet ta’ ħasil tal-flus, u fejn il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jirriżenjaw għaliex kellhom strutturi ta’ kumpaniji fil-Panama, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat nefaq €1 miljun biex jipprova li hu ma kellux kumpaniji bħal tagħhom. | [
"“Se npoġġu l-ambjent fl-ogħla prijorità fejn inbidluh f’mutur ekonomiku ġdid.",
"Fejn il-ħarsien tal-ambjent ma jkunx aktar kontra l-iżvilupp iżda nbidluh f’sors li nattiraw industriji nnovattivi ġodda.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalist Kurt Sansone waqt il-festi tal-Indipdenza fuq il-Fosos tal-Floriana.",
"Adrian Delia tkellem dwar il-proġett tal-iżvilupp li tressaq f’Pembroke.",
"Huwa qal li jinsab infurmat li dan il-proġett tal-iżvilupp ma ġiex propost skont ir-regolamenti u għalhekk ir-rappreżentanta tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli se tkun qed tivvota kontra dan il-proġett, għaliex kif propost mhux fl-interess tar-residenti.",
"Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iressaq ukoll ‘il quddiem, proġett ġdid tat-trasport pubbliku, li jkun wieħed nadif sabiex tissolva l-problema tat-traffiku fit-toroq.",
"Dan biex ma jibqax ikollna r-raba’ l-agħar arja fl-Ewropa.",
"Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed juża r-riżorsi naturali sabiex tinħoloq enerġija alternattiva, biex jattira investiment innovattiv li jwassal biex il-pajjiż isir aktar ħadrani.",
"Dan bil-kontra tal-Gvern li sal-lum dwar l-enerġija ma ġab xejn ħlief kuntratti moħbija li ma sarux fl-aħjar interess tan-nies.",
"Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jġib l-investiment ġdid li ma jkunx biss il-bejgħ tal-passaporti.",
"Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista kien il-partit li ġab l-Indipendenza u għalhekk qatt ma jista’ jkun favur il-bejgħ tal-identità tagħna.",
"Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jkun statesmanu mhux salesmantal-passaporti.",
"Adrian Delia qal li apparti l-passaporti, l-Gvern ta tliet sptarijiet lil min lanqas biss kellu ġurnata waħda esperjenza fis-settur tas-saħħa u għalhekk huwa mar il-Qorti biex din tiddikjara null il-kuntratt tal-Vitals u l-isptarijiet jerġgħu jingħataw lura lin-nies.",
"Il-Kap tal-PN qal li matul iż-żmien, Gvernijiet Nazzjonalisti rnexxilhom jattiraw lejn Malta setturi ekonomiċi ġodda li għadhom qed joffru postijiet tax-xogħol liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, bħalma huma s-settur tas-servizzi finanzjarji, l-gaming, l-avjazzjoni u l-farmaċewtika.",
"Huwa qal li l-Gvern Laburista ma attirax setturi ġodda innovattivi u minflok hawn ic-cheap labouru qed ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni.",
"Dan meta l-Gvern irid iġib 70,000 immigrant mingħajr pjan li se jaffettwa fin-negattiv, il-prezzijiet, il-pagi, l-kirjiet u x-xogħol.",
"Dr Delia qal li l-Gvern għadu ma ndirizzax il-problema tal-housingsoċjali, li ħoloq hu stess, u sal-lum għadu ma nieda l-ebda proġett tal-housing.",
"Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista kien il-partit li ġġieled għal-libertà tal-espressjoni f’Malta, mhux bħall-Gvern Laburista li jrid jagħlaq ħalq dawk li ma jaqblux miegħu.",
"Huwa qal li meta nqatlet Daphne Caruana Galizia nqatel id-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u dan b’theddida għad-demokrazija.",
"Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li jrid jara tibdil fil-Kostituzzjoni biex jissaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għaliex dawn inħatfu mill-Gvern.",
"Adrian Delia qal li jrid jara governanza tajba fejn l-Avukat Ġenerali ma jiżbilanċax favur il-Gvern bi ksur tal-Kostituzzjoni, fejn il-Kummissarju tal-Pulizija ma jibqax sieket quddiem każijiet ta’ ħasil tal-flus, u fejn il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jirriżenjaw għaliex kellhom strutturi ta’ kumpaniji fil-Panama, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat nefaq €1 miljun biex jipprova li hu ma kellux kumpaniji bħal tagħhom."
] | 1netnews.com.mt
| 1,166 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/statwa-fil-franka-ta-santa-marija-fl-imqabba/ | Statwa fil-franka ta’ Santa Marija fl-Imqabba | L-Imqabba sinonima mal-industrija tal-barrieri u b’Parroċċa dedikata lil Santa Marija, din is-sena rabtet dawn iż-żewġ elementi permezz ta’ statwa kbira tat-tlugħ tal-Madonna fis-sema maħduma f’ġebla kbira tal-franka li saret minn familja li hija benefattur tas-Socjetà Santa Marija Banda Re Ġorġ V. Triq il-konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba issa għandha ukoll xbieha ta’ Santa Marija. L-istatwa l-ġdida ġiet imnaqxa minn ġebla waħda maqtugħa mill-barriera fl-Imqabba stess u ingħatat b’donazzjoni mill-familja Ellul. B’din id-donazzjoni tal-istatwa, l-familja Ellul qed iżżomm ħajja tradizzjoni fil-familja għaliex ġenerazzjonijiet ilu membru ieħor tal-familja kien ta ġebla kbira li minnha wkoll saret statwa oħra ta’ Santa Marija li tinstab fuq is-sede tas-Soċjetà Santa Marija. Wenzu Ellul qal li l-istatwa tibqa’ monument ħaj tal-familja u l-imħabba tagħha għall-festa ta’ Santa Marija li tiġi ċċelebrata fl-Imqabba fil-jiem li ġejjin. L-iskultur Lawrence Attard li skolpa fil-franka din l-istatwa kien ilu mill-bidu tas-sena jaħdem fuqha. | [
"L-Imqabba sinonima mal-industrija tal-barrieri u b’Parroċċa dedikata lil Santa Marija, din is-sena rabtet dawn iż-żewġ elementi permezz ta’ statwa kbira tat-tlugħ tal-Madonna fis-sema maħduma f’ġebla kbira tal-franka li saret minn familja li hija benefattur tas-Socjetà Santa Marija Banda Re Ġorġ V.",
"Triq il-konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba issa għandha ukoll xbieha ta’ Santa Marija.",
"L-istatwa l-ġdida ġiet imnaqxa minn ġebla waħda maqtugħa mill-barriera fl-Imqabba stess u ingħatat b’donazzjoni mill-familja Ellul.",
"B’din id-donazzjoni tal-istatwa, l-familja Ellul qed iżżomm ħajja tradizzjoni fil-familja għaliex ġenerazzjonijiet ilu membru ieħor tal-familja kien ta ġebla kbira li minnha wkoll saret statwa oħra ta’ Santa Marija li tinstab fuq is-sede tas-Soċjetà Santa Marija.",
"Wenzu Ellul qal li l-istatwa tibqa’ monument ħaj tal-familja u l-imħabba tagħha għall-festa ta’ Santa Marija li tiġi ċċelebrata fl-Imqabba fil-jiem li ġejjin.",
"L-iskultur Lawrence Attard li skolpa fil-franka din l-istatwa kien ilu mill-bidu tas-sena jaħdem fuqha."
] | 7www.tvm.com.mt
| 34,769 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/03/07/jum-il-mara-ghal-vittmi-ta-vjolenza-relatata-ma-generu/ | Jum il-Mara għal vittmi ta’ vjolenza relatata ma’ ġeneru | 478-il mara kienet qed tiġi segwita mis-Servizz tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ matul Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra. Fit-8 ta’ Marzu – Jum il-Mara – l-Aġenzija Appoġġ turi solidarjetà man-nisa vittmi ta’ vjolenza domestika u tenfażizza l-importanza li ma jkun hemm l-ebda tolleranza għal vjolenza fuq nisa jew adolexxenti femminili. L-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, toffri varjetà ta’ servizzi lil nisa li ġejjin minn strati differenti tas-soċjetà, li jkunu esperjenzaw xi diffikultà soċjali, bl-għan li jiġu mħeġġa biex ikomplu jtejbu s-sitwazzjoni soċjali tagħhom kif ukoll jipproteġuhom minn vjolenza relatata mal-ġeneru. L-Aġenzija Appoġġ toffri wkoll servizzi lil tfal li jkunu esposti għal vjolenza; dawn jinkludu tfal u adolexxenti li jgħixu fil-komunità kif ukoll dawk li jgħixu mal-familja naturali tagħhom. Permezz tat-twettiq ta’ dawn is-servizzi speċjalizzati, l-Aġenzija Appoġġ tappoġġja lit-tfal kollha u lill-adolexxenti u taħdem kontra diskors li jippromwovi vjolenza relatata mal-ġeneru u inugwaljanza fuq bażi ta’ ġeneru. Isir ukoll sforz biex iħeġġeġ lil bniet jew adolexxenti biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà u jgħin lis-subien jifhmu u japprezzaw il-benefiċċji ta’ meta l-ġeneru femminili jkun involut b’mod attiv fis-soċjetà. Ix-xogħol f’dan is-servizz mat-tfal u adolexxenti għandu l-għan li jisfida l-isterjotipi relatati ma’ ġeneru u jinkoraġixxi li l-ġenerazzjoni iżgħar, li ser ikunu l-adulti ta’ għada, sabiex jimpenjaw ruħhom f’diversi rwoli fejn il-ħajja tal-familja u karriera jkunu involuti. L-iffukar li jsir fuq it-tfal u l-adolexxenti huwa kkunsidrat bħala xogħol ta’ prevenzjoni. Għal darb’oħra dawk in-nisa li qed jesperjenzaw inugwaljanza fuq bażi ta’ ġeneru jkomplu jiġu megħjuna għal benesseri tagħhom kif ukoll għal tat-tfal tagħhom. Is-servizzi tal-Komunità tal-Aġenzija Appoġġ kif ukoll servizzi oħra speċjalizzati jaħdmu man-nisa u tfal li jiġu minn pajjiżi differenti. Dawn jipprovdu servizzi biex jgħinu fl-integrazzjoni ta’ dawn in-nisa u tfal fil-komunità Maltija bl-għan li jiżguraw li nisa u tfal jkunu protetti minn kull forma ta’ diskriminazzjoni u vjolenza relatata mal-ġeneru. L-Aġenzija Appoġġ tibqa’ impenjata biex tikkontribwixxi lejn soċjetà li hija inklussiva u ’l bogħod minn kull forma ta’ vjolenza relatata ma’ ġeneru u kull tip ta’ forma ta’ vjolenza fuq it-tfal u adulti. | [
"478-il mara kienet qed tiġi segwita mis-Servizz tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ matul Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra.",
"Fit-8 ta’ Marzu – Jum il-Mara – l-Aġenzija Appoġġ turi solidarjetà man-nisa vittmi ta’ vjolenza domestika u tenfażizza l-importanza li ma jkun hemm l-ebda tolleranza għal vjolenza fuq nisa jew adolexxenti femminili.",
"L-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, toffri varjetà ta’ servizzi lil nisa li ġejjin minn strati differenti tas-soċjetà, li jkunu esperjenzaw xi diffikultà soċjali, bl-għan li jiġu mħeġġa biex ikomplu jtejbu s-sitwazzjoni soċjali tagħhom kif ukoll jipproteġuhom minn vjolenza relatata mal-ġeneru.",
"L-Aġenzija Appoġġ toffri wkoll servizzi lil tfal li jkunu esposti għal vjolenza; dawn jinkludu tfal u adolexxenti li jgħixu fil-komunità kif ukoll dawk li jgħixu mal-familja naturali tagħhom.",
"Permezz tat-twettiq ta’ dawn is-servizzi speċjalizzati, l-Aġenzija Appoġġ tappoġġja lit-tfal kollha u lill-adolexxenti u taħdem kontra diskors li jippromwovi vjolenza relatata mal-ġeneru u inugwaljanza fuq bażi ta’ ġeneru.",
"Isir ukoll sforz biex iħeġġeġ lil bniet jew adolexxenti biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà u jgħin lis-subien jifhmu u japprezzaw il-benefiċċji ta’ meta l-ġeneru femminili jkun involut b’mod attiv fis-soċjetà.",
"Ix-xogħol f’dan is-servizz mat-tfal u adolexxenti għandu l-għan li jisfida l-isterjotipi relatati ma’ ġeneru u jinkoraġixxi li l-ġenerazzjoni iżgħar, li ser ikunu l-adulti ta’ għada, sabiex jimpenjaw ruħhom f’diversi rwoli fejn il-ħajja tal-familja u karriera jkunu involuti.",
"L-iffukar li jsir fuq it-tfal u l-adolexxenti huwa kkunsidrat bħala xogħol ta’ prevenzjoni.",
"Għal darb’oħra dawk in-nisa li qed jesperjenzaw inugwaljanza fuq bażi ta’ ġeneru jkomplu jiġu megħjuna għal benesseri tagħhom kif ukoll għal tat-tfal tagħhom.",
"Is-servizzi tal-Komunità tal-Aġenzija Appoġġ kif ukoll servizzi oħra speċjalizzati jaħdmu man-nisa u tfal li jiġu minn pajjiżi differenti.",
"Dawn jipprovdu servizzi biex jgħinu fl-integrazzjoni ta’ dawn in-nisa u tfal fil-komunità Maltija bl-għan li jiżguraw li nisa u tfal jkunu protetti minn kull forma ta’ diskriminazzjoni u vjolenza relatata mal-ġeneru.",
"L-Aġenzija Appoġġ tibqa’ impenjata biex tikkontribwixxi lejn soċjetà li hija inklussiva u ’l bogħod minn kull forma ta’ vjolenza relatata ma’ ġeneru u kull tip ta’ forma ta’ vjolenza fuq it-tfal u adulti."
] | 1netnews.com.mt
| 1,245 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/illum-l-elezzjoni-tal-ezekuttiv-tal-partit-laburista/ | Eletti t-12-il membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista | Ġew eletti it-12-il membru tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Għal din l-elezzjoni ikkontestaw 13-il kandidat. Il-Membri eletti huma: Cassar Ġuża, Farrugia Monica, Agius Frans, Caruana Krista, Azzopardi Mario, Farrugia Nettu, Meli Sean, Rocco Emmanuel, Farrugia Borg Mario, Fenech Catherine, Zammit Jurgen u Mifsud Carlo. Għal din l-elezzjoni kien hemm 796 delegat eliġibli li jivvotaw u minnhom 672 tefgħu l-vot tagħhom li jfisser li 84.4% tad-Delegati vvutaw f’din l-elezzjoni. Il-votazzjoni saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għad-delegati Maltin u matul fil-għodu f’Għawdex. Għall-11a.m. ivvota l-Prim Ministru u kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat, segwit mid-Deputat PM Louis Grech. Il-konferenza ġenerali tasal fi tmiemha dalgħodu b’diskors tal-għeluq minn Dr Muscat. | [
"Ġew eletti it-12-il membru tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.",
"Għal din l-elezzjoni ikkontestaw 13-il kandidat.",
"Il-Membri eletti huma: Cassar Ġuża, Farrugia Monica, Agius Frans, Caruana Krista, Azzopardi Mario, Farrugia Nettu, Meli Sean, Rocco Emmanuel, Farrugia Borg Mario, Fenech Catherine, Zammit Jurgen u Mifsud Carlo.",
"Għal din l-elezzjoni kien hemm 796 delegat eliġibli li jivvotaw u minnhom 672 tefgħu l-vot tagħhom li jfisser li 84.4% tad-Delegati vvutaw f’din l-elezzjoni.",
"Il-votazzjoni saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għad-delegati Maltin u matul fil-għodu f’Għawdex.",
"Għall-11a.m. ivvota l-Prim Ministru u kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat, segwit mid-Deputat PM Louis Grech.",
"Il-konferenza ġenerali tasal fi tmiemha dalgħodu b’diskors tal-għeluq minn Dr Muscat."
] | 7www.tvm.com.mt
| 28,976 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2016/12/22/vulkan-kbir-qrib-napli-fperiklu-li-jizbroffa-wara-500-sena/ | Vulkan kbir qrib Napli f'periklu li jiżbroffa wara 500 sena | Vulkan kbir li hu meqjus bħala wieħed mill-iktar perikolużi minn madwar id-dinja, li jinsab ftit l-isfel mill-belt Taljana ta' Napli, qed juri sinjali li jaf jerġa' jsir attiv. Dan hekk kif aktarx li l-Campi Flegrei hu viċin li jasal fil-punt li jwasslu biex jiżbroffa għall-ewwel darba f'500 sena, dan skond xjentisti. Riċerkaturi qalu li l-isplużjoni taf tkun ta' detrement għat-tliet miljun persuna li tgħix f'dik iż-żona. L-awtoritajiet Taljana għollew il-livell tal-allert minn aħdar għal isfer fl-2012, fejn ġie sostnut li hemm bżonn li jiġi mmonitorjat il-vulkan kbir b'mod konsistenti. Erba' snin ilu xjentisti kienu wissew li kwalinkwe splużjoni minn vulkan taf tħalli miljuni mejta li jgħixu qrib jew 'il fuq mill-vulkan. Vulkan kbir (supervolcano), joħloq splużjoni ferm ikbar minn meta jiżbroffa vulkan normali. | [
"Vulkan kbir li hu meqjus bħala wieħed mill-iktar perikolużi minn madwar id-dinja, li jinsab ftit l-isfel mill-belt Taljana ta' Napli, qed juri sinjali li jaf jerġa' jsir attiv.",
"Dan hekk kif aktarx li l-Campi Flegrei hu viċin li jasal fil-punt li jwasslu biex jiżbroffa għall-ewwel darba f'500 sena, dan skond xjentisti.",
"Riċerkaturi qalu li l-isplużjoni taf tkun ta' detrement għat-tliet miljun persuna li tgħix f'dik iż-żona.",
"L-awtoritajiet Taljana għollew il-livell tal-allert minn aħdar għal isfer fl-2012, fejn ġie sostnut li hemm bżonn li jiġi mmonitorjat il-vulkan kbir b'mod konsistenti.",
"Erba' snin ilu xjentisti kienu wissew li kwalinkwe splużjoni minn vulkan taf tħalli miljuni mejta li jgħixu qrib jew 'il fuq mill-vulkan.",
"Vulkan kbir (supervolcano), joħloq splużjoni ferm ikbar minn meta jiżbroffa vulkan normali."
] | 3one.com.mt
| 31,889 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55106/opinjoni__inallu_ddeijoni_fidejn_lgawdxin | Opinjoni | Inħallu d-deċiżjoni f’idejn l-Għawdxin | Inħoss li ma saritx biżżejjed diskussjoni fuq il-problemi li jista’ jkollhom impatt serju fuq Għawdex Għawdex jiddependi għall-għajxien mill-eluf ta’ turisti u Maltin li kull sena jżuru l-gżira biex igawdu l-kwiet u l-karattru uniku Għawdxi li dejjem offra Għawdex. Intqal ħafna li l-mina tal-karozzi se tiffaċilita l-vjaġġar għax-xogħol, u li influss ikbar ta’ nies se jġib miegħu iktar kummerċ. Veru. Iżda jien inħoss li ma saritx biżżejjed diskussjoni fuq il-problemi li jista’ jkollhom impatt serju fuq Għawdex. Pereżempju, il-karozzi li se joħonqu t-toroq darba kwieti t’Għawdex, bil-ħoss, dħaħen u nuqqas ta’ parkeġġ li inevitabbilment iġibu magħhom. L-uġigħ ta’ ras li ħafna Għawdxin jistqarru li jiġu lura bih meta jżuru Malta, issa se jiġi f’Għawdex? U kemm ġiet imwissija n-nies li bil-mina tal-karozzi li f’Għawdex jista’ jiġri dak li ġara f’Malta l-aħħar snin, jiġifieri żvilupp sfrenat fejn bini tradizzjonali jitwaqqa’ biex floku jitilgħu blokok ta’ konkrit bla karattru, u tibda tonqos il-kampanja? F’kelm’oħra, Għawdex jista’ jsir kopja ta’ Malta, u wieħed irid jistaqsi jekk Għawdex jitlef l-identità tiegħu, it-turisti tibqagħlhomx l-istess ħeġġa li jiġu jżuru? U l-Maltin li s-soltu jiġu bl-eluf għal btajjel, se jibqa’ jattirahom Għawdex jew jiżdied l-interess fi Sqallija li mhijiex kopja ta’ Malta imma toffri l-kampanja u t-trankwillità li kienet toffri Għawdex qabel il-mina? Jien nemmen li qabel ma tittieħed deċiżjoni, irid ikun hemm diskussjoni serja dwar kif il-vantaġġi jistgħu jigu milħuqa bit-titjib u ż-żidiet ta’ mezzi ta’ trasport bejn il-gżejjer, bħalm’huma aktar vapuri, Fast Ferry, ħelikopter u forsi wkoll metro, jekk hu fil-fatt vijabbli. Għandna nqisu wkoll il-possibbiltà li nestendu r-runway tax-Xewkija. L-istudji tagħna jissuġġerixxu li runway ta’ madwar 1.5 kilometru tista tippermetti tip ta’ ajruplan, bħad-Dash-8 Q400, li hu kapaċi jittrasporta 90 persuna lejn l-ajruport ta' Malta f’madwar 10 minuti. Naħsbu li l-ispiża ta’ vjaġġ wieħed tista' tkun madwar €25 jekk mhux inqas. Benefiċċji oħra huma ż-żieda fit-turiżmu minn pajjiżi tal-Mediterran u żjarat minn persuni bi qligħ għoli bil-business jets. Il-Forzi Armati għandhom jibbenefikaw ukoll minn proġett bħal dan. Dan jista’ jagħmel it-trasport aktar faċli għall-Għawdxin li jaħdmu Malta u l-istudenti tal-Università, filwaqt li ma jheddidx il-karattru Għawdxi kif aktarx tagħmel il-mina tal-karozzi. Imma l-Għawdxin ġew ikkonsultati jekk iridux jew le, jew il-Gvern qiegħed jiddeċiedi mingħajr ma jqis lill-Għawdxin? Biex isir dan, l-Għawdxin irid ikollhom verament leħen, u mhux jiddeċiedu f’isimhom il-politiċi jew dawk li għandhom interess li ssir il-mina tal-karozzi. Jien diġà pproponejt li d-deċiżjoni finali dwar il-mina ssir wara referendum fost l-Għawdxin biss. Biex titressaq din il-possibbiltà, inkunu rridu niġbru 40,000 firma għall-petizzjoni għar-referendum. Għaldaqstant, importanti li l-Għawdxin isemmgħu leħinhom issa, qabel ma jkun tard wisq, imma napprezza wkoll li din diffiċli fil-kultura li ngħixu fiha aħna llum. Biex nikkonkludi, jien nemmen li jekk issir din il-mina, din se tibdel lil Għawdex għal dejjem. Mhux kulħadd iħoss li dan se jkun għall-aħjar, u bir-raġun. Jien nemmen li kemm jekk favur jew kontra, id-deċiżjoni għal proġett bħal dan m’għandhiex tkun biss f’idejn il-politiċi jew xi entitajiet oħra li għandhom interess li l-mina ssir, iżda f’idejn iċ-ċittadini Għawdxin. Martin Cauchi Inglott huwa kandidat f’isem il-Partit Demokratiku għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew | [
"Inħoss li ma saritx biżżejjed diskussjoni fuq il-problemi li jista’ jkollhom impatt serju fuq Għawdex",
"Għawdex jiddependi għall-għajxien mill-eluf ta’ turisti u Maltin li kull sena jżuru l-gżira biex igawdu l-kwiet u l-karattru uniku Għawdxi li dejjem offra Għawdex.",
"Intqal ħafna li l-mina tal-karozzi se tiffaċilita l-vjaġġar għax-xogħol, u li influss ikbar ta’ nies se jġib miegħu iktar kummerċ.",
"Veru.",
"Iżda jien inħoss li ma saritx biżżejjed diskussjoni fuq il-problemi li jista’ jkollhom impatt serju fuq Għawdex.",
"Pereżempju, il-karozzi li se joħonqu t-toroq darba kwieti t’Għawdex, bil-ħoss, dħaħen u nuqqas ta’ parkeġġ li inevitabbilment iġibu magħhom.",
"L-uġigħ ta’ ras li ħafna Għawdxin jistqarru li jiġu lura bih meta jżuru Malta, issa se jiġi f’Għawdex?",
"U kemm ġiet imwissija n-nies li bil-mina tal-karozzi li f’Għawdex jista’ jiġri dak li ġara f’Malta l-aħħar snin, jiġifieri żvilupp sfrenat fejn bini tradizzjonali jitwaqqa’ biex floku jitilgħu blokok ta’ konkrit bla karattru, u tibda tonqos il-kampanja?",
"F’kelm’oħra, Għawdex jista’ jsir kopja ta’ Malta, u wieħed irid jistaqsi jekk Għawdex jitlef l-identità tiegħu, it-turisti tibqagħlhomx l-istess ħeġġa li jiġu jżuru?",
"U l-Maltin li s-soltu jiġu bl-eluf għal btajjel, se jibqa’ jattirahom Għawdex jew jiżdied l-interess fi Sqallija li mhijiex kopja ta’ Malta imma toffri l-kampanja u t-trankwillità li kienet toffri Għawdex qabel il-mina?",
"Jien nemmen li qabel ma tittieħed deċiżjoni, irid ikun hemm diskussjoni serja dwar kif il-vantaġġi jistgħu jigu milħuqa bit-titjib u ż-żidiet ta’ mezzi ta’ trasport bejn il-gżejjer, bħalm’huma aktar vapuri, Fast Ferry, ħelikopter u forsi wkoll metro, jekk hu fil-fatt vijabbli.",
"Għandna nqisu wkoll il-possibbiltà li nestendu r-runway tax-Xewkija.",
"L-istudji tagħna jissuġġerixxu li runway ta’ madwar 1.5 kilometru tista tippermetti tip ta’ ajruplan, bħad-Dash-8 Q400, li hu kapaċi jittrasporta 90 persuna lejn l-ajruport ta' Malta f’madwar 10 minuti.",
"Naħsbu li l-ispiża ta’ vjaġġ wieħed tista' tkun madwar €25 jekk mhux inqas.",
"Benefiċċji oħra huma ż-żieda fit-turiżmu minn pajjiżi tal-Mediterran u żjarat minn persuni bi qligħ għoli bil-business jets.",
"Il-Forzi Armati għandhom jibbenefikaw ukoll minn proġett bħal dan.",
"Dan jista’ jagħmel it-trasport aktar faċli għall-Għawdxin li jaħdmu Malta u l-istudenti tal-Università, filwaqt li ma jheddidx il-karattru Għawdxi kif aktarx tagħmel il-mina tal-karozzi.",
"Imma l-Għawdxin ġew ikkonsultati jekk iridux jew le, jew il-Gvern qiegħed jiddeċiedi mingħajr ma jqis lill-Għawdxin?",
"Biex isir dan, l-Għawdxin irid ikollhom verament leħen, u mhux jiddeċiedu f’isimhom il-politiċi jew dawk li għandhom interess li ssir il-mina tal-karozzi.",
"Jien diġà pproponejt li d-deċiżjoni finali dwar il-mina ssir wara referendum fost l-Għawdxin biss.",
"Biex titressaq din il-possibbiltà, inkunu rridu niġbru 40,000 firma għall-petizzjoni għar-referendum.",
"Għaldaqstant, importanti li l-Għawdxin isemmgħu leħinhom issa, qabel ma jkun tard wisq, imma napprezza wkoll li din diffiċli fil-kultura li ngħixu fiha aħna llum.",
"Biex nikkonkludi, jien nemmen li jekk issir din il-mina, din se tibdel lil Għawdex għal dejjem.",
"Mhux kulħadd iħoss li dan se jkun għall-aħjar, u bir-raġun.",
"Jien nemmen li kemm jekk favur jew kontra, id-deċiżjoni għal proġett bħal dan m’għandhiex tkun biss f’idejn il-politiċi jew xi entitajiet oħra li għandhom interess li l-mina ssir, iżda f’idejn iċ-ċittadini Għawdxin.",
"Martin Cauchi Inglott huwa kandidat f’isem il-Partit Demokratiku għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew"
] | 6www.illum.com.mt
| 42,787 |
news, press | https://netnews.com.mt/2019/06/22/il-brazil-u-l-venezwela-jghaddu-mal-ahhar-tmienja-tal-copa-america/ | Il-Brażil u l-Venezwela jgħaddu mal-aħħar tmienja tal-Copa America | Il- Brażil assigurat postha mal-aħħar tmienja b’rebħa kbira ta’ 5-0 fuq il- Perù fl-aħħar logħba tal-grupp. Huma kellhom bżonn 12-il minuta biex marru minn fuq b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Casemiro, b’Roberto Firmino jirdoppja l-iskor seba’ minuti wara meta ħa vantaġġ minn żball kbir tal-gowlkiper Pedro Gallese. L-iskor sar 3-0 fit-32 minuta b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ Everton u l-veteran Dani Alves għamilhom erbgħa fit-53 minuta f’azzjoni maħduma tajba li fiha spiċċa b’xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka. Willian ssiġilla r-rebħa fid-90 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa u saħansitra l-Brażiljani setgħu skorjaw ieħor fl-94 minuta iżda Gabriel Jesus ra l-penalty ikun salvat minn Gallese. Il- Venezwela skorjat l-ewwel gowls tagħha li fissru kwalifikazzjoni mal-aħħar tmienja, hekk kif rebħu kontra l- Bolivja 3-1. Darwin Machis fetaħ l-iskor wara biss żewġ minuti b’daqqa ta’ ras b’saħħitha, bl-istess plejer jirdoppja fil-55 minuta. Il-Bolivja daħlet fil-logħba fit-82 minuta permezz ta’ Leonel Justiniano li għeleb lill-gowlkiper avversarju b’xutt minn barra l-kaxxa, iżda l-Venezwela għalqet il-logħba erba’ minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ Josef Martinez. | [
"Il-",
"Brażil",
"assigurat postha mal-aħħar tmienja b’rebħa kbira ta’ 5-0 fuq il-",
"Perù",
"fl-aħħar logħba tal-grupp.",
"Huma kellhom bżonn 12-il minuta biex marru minn fuq b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Casemiro, b’Roberto Firmino jirdoppja l-iskor seba’ minuti wara meta ħa vantaġġ minn żball kbir tal-gowlkiper Pedro Gallese.",
"L-iskor sar 3-0 fit-32 minuta b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ Everton u l-veteran Dani Alves għamilhom erbgħa fit-53 minuta f’azzjoni maħduma tajba li fiha spiċċa b’xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka.",
"Willian ssiġilla r-rebħa fid-90 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa u saħansitra l-Brażiljani setgħu skorjaw ieħor fl-94 minuta iżda Gabriel Jesus ra l-penalty ikun salvat minn Gallese.",
"Il-",
"Venezwela",
"skorjat l-ewwel gowls tagħha li fissru kwalifikazzjoni mal-aħħar tmienja, hekk kif rebħu kontra l-",
"Bolivja",
"3-1.",
"Darwin Machis fetaħ l-iskor wara biss żewġ minuti b’daqqa ta’ ras b’saħħitha, bl-istess plejer jirdoppja fil-55 minuta.",
"Il-Bolivja daħlet fil-logħba fit-82 minuta permezz ta’ Leonel Justiniano li għeleb lill-gowlkiper avversarju b’xutt minn barra l-kaxxa, iżda l-Venezwela għalqet il-logħba erba’ minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ Josef Martinez."
] | 1netnews.com.mt
| 5,841 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/coming-home-bhoss-aktar-elettroniku/ | “Coming Home”: B’ħoss aktar elettroniku | Il-Ministru Manwel Mallia żar dalgħodu l-istudios fejn qiegħda tiġi rrekordjata l-verżjoni l-ġdida tal-kanzunetta ‘Coming Home’. Matul din iż-żjara huwa ltaqa’ mal-grupp ‘Firelight’ u għadda ftit tal-ħin jitkellem ma’ Richard Edwards, il-kantant ewlieni tal-grupp. Il-Ministru tkellem ukoll ma’ Manolito Galea u Elton Zarb, kif ukoll ma’ Arturo Pellegrini u Maurizio Campo li qegħdin jieħdu ħsieb il-verżjoni l-ġdida tal-kanzunetta. Kemm Pellegrini kif ukoll Campo spjegaw it-tibdiliet li qegħdin iwettqu fil-kanzunetta biex jagħtuha ħoss aktar professjonali li jintogħġob ma’ ħafna nies. Għalkemm il-kanzunetta għandha daqqa ta’ folk u country, huma ċerti li l-verżjoni l-ġdida se tintogħġob ħafna mill-ammiraturi tal-Eurovision. Wara li sema’ parti mill-verżjoni l-gdida ta’ ‘Coming Home’, il-Ministru ferħilhom tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu biex pajjiżna jibgħat l-aqwa prodott possibbli għall-Eurovision ta’ din is-sena. Il-Ministru tkellem dwar l-importanti tal-mużika fi gżiritna u wera x-xewqa li l-produtturi tal-mużika lokali jwasslu leħinhom u xogħolhom lil hinn minn xtutna. Ma’ it-tekniċi Taljana Pellegrini u Campo spjegaw fid-dettall il-bidliet li qegħdin jagħmlu fil-kanzunetta “Coming Home”. Qalu li fil-preżent qegħdin jirreġistraw mill-ġdid l-istrumenti kollha li jinstemgħu fil-kanzunetta biex ir-recording ikun ta’ kwalità aktar għolja. Dan bil-għan li r-ritmu tal-kanzunetta jkollu l-ikbar impatt possibbli. Is-sound engineer Maurizio Campo spjeg li l-ewwel verżjoni hija totalment akustika. “Se nżommu din l-idea ta’ kanzunetta folk u country, iżda se nżiedu element ieħor ta’ modernità, b’ħoss aktar elettroniku biex ikollha idea aktar internazzjonali bħala sound”, qal Campo waqt li stqarr li se jżomm l-element folk tal-kanzunetta li fi kliemu hu sabiħ ħafna. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-PBS is-Sur Anton Attard li qiegħed imexxi il-proġett tal-kanzunetta Maltija għall-Eurovision Song Contest li se jsir f id-Danimarka f’Mejju li ġej. | [
"Il-Ministru Manwel Mallia żar dalgħodu l-istudios fejn qiegħda tiġi rrekordjata l-verżjoni l-ġdida tal-kanzunetta ‘Coming Home’. Matul din iż-żjara huwa ltaqa’ mal-grupp ‘Firelight’ u għadda ftit tal-ħin jitkellem ma’ Richard Edwards, il-kantant ewlieni tal-grupp.",
"Il-Ministru tkellem ukoll ma’ Manolito Galea u Elton Zarb, kif ukoll ma’ Arturo Pellegrini u Maurizio Campo li qegħdin jieħdu ħsieb il-verżjoni l-ġdida tal-kanzunetta.",
"Kemm Pellegrini kif ukoll Campo spjegaw it-tibdiliet li qegħdin iwettqu fil-kanzunetta biex jagħtuha ħoss aktar professjonali li jintogħġob ma’ ħafna nies.",
"Għalkemm il-kanzunetta għandha daqqa ta’ folk u country, huma ċerti li l-verżjoni l-ġdida se tintogħġob ħafna mill-ammiraturi tal-Eurovision.",
"Wara li sema’ parti mill-verżjoni l-gdida ta’ ‘Coming Home’, il-Ministru ferħilhom tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu biex pajjiżna jibgħat l-aqwa prodott possibbli għall-Eurovision ta’ din is-sena.",
"Il-Ministru tkellem dwar l-importanti tal-mużika fi gżiritna u wera x-xewqa li l-produtturi tal-mużika lokali jwasslu leħinhom u xogħolhom lil hinn minn xtutna.",
"Ma’",
"it-tekniċi Taljana Pellegrini u Campo spjegaw fid-dettall il-bidliet li qegħdin jagħmlu fil-kanzunetta “Coming Home”.",
"Qalu li fil-preżent qegħdin jirreġistraw mill-ġdid l-istrumenti kollha li jinstemgħu fil-kanzunetta biex ir-recording ikun ta’ kwalità aktar għolja.",
"Dan bil-għan li r-ritmu tal-kanzunetta jkollu l-ikbar impatt possibbli.",
"Is-sound engineer Maurizio Campo spjeg li l-ewwel verżjoni hija totalment akustika.",
"“Se nżommu din l-idea ta’ kanzunetta folk u country, iżda se nżiedu element ieħor ta’ modernità, b’ħoss aktar elettroniku biex ikollha idea aktar internazzjonali bħala sound”, qal Campo waqt li stqarr li se jżomm l-element folk tal-kanzunetta li fi kliemu hu sabiħ ħafna.",
"Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-PBS is-Sur Anton Attard li qiegħed imexxi il-proġett tal-kanzunetta Maltija għall-Eurovision Song Contest li se jsir f id-Danimarka f’Mejju li ġej."
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,110 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55668/kont_lest_nivvota_kontra_jean_pierre_debono_filparlament__chris_said | 'Kont lest nivvota kontra Jean Pierre Debono fil-Parlament' - Chris Said | Id-Deputat Għawdxi Frederick Azzopardi ma jridx jikkummenta filwaqt li għadna qed nistennew tweġiba mingħand Marthese Portelli Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal mas-sit li hu kien lest jivvota kontra Jean Pierre Debono fil-Parlament. Said qal dan meta mistoqsi mis-sit dwar x'inhu "l-pass li jmiss," li fuq il-midja soċjali qal li kien qiegħed jikkunsidra. Id-Deputat insista li bħala Deputat Għawdxi kien lest li jivvota favur l-interessi tal-Għawdxin u għalhekk kien lest biex fil-Parlament jivvota kontra li Jean Pierre Debono jieħu l-post tal-eks Deputat Għawdxi David Stellini. Dan is-sit għamel ukoll kuntatt maż-żewġ Deputati l-oħra Għawdxin tal-Partit Nazzjonalista. Frederick Azzopardi qal li ma xtaqx jikkummenta fuq din il-kwistjoni filwaqt li sal-ħin tal-pubblikazzjoni dan is-sit għad ma għandux tweġiba mingħand Marthese Portelli. Madanakollu, l-informazzjoni li għandu dan is-sit kienet li d-Deputati kollha Għawdxin tal-Partit Nazzjonalista kienu determinati li jivvutaw kontra l-co-option ta' Jean Pierre Debono. X'ġara fil-PN fl-aħħar ġimgħa? Wara r-riżenja tad-Deputat David Stellini fil-Parlament, biex jirritorna fix-xogħol tiegħu fi Brussell, qamu l-irwiefen kollha fil-Partit Nazzjonalista. Diversi Deputati riedu li post Stellini jieħdu l-kandidat Għawdxi Kevin Cutajar biex, fi kliemhom, is-siġġu jibqa' għand l-Għawdxin. Madanakollu, meta nhar is-Sibt li għadda sar il-vot fil-Kumitat Eżekuttiv, b'żewġ voti biss, intgħażel Jean Pierre Debono li kien ċeda s-siġġu lil Adrian Delia. Iżda s-sitwazzjoni kkumplikat ruħha meta l-eks President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut allega li kien hemm persuni li ma kellhomx jivvutaw fl-Eżekuttiv u li, għal xi raġuni jew oħra, isimhom deher fil-lista. Id-Deputat Jason Azzopardi saħansitra allega li kien Jean Pierre Debono stess li bagħbas din il-lista biex fiha kien hemm inkluż David Stellini u t-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista David Camilleri. Jean Pierre Debono ċaħad l-allegazzjonijiet kollha f'ittra li bagħat lil Adrian Delia u li fiha infurmah ukoll li ma kienx se jaċċetta s-siġġu Parlamentari. Aktar tard, it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li ċaħad li vvota b'qerq, irriżenja wkoll mill-kariga tiegħu. Intant, dan il-vot spiċċa wkoll quddiem il-Qorti hekk kif żewġ votanti Għawdxin ressqu protest ġudizzjarju kontra l-Partit Nazzjonalista jisħqu li l-vot kien wieħed null. | [
"Id-Deputat Għawdxi Frederick Azzopardi ma jridx jikkummenta filwaqt li għadna qed nistennew tweġiba mingħand Marthese Portelli",
"Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal mas-sit",
"li hu kien lest jivvota kontra Jean Pierre Debono fil-Parlament.",
"Said qal dan meta mistoqsi mis-sit",
"dwar x'inhu \"l-pass li jmiss,\" li fuq il-midja soċjali qal li kien qiegħed jikkunsidra.",
"Id-Deputat insista li bħala Deputat Għawdxi kien lest li jivvota favur l-interessi tal-Għawdxin u għalhekk kien lest biex fil-Parlament jivvota kontra li Jean Pierre Debono jieħu l-post tal-eks Deputat Għawdxi David Stellini.",
"Dan is-sit għamel ukoll kuntatt maż-żewġ Deputati l-oħra Għawdxin tal-Partit Nazzjonalista.",
"Frederick Azzopardi qal li ma xtaqx jikkummenta fuq din il-kwistjoni filwaqt li sal-ħin tal-pubblikazzjoni dan is-sit għad ma għandux tweġiba mingħand Marthese Portelli.",
"Madanakollu, l-informazzjoni li għandu dan is-sit kienet li d-Deputati kollha Għawdxin tal-Partit Nazzjonalista kienu determinati li jivvutaw kontra l-co-option ta' Jean Pierre Debono.",
"X'ġara fil-PN fl-aħħar ġimgħa?",
"Wara r-riżenja tad-Deputat David Stellini fil-Parlament, biex jirritorna fix-xogħol tiegħu fi Brussell, qamu l-irwiefen kollha fil-Partit Nazzjonalista.",
"Diversi Deputati riedu li post Stellini jieħdu l-kandidat Għawdxi Kevin Cutajar biex, fi kliemhom, is-siġġu jibqa' għand l-Għawdxin.",
"Madanakollu, meta nhar is-Sibt li għadda sar il-vot fil-Kumitat Eżekuttiv, b'żewġ voti biss, intgħażel Jean Pierre Debono li kien ċeda s-siġġu lil Adrian Delia.",
"Iżda s-sitwazzjoni kkumplikat ruħha meta l-eks President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut allega li kien hemm persuni li ma kellhomx jivvutaw fl-Eżekuttiv u li, għal xi raġuni jew oħra, isimhom deher fil-lista.",
"Id-Deputat Jason Azzopardi saħansitra allega li kien Jean Pierre Debono stess li",
"bagħbas din il-lista",
"biex fiha kien hemm inkluż David Stellini u t-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista David Camilleri.",
"Jean Pierre Debono ċaħad l-allegazzjonijiet kollha",
"f'ittra li bagħat lil Adrian Delia",
"u li fiha infurmah ukoll li ma kienx se jaċċetta s-siġġu Parlamentari.",
"Aktar tard, it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li",
"ċaħad li vvota b'qerq, irriżenja wkoll mill-kariga tiegħu.",
"Intant, dan il-vot spiċċa wkoll quddiem il-Qorti hekk kif żewġ votanti Għawdxin",
"ressqu protest ġudizzjarju kontra l-Partit Nazzjonalista",
"jisħqu li l-vot kien wieħed null."
] | 6www.illum.com.mt
| 23,266 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53359/ilministru_fearne_jabbar_rinovazzjoni_totali_ta_monte_carmeli | Fearne jammetti li Monte Carmeli qisu 'ta' żmien Charles Dickens' | ...iħabbar iżda li beda l-proċess għar-rinovazzjoni totali tiegħu... Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar illi l-isptar Monte Carmeli qed ikun kompletament rinovat, bil-Ministru stess jammetti li l-Isptar kif inhu qisu istituzzjoni fiż-żmien Charles Dickens. L-isptar qala' ħafna kritika fl-aħħar xhur, bl-Awditur Ġenerali jgħid illi s-sitwazzjoni infrastrutturali u anke din tar-riżorsi umani hija waħda ħażina ħafna. Aqra hawnhekk x'kien jgħid ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar Monte Carmeli Dalgħodu Fearne qal li sar stħarriġ tal-isptar kollu u issa se ssir sejħa għax-xogħol li se jsir fih. Huwa qal li l-isptar ma jistax jingħalaq minħabba li mijiet ta' pazjenti lanqas biss għandhom fejn imorru, hekk kif għexu fih għal snin twal. Fearne ħabbar ukoll li fil-5 ta' Diċembru se ssir konferenza nazzjonali dwar is-saħħa mentali illi matulha ser issir diskussjoni bi preparazzjoni għall-ewwel abbozz tal-istrateġija nazzjonali ta' 10 snin dwar is-saħħa mentali. | [
"...iħabbar iżda li beda l-proċess għar-rinovazzjoni totali tiegħu...",
"Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar illi l-isptar Monte Carmeli qed ikun kompletament rinovat, bil-Ministru stess jammetti li l-Isptar kif inhu qisu istituzzjoni fiż-żmien Charles Dickens.",
"L-isptar qala' ħafna kritika fl-aħħar xhur, bl-Awditur Ġenerali jgħid illi s-sitwazzjoni infrastrutturali u anke din tar-riżorsi umani hija waħda ħażina ħafna.",
"Aqra hawnhekk x'kien jgħid ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar Monte Carmeli",
"Dalgħodu Fearne qal li sar stħarriġ tal-isptar kollu u issa se ssir sejħa għax-xogħol li se jsir fih.",
"Huwa qal li l-isptar ma jistax jingħalaq minħabba li mijiet ta' pazjenti lanqas biss għandhom fejn imorru, hekk kif għexu fih għal snin twal.",
"Fearne ħabbar ukoll li fil-5 ta' Diċembru se ssir konferenza nazzjonali dwar is-saħħa mentali illi matulha ser issir diskussjoni bi preparazzjoni għall-ewwel abbozz tal-istrateġija nazzjonali ta' 10 snin dwar is-saħħa mentali."
] | 6www.illum.com.mt
| 22,715 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2017/04/28/il-eurovision-se-jkun-qed-jixxandar-fl-istati-uniti-ukoll/ | Il-Eurovision se jkun qed jixxandar fl-Istati Uniti ukoll | L-Unjin tax-Xandir Ewropew ilbieraħ ikkonferma li għat-tieni sena konsekuttiva se l-Eurovision Song Contest se jkun qed jixxandar esklussivament fl-Istati Uniti. Dan ifisser li se jkun qed jixxandar l-Final Grandjuż b'mod dirett u b'xejn is-Sibt 13 ta' Mejju fejn għal din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem 42 pajjiz. Dan il-festival jilħaw madwar 200 miljun persuna minn madwar id-dinja u jarawh bosta persuni ta' kull età. Din is-sena l-kantanta Claudia Faniello se tkun qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta 'Breathlessly'. | [
"L-Unjin tax-Xandir Ewropew ilbieraħ ikkonferma li għat-tieni sena konsekuttiva se l-Eurovision Song Contest se jkun qed jixxandar esklussivament fl-Istati Uniti.",
"Dan ifisser li se jkun qed jixxandar l-Final Grandjuż b'mod dirett u b'xejn is-Sibt 13 ta' Mejju fejn għal din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem 42 pajjiz.",
"Dan il-festival jilħaw madwar 200 miljun persuna minn madwar id-dinja u jarawh bosta persuni ta' kull età.",
"Din is-sena l-kantanta Claudia Faniello se tkun qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta 'Breathlessly'."
] | 3one.com.mt
| 30,981 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/58892/tliet_kaijiet_biss_odda_ta_coronavirus__ma_jfissirx_li_nelin_ilkaijiet | Tliet każijiet biss ġodda ta' coronavirus ... 'Ma jfissirx li neżlin il-każijiet' | Anke jekk tliet każijiet mhux ħafna, Gauci appellat biex kulħadd iżomm saqajh mal-art u jibqa' jsegwi l-istruzzjonijiet u l-miżuri li qed jittieħdu Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-aħħar 24 siegħa, tliet persuni biss irriżultaw pożittiv għall-coronavirus biex hekk il-każi f'Malta telgħu għal 110 każi. Anke jekk tliet każijiet mhux ħafna, Gauci appellat biex kulħadd iżomm saqajh mal-art u jibqa' jsegwi l-istruzzjonijiet u l-miżuri li qed jittieħdu. Fi kliemha, mhux l-ewwel darba li kien hemm ġranet fejn l-għadd ta' infezzjonijiet ġodda kien żgħir f'ġurnata, iżda l-għada kien hemm numru ta' każijiet ġodda. Gauci appellat biex kulħadd jibqa' jsegwi l-miżuri u l-appelli li saru. Insistiet li f'pajjiżi oħra, kien hemm sitwazzjonijiet, fejn għax kien hemm inqas każijiet, ħafna bdew jillaxkaw, reġgħu bdew joħorġu u l-każijiet reġgħu bdew telgħin. Semmiet dak li ġara f'Ħong Kong, fejn meta l-poplu llaxka, għax ra inqas każijiet, spiċċaw bl-irduppjar tal-persuni infettati. Intant, it-tliet każi kkonfermati llum, huma kollha importati minn barra minn Malta u bħall-bqija tal-pazjenti jinsabu f'qagħda ta' saħħa tajba. Kif sejjer l-anzjan li kellu kumplikazzjonijiet? L-anzjan ta' 61 sena li żviluppa kumplikazzjonijiet, għadu qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-isptar Mater Dei. Gauci spjegat li l-kundizzjoni tiegħu għada waħda "instabbli." Apparti li qed ikun immoniterjat kontinwament, Gauci spjegat li qed jingħata wkoll kura skont evidenza bbażata minn barra minn Malta ta' kura li jidher li qed tħall impatt pożittiv. Aktar kmieni llum, is-sit illum.com.mt irrapporta kif testijiet fi Franza bl-użu tad-drogi anti-malarja qed iħallu riżultati pożittivi fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Il-każi kkonfermati fl-aħħar 24 siegħa kienu: | [
"Anke jekk tliet każijiet mhux ħafna, Gauci appellat biex kulħadd iżomm saqajh mal-art u jibqa' jsegwi l-istruzzjonijiet u l-miżuri li qed jittieħdu",
"Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-aħħar 24 siegħa, tliet persuni biss irriżultaw pożittiv għall-coronavirus biex hekk il-każi f'Malta telgħu għal 110 każi.",
"Anke jekk tliet każijiet mhux ħafna, Gauci appellat biex kulħadd iżomm saqajh mal-art u jibqa' jsegwi l-istruzzjonijiet u l-miżuri li qed jittieħdu.",
"Fi kliemha, mhux l-ewwel darba li kien hemm ġranet fejn l-għadd ta' infezzjonijiet ġodda kien żgħir f'ġurnata, iżda l-għada kien hemm numru ta' każijiet ġodda.",
"Gauci appellat biex kulħadd jibqa' jsegwi l-miżuri u l-appelli li saru.",
"Insistiet li f'pajjiżi oħra, kien hemm sitwazzjonijiet, fejn għax kien hemm inqas każijiet, ħafna bdew jillaxkaw, reġgħu bdew joħorġu u l-każijiet reġgħu bdew telgħin.",
"Semmiet dak li ġara f'Ħong Kong, fejn meta l-poplu llaxka, għax ra inqas każijiet, spiċċaw bl-irduppjar tal-persuni infettati.",
"Intant, it-tliet każi kkonfermati llum, huma kollha importati minn barra minn Malta u bħall-bqija tal-pazjenti jinsabu f'qagħda ta' saħħa tajba.",
"Kif sejjer l-anzjan li kellu kumplikazzjonijiet?",
"L-anzjan ta' 61 sena li żviluppa kumplikazzjonijiet, għadu qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-isptar Mater Dei.",
"Gauci spjegat li l-kundizzjoni tiegħu għada waħda \"instabbli.\"",
"Apparti li qed ikun immoniterjat kontinwament, Gauci spjegat li qed jingħata wkoll kura skont evidenza bbażata minn barra minn Malta ta' kura li jidher li qed tħall impatt pożittiv.",
"Aktar kmieni llum, is-sit illum.com.mt irrapporta kif testijiet fi",
"Franza bl-użu tad-drogi anti-malarja qed iħallu riżultati pożittivi fil-ġlieda kontra l-Covid-19.",
"Il-każi kkonfermati fl-aħħar 24 siegħa kienu:"
] | 6www.illum.com.mt
| 25,310 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/filmat-li-ghamilna-f10-xhur-jimliena-bkuragg-li-nixhtu-l-pandemija-fil-passat/ | Filmat: "Li għamilna f'10 xhur jimliena b'kuraġġ li nixħtu l-pandemija fil-passat" | Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li dak li sar fl-10 xhur tal-pandemija inissel kuraġġ fina sabiex il-pandemija nixħtuha fil-kotba tal-istorja. Huwa wera t-tama li sa Marzu, inkunu rkuprajna sew mill-coronavirus, u sa Mejju nkunu business as usual. Fil-messaġġ tiegħu fi tmiem l-2020 u l-bidu tas-sena l-ġdida, il-Prim Ministru saħaq kemm hu kburi bil-Gvern u bil-Maltin fi tmiem din is-sena ta' sfidi, meta ffaċċjajna "dik li hi l-akbar sfida mit-Tieni Gwerra Dinjija, jekk mhux saħansitra l-akbar sfida ta' kull żmien." Abela stqarr li din l-isfida setgħet farrket lil Malta, imma minflok, ħarġet aktar il-kwalitajiet is-sbieħ tal-Maltin: "Is-solidarjetà. L-imħabba lejn xulxin. L-għaqda nazzjonali. Dawn iridu jibqgħu magħna anke malli tgħaddi l-pandemija." Fir-riflessjonijiet tiegħu fuq l-2020, il-Prim Ministru wera sodisfazzjon li Malta rnexxielha tibqa' protetta kemm mil-lat ta' saħħa, ta' ekonomija, u anke soċjalment. "L-2021 is-sena fejn naħarbu niġru 'l quddiem fit-tkattir tal-ġid" Għall-2021, wera d-determinazzjoni li din tkun is-sena "fejn naħarbu niġru 'l quddiem fit-tkattir tal-ġid għan-nies." Apparti hekk, indirizza l-ħtieġa li l-ambjent ikun il-prijorità, u semma kif, minn għada, se tieqaf l-importazzjoni tal-plastik li jintuża darba biss. Lil hinn minn dan, il-Prim Ministru jrid li aktar karigi eżekuttivi jkunu okkupati min-nisa, filwaqt li jsiru riformi fil-ħatriet elettorali sabiex aktar nisa jkunu mħeġġin jipparteċipaw fil-Parlament. Riforma oħra li jrid jara Abela hi dik tal-liġi tad-divorzju. Lil Għawdex irid jarah jikseb l-istess riżultati li tikseb Malta. Il-Prim Ministru qal li biex naslu fi tmiem din il-burraxka, fadal ftit żmien ieħor, iżda ma' kull jum li jgħaddi, is-sagrifiċċju qed jeħfief. Madankollu, huwa insista fuq l-importanza "li nibqgħu nosservaw id-direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa sakemm meħtieġ biex żgur ma nitilfu xejn minn dak li ksibna flimkien." Il-messaġġ tiegħu temmu b'awgurju għas-sena l-ġdida f'ismu, f'isem martu Lydia, binthom Giorgia Mae, u l-Gvern. Il-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni Filmat: "Inħarsu 'l quddiem lejn ir-rebbiegħa wara x-xitwa qalila li għaddejna minnha" | [
"Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li dak li sar fl-10 xhur tal-pandemija inissel kuraġġ fina sabiex il-pandemija nixħtuha fil-kotba tal-istorja.",
"Huwa wera t-tama li sa Marzu, inkunu rkuprajna sew mill-coronavirus, u sa Mejju nkunu business as usual.",
"Fil-messaġġ tiegħu fi tmiem l-2020 u l-bidu tas-sena l-ġdida, il-Prim Ministru saħaq kemm hu kburi bil-Gvern u bil-Maltin fi tmiem din is-sena ta' sfidi, meta ffaċċjajna \"dik li hi l-akbar sfida mit-Tieni Gwerra Dinjija, jekk mhux saħansitra l-akbar sfida ta' kull żmien.\"",
"Abela stqarr li din l-isfida setgħet farrket lil Malta, imma minflok, ħarġet aktar il-kwalitajiet is-sbieħ tal-Maltin: \"Is-solidarjetà.",
"L-imħabba lejn xulxin.",
"L-għaqda nazzjonali.",
"Dawn iridu jibqgħu magħna anke malli tgħaddi l-pandemija.\"",
"Fir-riflessjonijiet tiegħu fuq l-2020, il-Prim Ministru wera sodisfazzjon li Malta rnexxielha tibqa' protetta kemm mil-lat ta' saħħa, ta' ekonomija, u anke soċjalment.",
"\"L-2021 is-sena fejn naħarbu niġru 'l quddiem fit-tkattir tal-ġid\" Għall-2021, wera d-determinazzjoni li din tkun is-sena \"fejn naħarbu niġru 'l quddiem fit-tkattir tal-ġid għan-nies.\"",
"Apparti hekk, indirizza l-ħtieġa li l-ambjent ikun il-prijorità, u semma kif, minn għada, se tieqaf l-importazzjoni tal-plastik li jintuża darba biss.",
"Lil hinn minn dan, il-Prim Ministru jrid li aktar karigi eżekuttivi jkunu okkupati min-nisa, filwaqt li jsiru riformi fil-ħatriet elettorali sabiex aktar nisa jkunu mħeġġin jipparteċipaw fil-Parlament.",
"Riforma oħra li jrid jara Abela hi dik tal-liġi tad-divorzju.",
"Lil Għawdex irid jarah jikseb l-istess riżultati li tikseb Malta.",
"Il-Prim Ministru qal li biex naslu fi tmiem din il-burraxka, fadal ftit żmien ieħor, iżda ma' kull jum li jgħaddi, is-sagrifiċċju qed jeħfief.",
"Madankollu, huwa insista fuq l-importanza \"li nibqgħu nosservaw id-direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa sakemm meħtieġ biex żgur ma nitilfu xejn minn dak li ksibna flimkien.\"",
"Il-messaġġ tiegħu temmu b'awgurju għas-sena l-ġdida f'ismu, f'isem martu Lydia, binthom Giorgia Mae, u l-Gvern.",
"Il-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni Filmat: \"Inħarsu 'l quddiem lejn ir-rebbiegħa wara x-xitwa qalila li għaddejna minnha\""
] | 2newsbook.com.mt
| 40,316 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/filmat-il-mara-li-qattghet-20-sena-fil-laboratorji-tal-isptar/ | Filmat: Il-mara li qattgħet 20 sena fil-laboratorji tal-isptar | Marion Rizzo għamlet mal-20 sena taħdem fil-laboratorji tal-isptar, tanalizza l-kampjuni tal-pazjenti. Lejn l-aħħar tal-karriera tagħha spiċċat tmexxi l-Isptar ta' San Luqa u dak ta' Mater Dei. Ma' Newsbook.com.mt Rizzo qalet li bdiet il-ħidma tagħha fis-sezzjoni tal-clinical chemistry fejn qalet li kollox kien isir b'mod manwali. Ix-xogħol kien jinvolvi l-analiżi ta' kull taħlita li tkun saret bejn il-kampjun tal-pazjent u l-kimiċi neċessarji għat-test. Ir-riżultati kienu jitkejlu wieħed wieħed u kienu jinħarġu wkoll b'mod manwali. "Għalkemm kien hemm l-eluf, kull test ifisser pazjent" "Għalkemm kien hemm l-eluf, kull test ifisser pazjent," qalet Rizzo. Żiedet tgħid li meta wieħed iżomm dan f'moħħu, lanqas jażżarda jteptep għajnejh għal sekonda. Spjegat li maż-żmien l-affarijiet inbidlu u meta n-numri kienu suffiċjenti ġew introdotti magni li jagħmlu x-xogħol b'mod awtomatiku. Dan ġab miegħu vantaġġi fil-ħin li għandhom bżonn it-testijiet u anke żieda dwar kemm huma affidabbli. Għalkemm il-magni jagħmlu l-maġġoranza tax-xogħol, xorta huwa importanti li jsiru programmi ta' kontroll fuq il-kwalità. Dan biex jiġi żgurat li r-riżultati huma validi. Rizzo kienet ukoll waħda mill-kelliema fil-konferenza oganizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Biomedical Scientists (MABS). Malta Association of Biomedical Scientists Rizzo qalet li fl-antik kien hemm ftit ħaddiema biss u li ma kinitx l-ewwel darba li kienet tkun l-unika waħda taħdem fis-sezzjoni sħiħa. Spjegat kif id-dipartiment tagħhom kien l-ewwel wieħed li qatt ġie attrazzat b'computer fis-servizz tas-saħħa. Qalet ukoll li kien hemm ħbiberija kbira bejn il-kollegi meta kienet taħdem fil-laboratorji. Qalet li mhux biss kien team tajjeb fuq il-post tax-xogħol imma kienu anke jorganizzaw ikliet u xi weekend f'Għawdex. 'Jekk tingħata xogħol sempliċi, ħudha bħala opportunità biex titgħallem' Rizzo kellha wkoll pariri għall-ħaddiema tal-lum. Appellat lin-nies biex anke jekk jingħataw xi ħaġa x'jagħmlu li tidher templiċi, għandhom jużawha bħala opportunità biex jigħallmu. Qalet li wieħed dejjem għandu jara kif jista' jagħmel titjib f'xogħlu. "Dejjem għandek tħalli l-post tax-xogħol tiegħek aħjar milli sibtu," qalet Rizzo. Rizzo eventwalment laħqet il-manager tad-Dipartiment tal-Patholoġija. Wara marret taħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) saket imbagħad saret il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Luqa u mill-2007 sal-2011 ta' Mater Dei. Rizzo rringrazzjat lil dawk kollha li llum il-ġurnata qed jaħdmu fil-laboratorji tal-isptar. Irringrazzjat ukoll lil dawk li kienu jaħdmu hemm fil-passat u li telqu matul is-snin. Fl-2016, Newsbook.com.mt kien iltaqa' ma' Patricia Brincat li wkoll taħdem fil-laboratorji ta' Mater Dei. Jekk dħalt l-isptar Mater Dei u ħadulek kampjun tad-demm, hemm ċans kbir li dan għadda minn taħt idejha jew idejn it-tim tagħha. Tista' taqra aktar dwarha minn hawn . Għal aktar informazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Biomedical Scientists, tista' tiħdol hawn . Filmat: Christoph Schwaiger | [
"Marion Rizzo għamlet mal-20 sena taħdem fil-laboratorji tal-isptar, tanalizza l-kampjuni tal-pazjenti.",
"Lejn l-aħħar tal-karriera tagħha spiċċat tmexxi l-Isptar ta' San Luqa u dak ta' Mater Dei.",
"Ma' Newsbook.com.mt Rizzo qalet li bdiet il-ħidma tagħha fis-sezzjoni tal-clinical chemistry fejn qalet li kollox kien isir b'mod manwali.",
"Ix-xogħol kien jinvolvi l-analiżi ta' kull taħlita li tkun saret bejn il-kampjun tal-pazjent u l-kimiċi neċessarji għat-test.",
"Ir-riżultati kienu jitkejlu wieħed wieħed u kienu jinħarġu wkoll b'mod manwali.",
"\"Għalkemm kien hemm l-eluf, kull test ifisser pazjent\" \"Għalkemm kien hemm l-eluf, kull test ifisser pazjent,\" qalet Rizzo.",
"Żiedet tgħid li meta wieħed iżomm dan f'moħħu, lanqas jażżarda jteptep għajnejh għal sekonda.",
"Spjegat li maż-żmien l-affarijiet inbidlu u meta n-numri kienu suffiċjenti ġew introdotti magni li jagħmlu x-xogħol b'mod awtomatiku.",
"Dan ġab miegħu vantaġġi fil-ħin li għandhom bżonn it-testijiet u anke żieda dwar kemm huma affidabbli.",
"Għalkemm il-magni jagħmlu l-maġġoranza tax-xogħol, xorta huwa importanti li jsiru programmi ta' kontroll fuq il-kwalità.",
"Dan biex jiġi żgurat li r-riżultati huma validi.",
"Rizzo kienet ukoll waħda mill-kelliema fil-konferenza oganizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Biomedical Scientists (MABS).",
"Malta Association of Biomedical Scientists Rizzo qalet li fl-antik kien hemm ftit ħaddiema biss u li ma kinitx l-ewwel darba li kienet tkun l-unika waħda taħdem fis-sezzjoni sħiħa.",
"Spjegat kif id-dipartiment tagħhom kien l-ewwel wieħed li qatt ġie attrazzat b'computer fis-servizz tas-saħħa.",
"Qalet ukoll li kien hemm ħbiberija kbira bejn il-kollegi meta kienet taħdem fil-laboratorji.",
"Qalet li mhux biss kien team tajjeb fuq il-post tax-xogħol imma kienu anke jorganizzaw ikliet u xi weekend f'Għawdex.",
"'Jekk tingħata xogħol sempliċi, ħudha bħala opportunità biex titgħallem' Rizzo kellha wkoll pariri għall-ħaddiema tal-lum.",
"Appellat lin-nies biex anke jekk jingħataw xi ħaġa x'jagħmlu li tidher templiċi, għandhom jużawha bħala opportunità biex jigħallmu.",
"Qalet li wieħed dejjem għandu jara kif jista' jagħmel titjib f'xogħlu.",
"\"Dejjem għandek tħalli l-post tax-xogħol tiegħek aħjar milli sibtu,\" qalet Rizzo.",
"Rizzo eventwalment laħqet il-manager tad-Dipartiment tal-Patholoġija.",
"Wara marret taħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) saket imbagħad saret il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Luqa u mill-2007 sal-2011 ta' Mater Dei.",
"Rizzo rringrazzjat lil dawk kollha li llum il-ġurnata qed jaħdmu fil-laboratorji tal-isptar.",
"Irringrazzjat ukoll lil dawk li kienu jaħdmu hemm fil-passat u li telqu matul is-snin.",
"Fl-2016, Newsbook.com.mt kien iltaqa' ma' Patricia Brincat li wkoll taħdem fil-laboratorji ta' Mater Dei.",
"Jekk dħalt l-isptar Mater Dei u ħadulek kampjun tad-demm, hemm ċans kbir li dan għadda minn taħt idejha jew idejn it-tim tagħha.",
"Tista' taqra aktar dwarha minn hawn .",
"Għal aktar informazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Biomedical Scientists, tista' tiħdol hawn .",
"Filmat: Christoph Schwaiger"
] | 2newsbook.com.mt
| 7,784 |
press, news, Lifestyle, Familja, Kurżitajiet, Riċetti | https://newsbook.com.mt/gwen-tghin-lil-puttinu/ | Gwen tgħin lil Puttinu | Matul il-perjodu tal-lockdown minħabba l-COVID-19, iċ-ċkejkna Gwen Gravina ħadet l-inizjattiva li permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook Gwen's Cooking Club, ta' kuljum bdiet tippreżenta lis-segwaċi tagħha riċetta. Issa li l-perjodu tal-lockdown spiċċa, Gwen nediet inizjattiva oħra, dik li ppublikat krtieb, li l-iskop tiegħu huwa li tgħin lil Puttinu Cares. Filfatt ewro mill-bejgħ ta' kull ktieb se jmur b'donazzjoni lil din l-għaqda bil-għan li jiġbru aktar fondi biex tkun tista' tingħata għajnuna lil bosta persuni li jkunu qed jingħtaw trattament għall-kanċer barra minn xtutna. Min hu interessat li jakkwista dan il-ktieb għandu jidħol fil-paġna ta' Gwen's Cooking Club u jibgħat messaġġ privat. Intant illejla, bejn is-6pm u s-7pm, Gwen se tkun qed tiffirma l-kotba tagħha lil dawk li jakkwistawh u jżur l-ħanut tal-Maypole f'San Bastjan, f'Ħal-Qormi. Biex tkun aġġornat f'liema ħwienet u lokalitajiet Gwen se tkun qed tiffirma l-kotba tagħha fil-ġranet li ġejjien, wieħed għandu dejjem jiċċekja l-paġna uffiċjali ta' Gwen. | [
"Matul il-perjodu tal-lockdown minħabba l-COVID-19, iċ-ċkejkna Gwen Gravina ħadet l-inizjattiva li permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook Gwen's Cooking Club, ta' kuljum bdiet tippreżenta lis-segwaċi tagħha riċetta.",
"Issa li l-perjodu tal-lockdown spiċċa, Gwen nediet inizjattiva oħra, dik li ppublikat krtieb, li l-iskop tiegħu huwa li tgħin lil Puttinu Cares.",
"Filfatt ewro mill-bejgħ ta' kull ktieb se jmur b'donazzjoni lil din l-għaqda bil-għan li jiġbru aktar fondi biex tkun tista' tingħata għajnuna lil bosta persuni li jkunu qed jingħtaw trattament għall-kanċer barra minn xtutna.",
"Min hu interessat li jakkwista dan il-ktieb għandu jidħol fil-paġna ta' Gwen's Cooking Club u jibgħat messaġġ privat.",
"Intant illejla, bejn is-6pm u s-7pm, Gwen se tkun qed tiffirma l-kotba tagħha lil dawk li jakkwistawh u jżur l-ħanut tal-Maypole f'San Bastjan, f'Ħal-Qormi.",
"Biex tkun aġġornat f'liema ħwienet u lokalitajiet Gwen se tkun qed tiffirma l-kotba tagħha fil-ġranet li ġejjien, wieħed għandu dejjem jiċċekja l-paġna uffiċjali ta' Gwen."
] | 2newsbook.com.mt
| 5,065 |
press, news, Lokali, , •, , Qorti | https://netnews.com.mt/2020/06/12/il-kohhu-igiddeb-ix-xhieda-ta-melvin-theuma/ | "Il-Koħħu" igiddeb ix-xhieda ta' Melvin Theuma | Vincent Muscat, il-Koħħu, ċaħad li qatt irċieva xi flus mingħand in-negozjant Yorgen Fenech jew l-avukat Arthur Azzopardi. Dan hekk kif fil-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-Ħamis ix-xhieda ewlieni fil-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, saħaq li Vince Muscat irċieva xi ħlas mingħand Fenech, li qed jiġi akkużat bil-kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u l-avukat Arthur Azzopardi. F'isem il-familja Muscat, l-avukat Marc Sant saħaq li huma qed jiċħdu kategorikament dawn l-allegazzjonijiet u lesta tieħu azzjoni legali. Dan ifisser li l-'Koħħu' qiegħed igiddeb ix-xhieda ta' Theuma, l-unika persuna f'dan il-każ li ngħata maħfra Presidenzjali, sekondata mill-Gvern immexxi dak iż-żmien mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. XOKKANTI: Chris Cardona implikat li ħallas lil wieħed mill-qattiela | [
"Vincent Muscat, il-Koħħu, ċaħad li qatt irċieva xi flus mingħand in-negozjant Yorgen Fenech jew l-avukat Arthur Azzopardi.",
"Dan hekk kif fil-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-Ħamis ix-xhieda ewlieni fil-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, saħaq li Vince Muscat irċieva xi ħlas mingħand Fenech, li qed jiġi akkużat bil-kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u l-avukat Arthur Azzopardi.",
"F'isem il-familja Muscat, l-avukat Marc Sant saħaq li huma qed jiċħdu kategorikament dawn l-allegazzjonijiet u lesta tieħu azzjoni legali.",
"Dan ifisser li l-'Koħħu' qiegħed igiddeb ix-xhieda ta' Theuma, l-unika persuna f'dan il-każ li ngħata maħfra Presidenzjali, sekondata mill-Gvern immexxi dak iż-żmien mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.",
"XOKKANTI: Chris Cardona implikat li ħallas lil wieħed mill-qattiela"
] | 1netnews.com.mt
| 39,861 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/58826/linstructors_talkarozzi_jingaqdu_u_jixtru_lelu_galladdiema_tassaa | L-instructors tal-karozzi jingħaqdu u jixtru l-ħelu għall-ħaddiema tas-saħħa | Aħbar tajba tinżel għasel ma' kulħadd bħalissa u ġest sabiħ li għamlu l-instructors tal-karozzi żgur li se jinżel għasel mal-ħaddiema tas-saħħa Aħbar pożittiva bħalissa tinżel għasel! Diversi għalliema tal-karozzi, dawk li aħna nsejħulhom instructors, bħalissa mhux qed itellgħu l-istudenti għall-eżamijiet tas-sewqan iżda ma baqgħux idejhom fuq żaqqhom. Diversi skejjel ingħaqdu flimkien u xtraw id-doughnuts għall-ħaddiema tas-saħħa li bħalissa għaddejin bla nifs biex jikkuraw u jieħdu ħsieb lill-pazjenti tal-coronavirus u anke biex iwettqu t-testijiet u jeżaminawhom. | [
"Aħbar tajba tinżel għasel ma' kulħadd bħalissa u ġest sabiħ li għamlu l-instructors tal-karozzi żgur li se jinżel għasel mal-ħaddiema tas-saħħa",
"Aħbar pożittiva bħalissa tinżel għasel!",
"Diversi għalliema tal-karozzi, dawk li aħna nsejħulhom instructors, bħalissa mhux qed itellgħu l-istudenti għall-eżamijiet tas-sewqan iżda ma baqgħux idejhom fuq żaqqhom.",
"Diversi skejjel ingħaqdu flimkien u xtraw id-doughnuts għall-ħaddiema tas-saħħa li bħalissa għaddejin bla nifs biex jikkuraw u jieħdu ħsieb lill-pazjenti tal-coronavirus u anke biex iwettqu t-testijiet u jeżaminawhom."
] | 6www.illum.com.mt
| 22,630 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/57430/ilqorti_ma_tilqax_talba_minn_gaffarena_biex_isir_kuntratt_gal_proprjet_kontroversjali_filbelt | Il-Qorti ma tilqax talba minn Gaffarena biex isir kuntratt u jieħu proprjetà fil-Belt | F'eku tal-kontroversja li kienet nqalgħet il-Qorti ma tilqax talba minn Marco Gaffarena biex tordna li jsir kuntratt li jagħtih kwart ta' proprjetà fi Triq Zekka li se tkun esproprijata mill-Gvern Il-Qorti ma laqgħetx talba ta' Marco Gaffarena biex din tisforza bejgħ ta' kwart ta' proprjetà fi Triq Żekka il-Belt Valletta, proprjetà li kienet spiċċat f'nofs kontroversja hekk kif partijiet minnha kienu esproprijati mill-Gvern, mingħand l-istess Gaffarena. L-akkuża kienet li Gaffarena kien jaf bit-tali esproprijazzjoni minn qabel u fil-proċess kien qed jagħamel profitti kbar. Il-Qorti qalet illi Gaffarena jaf illi s-sidien mhumiex qiegħdin f'pożizzjoni li jbigħu din il-parti tal-proprjetà għaliex hija suġġett għal esproprijazzjoni, "li kien jaf biha Gaffarena iżda ma nfurmax biha lid-difiża." Dan idur mal-kwistjoni kollha li kienet diskussa u saħansitra waslet għal riżenja, hekk kif allegatament xi ħadd kien qed jinforma lil Gaffarena li din il-proprjetà partikolari kienet se tiġi esproprijata, xi ħaġa li jirriżulta li lanqas ma kienu jafu biha." B'hekk il-Qorti ddeċidiet li bl-esproprijazzjoni id-difiża ma tistax timxi mal-obbligi tagħha, skont il-konvenju. Il-Qorti qalet illi għalhekk ma tistax tordna li dan il-kuntratt ikun iffurmat, lanqas tordna bidla fil-konvenju, "inkella tkun qed tagħmel fetehim ġdid u mhux tesegwixxi l-ftehim mwiegħed." | [
"F'eku tal-kontroversja li kienet nqalgħet il-Qorti ma tilqax talba minn Marco Gaffarena biex tordna li jsir kuntratt li jagħtih kwart ta' proprjetà fi Triq Zekka li se tkun esproprijata mill-Gvern",
"Il-Qorti ma laqgħetx talba ta' Marco Gaffarena biex din tisforza bejgħ ta' kwart ta' proprjetà fi Triq Żekka il-Belt Valletta, proprjetà li kienet spiċċat f'nofs kontroversja hekk kif partijiet minnha kienu esproprijati mill-Gvern, mingħand l-istess Gaffarena.",
"L-akkuża kienet li Gaffarena kien jaf bit-tali esproprijazzjoni minn qabel u fil-proċess kien qed jagħamel profitti kbar.",
"Il-Qorti qalet illi Gaffarena jaf illi s-sidien mhumiex qiegħdin f'pożizzjoni li jbigħu din il-parti tal-proprjetà għaliex hija suġġett għal esproprijazzjoni, \"li kien jaf biha Gaffarena iżda ma nfurmax biha lid-difiża.\"",
"Dan idur mal-kwistjoni kollha li kienet diskussa u saħansitra waslet għal riżenja, hekk kif allegatament xi ħadd kien qed jinforma lil Gaffarena li din il-proprjetà partikolari kienet se tiġi esproprijata, xi ħaġa li jirriżulta li lanqas ma kienu jafu biha.\"",
"B'hekk il-Qorti ddeċidiet li bl-esproprijazzjoni id-difiża ma tistax timxi mal-obbligi tagħha, skont il-konvenju.",
"Il-Qorti qalet illi għalhekk ma tistax tordna li dan il-kuntratt ikun iffurmat, lanqas tordna bidla fil-konvenju, \"inkella tkun qed tagħmel fetehim ġdid u mhux tesegwixxi l-ftehim mwiegħed.\""
] | 6www.illum.com.mt
| 21,822 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/l-industrija-tat-turizmu-se-tibqa-tibbenefika-minn-fondi-ewropej/ | L-industrija tat-turiżmu se tibqa’ tibbenefika minn fondi Ewropej | Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej, Ian Borg qal li l-industrija tat-turiżmu f’Malta ser tibqa tibbenefika minn fondi Ewropej fis-seba’ snin li ġejjin. Huwa u jiddiskuti l-opportunitajiet ta’ finanzjament Ewropew mal-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti, Dr Borg spjega li l-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn diversi skemi biex jinvestu fit-teknoloġija tal-informatika ħalli jtejbu l-operat tagħhom, jinvestu f’ġenerazzjoni t’enerġija aktar nadifa u jinvestu fir-riżorsi umani. L-industrija tat-turiżmu se tkun tista’ tibqa tibbenefika minn fondi Ewropej wara li l-Gvern Malti għamel il-każ tiegħu quddiem il-Kummissjoni Ewropea fejn ġiet spjegata l-importanza tas-settur turistiku għal Malta. Dr Borg tenna l-impenn tal-Gvern Malti biex ikompli jinvesti fl-ambjent, jirriġenera postijiet storiċi u jtejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż – investiment, kompla Dr Borg li għandu jikkontribwixxi biex il-ġejjieni tas-settur turistiku jibqa’ jiżviluppa u jsir aktar sostenibbli. | [
"Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej, Ian Borg qal li l-industrija tat-turiżmu f’Malta ser tibqa tibbenefika minn fondi Ewropej fis-seba’ snin li ġejjin.",
"Huwa u jiddiskuti l-opportunitajiet ta’ finanzjament Ewropew mal-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti, Dr Borg spjega li l-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn diversi skemi biex jinvestu fit-teknoloġija tal-informatika ħalli jtejbu l-operat tagħhom, jinvestu f’ġenerazzjoni t’enerġija aktar nadifa u jinvestu fir-riżorsi umani.",
"L-industrija tat-turiżmu se tkun tista’ tibqa tibbenefika minn fondi Ewropej wara li l-Gvern Malti għamel il-każ tiegħu quddiem il-Kummissjoni Ewropea fejn ġiet spjegata l-importanza tas-settur turistiku għal Malta.",
"Dr Borg tenna l-impenn tal-Gvern Malti biex ikompli jinvesti fl-ambjent, jirriġenera postijiet storiċi u jtejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż – investiment, kompla Dr Borg li għandu jikkontribwixxi biex il-ġejjieni tas-settur turistiku jibqa’ jiżviluppa u jsir aktar sostenibbli."
] | 7www.tvm.com.mt
| 28,947 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/ritratti-bajja-bram-fbirzebbuga/ | Ritratti: Bajja bram f'Birżebbuġa | Eluf ta' bram magħrufin bħala mauve stingers (Pelagia Noctiluca ) ksew il-bajja ta' Birżebbuġa dalgħodu. Facebook: Deo Debattista Il-Professur u Ambaxxatur Malti għall-Oċeani Alan Deidun spjega li din l-ispeċi tipproduċi b'mod esaġerat f'dan iż-żmien, u l-adulti jmutu wara li jirripoduċu. Qal li l-ġenerazzjoni l-ġdida jsiru adulti fi ftit xhur, u b'hekk ma' April/Mejju għandna nistennew ħafna mauve stingers. Qal li l-ammont ta' bram fuq il-bajja huwa riżultat tar-riħ li kien ġej mix-Xlokk f'dawn l-aħħar jiem. Il-bram tneħħa minn naħa tad-Dipartiment tat-Tindif. Baħar ta' bram f'Marsalforn | [
"Eluf ta' bram magħrufin bħala mauve stingers (Pelagia Noctiluca ) ksew il-bajja ta' Birżebbuġa dalgħodu.",
"Facebook: Deo Debattista Il-Professur u Ambaxxatur Malti għall-Oċeani Alan Deidun spjega li din l-ispeċi tipproduċi b'mod esaġerat f'dan iż-żmien, u l-adulti jmutu wara li jirripoduċu.",
"Qal li l-ġenerazzjoni l-ġdida jsiru adulti fi ftit xhur, u b'hekk ma' April/Mejju għandna nistennew ħafna mauve stingers.",
"Qal li l-ammont ta' bram fuq il-bajja huwa riżultat tar-riħ li kien ġej mix-Xlokk f'dawn l-aħħar jiem.",
"Il-bram tneħħa minn naħa tad-Dipartiment tat-Tindif.",
"Baħar ta' bram f'Marsalforn"
] | 2newsbook.com.mt
| 7,159 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53260/manifestazzjoni_gallverit_u_lustizzja_fl14_ta_ottubru | Manifestazzjoni għall-verità u l-ġustizzja fl-14 ta' Ottubru | Il-Manifestazzjoni se ssir jumejn qabel l-ewwel sena anniversarju mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia L-attivisti ta' Occupy Justice se jkunu qegħdin jorganizzaw manifestazzjoni għall-verità u l-ġustizzja fl-14 ta' Ottubru li ġej. Fi stqarrija ppubblikata dalgħodu, huma saħqu li "l-allokazzjoni t’art pubblika prezzjuża għal prezz assurd lill-Grupp dB, il-permess biex jibnu torri mostruż, id-disprezz lir-residenti u lil dawk li pprotestaw jiġu minn governanza ħażina u korruzzjoni. In-nies hi ġustament irrabjata." Skont Occupy Justice, "is-segretezza u l-ħabi fl-infieq pubbliku huma ħżiena u jaħbu nfieq mhux ġustifikat li jħallas għalih il-pubbliku. Il-Ministru Chris Cardona jrid jaħbi kemm iħallas lill-konsulenti tiegħu. Ħeba kemm nefaq jixrob mill-kmamar tal-lukandi fejn kien għal xogħol tal-gvern. Ħeba l-ġiti fil-weekends lejn bliet tal-Formula One u għadu jaħbi għalfejn mar. Għadu jaħbi x’jagħmel biex jiddeverti fl-għaxija meta jkun imsiefer fuq xogħol tal-gvern. In-nies hi ġustament irrabjata." Apparti minn hekk huma qalu li, "l-immunità mill-prosekuzzjoni tal-politiċi li nqabbdu fil-fatt tassigura li pajjiżna jitmexxa mid-delinkwenti. Konrad Mizzi għadu jidħaq għax ħadd ma saqsih għalfejn iffirma biex jirċievi miljuni f’kumpanija sigrieta fil-Panama li waqqaf malli laħaq Ministru. Keith Schembri qas qatt ipprova jispjega għalfejn 17 Black kienet se tħallsu ta’ xejn. In-nies hi ġustament irribajata," sostnew Occupy Justice. Huma qalu wkoll, li qliegħ mill-kriminalità ħammeġ isem pajjiżna, tant li meta Edward Scicluna jaqbad taksi fl-Amerika t’Isfel ix-xufier jassumi li hu korrott. Fuq il-programm taċ-ċittadinanza b'investiment huma qalu li dan qed jintuża sabiex, "inbiegħu iċ-ċittadinanza tagħna lill-ħallelin imfittxija jew kastigati minn gvernijiet oħrajn u ospitajna magni tal-ħasil tal-flus għall-Cosa Nostra u l-Indrangeta. Il-portijiet tagħha jintużaw biex jaħżnu ż-żjut misruqa u l-awtoritajiet jibqgħu jħarsu. U negozji onesti qed jitgerrxu minn Malta. In-nies hi ġustament irrabjata." Skonthom, "min joġġezzjona jew jipprotesta hu injorat jew ċensurat. Il-gvern iħoss li għandu mano libera biex ixejjen lil kull ħaġa jew kull min jieqaflu. Il-gvern jassumi li dawk li joġġezzjonaw huma ftit, bla tmexxija, mifruda u mbeżża’. Dawk li għadhom ma ntlaqtux ħażin mid-deċiżjonijiet tal-gvern jibżgħu li għada se jdur għalihom." Il-Manifestazzjoni se tkun qegħda tibda minn quddiem is-Suq tal-Belt. | [
"Il-Manifestazzjoni se ssir jumejn qabel l-ewwel sena anniversarju mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia",
"L-attivisti ta' Occupy Justice se jkunu qegħdin jorganizzaw manifestazzjoni għall-verità u l-ġustizzja fl-14 ta' Ottubru li ġej.",
"Fi stqarrija ppubblikata dalgħodu, huma saħqu li \"l-allokazzjoni t’art pubblika prezzjuża għal prezz assurd lill-Grupp dB, il-permess biex jibnu torri mostruż, id-disprezz lir-residenti u lil dawk li pprotestaw jiġu minn governanza ħażina u korruzzjoni.",
"In-nies hi ġustament irrabjata.\"",
"Skont Occupy Justice, \"is-segretezza u l-ħabi fl-infieq pubbliku huma ħżiena u jaħbu nfieq mhux ġustifikat li jħallas għalih il-pubbliku.",
"Il-Ministru Chris Cardona jrid jaħbi kemm iħallas lill-konsulenti tiegħu.",
"Ħeba kemm nefaq jixrob mill-kmamar tal-lukandi fejn kien għal xogħol tal-gvern.",
"Ħeba l-ġiti fil-weekends lejn bliet tal-Formula One u għadu jaħbi għalfejn mar.",
"Għadu jaħbi x’jagħmel biex jiddeverti fl-għaxija meta jkun imsiefer fuq xogħol tal-gvern.",
"In-nies hi ġustament irrabjata.\"",
"Apparti minn hekk huma qalu li, \"l-immunità mill-prosekuzzjoni tal-politiċi li nqabbdu fil-fatt tassigura li pajjiżna jitmexxa mid-delinkwenti.",
"Konrad Mizzi għadu jidħaq għax ħadd ma saqsih għalfejn iffirma biex jirċievi miljuni f’kumpanija sigrieta fil-Panama li waqqaf malli laħaq Ministru.",
"Keith Schembri qas qatt ipprova jispjega għalfejn 17 Black kienet se tħallsu ta’ xejn.",
"In-nies hi ġustament irribajata,\" sostnew Occupy Justice.",
"Huma qalu wkoll, li qliegħ mill-kriminalità ħammeġ isem pajjiżna, tant li meta Edward Scicluna jaqbad taksi fl-Amerika t’Isfel ix-xufier jassumi li hu korrott.",
"Fuq il-programm taċ-ċittadinanza b'investiment huma qalu li dan qed jintuża sabiex, \"inbiegħu iċ-ċittadinanza tagħna lill-ħallelin imfittxija jew kastigati minn gvernijiet oħrajn u ospitajna magni tal-ħasil tal-flus għall-Cosa Nostra u l-Indrangeta.",
"Il-portijiet tagħha jintużaw biex jaħżnu ż-żjut misruqa u l-awtoritajiet jibqgħu jħarsu.",
"U negozji onesti qed jitgerrxu minn Malta.",
"In-nies hi ġustament irrabjata.\"",
"Skonthom, \"min joġġezzjona jew jipprotesta hu injorat jew ċensurat.",
"Il-gvern iħoss li għandu mano libera biex ixejjen lil kull ħaġa jew kull min jieqaflu.",
"Il-gvern jassumi li dawk li joġġezzjonaw huma ftit, bla tmexxija, mifruda u mbeżża’.",
"Dawk li għadhom ma ntlaqtux ħażin mid-deċiżjonijiet tal-gvern jibżgħu li għada se jdur għalihom.\"",
"Il-Manifestazzjoni se tkun qegħda tibda minn quddiem is-Suq tal-Belt."
] | 6www.illum.com.mt
| 42,796 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/05/21/filmat-kemmuna-u-personalitajiet-maltin-fil-qofol-ta-video-muzikali-internazzjonali/ | FILMAT: Kemmuna u personalitajiet Maltin fil-qofol ta’ video mużikali internazzjonali | Il-video mużikali ta’ kanzunetta li hi waħda mill-favoriti għal dan is-sajf inġibed propju f’pajjiżna, f’Kemmuna. Give it Up, li l-video mużikali uffiċjali f’temp ta’ ħamest ijiem laħaq it-tliet mitt view fuq Youtube, hi l-kreazzjoni tad-DJ ta’ 21 sena Mike Williams. Għalkemm DJ Mike Williams iddebutta din id-diska fis-sajf tal-2017 f’Ibiza, din qabdet sew matul it-tour tiegħu Ultra Miami fl-Itati Uniti u għalhekk bdiet ħidma biex joħroġ il-video mużikali. Għal dan l-għan mhux biss intagħżlet il-gżira pittoreska ta’ Kemmuna, imma wkoll numru ta’ mudelli u personalitajiet lokali minn oqsma differenti. Mike Williams, DJ Olandiż, ħareġ l-ewwel single tiegħu fl-2014 biex f’temp ta’ erba’ snin ħareġ 21 single minbarra sensiela ta’ remixes ta’ diski ta’ artisti oħra rinomati. Interessanti li Mike Williams tgħallem ix-xogħol ta’ DJ meta kellu biss 12-il sena u fl-età ta’ 14-il sena rnexxielu jikseb post biex idoqq quddiem udjenza ta’ 500 persuna fi club. Din l-esperjenza fetħitlu l-bibien beraħ tant li minn hemm beda jintalab idoqq fi clubs oħra. | [
"Il-video mużikali ta’ kanzunetta li hi waħda mill-favoriti għal dan is-sajf inġibed propju f’pajjiżna, f’Kemmuna.",
"Give it Up, li l-video mużikali uffiċjali f’temp ta’ ħamest ijiem laħaq it-tliet mitt view fuq Youtube, hi l-kreazzjoni tad-DJ ta’ 21 sena Mike Williams.",
"Għalkemm DJ Mike Williams iddebutta din id-diska fis-sajf tal-2017 f’Ibiza, din qabdet sew matul it-tour tiegħu Ultra Miami fl-Itati Uniti u għalhekk bdiet ħidma biex joħroġ il-video mużikali.",
"Għal dan l-għan mhux biss intagħżlet il-gżira pittoreska ta’ Kemmuna, imma wkoll numru ta’ mudelli u personalitajiet lokali minn oqsma differenti.",
"Mike Williams, DJ Olandiż, ħareġ l-ewwel single tiegħu fl-2014 biex f’temp ta’ erba’ snin ħareġ 21 single minbarra sensiela ta’ remixes ta’ diski ta’ artisti oħra rinomati.",
"Interessanti li Mike Williams tgħallem ix-xogħol ta’ DJ meta kellu biss 12-il sena u fl-età ta’ 14-il sena rnexxielu jikseb post biex idoqq quddiem udjenza ta’ 500 persuna fi club.",
"Din l-esperjenza fetħitlu l-bibien beraħ tant li minn hemm beda jintalab idoqq fi clubs oħra."
] | 1netnews.com.mt
| 1,369 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/solar-panel-shady-dealings-prompt-police-investigation/ | Solar Panel | Police are set to take criminal action against the directors of a company, which imports solar energy photo-voltaic panels. Initial investigations shed light on shady dealings between the company in questions and applicants set to benefit from the European Regional Development Fund scheme (ERDF) in order to gain funds from EU. According to | [
"Police are set to take criminal action against the directors of a company, which imports solar energy photo-voltaic panels.",
"Initial investigations shed light on shady dealings between the company in questions and applicants set to benefit from the European Regional Development Fund scheme (ERDF) in order to gain funds from EU.",
"According to"
] | 7www.tvm.com.mt
| 25,401 |
press, news, Lokali, , •, , Qorti | https://netnews.com.mt/2020/08/17/18-il-xahar-habs-ghal-avukat-pollakk-li-hedded-eks-kollegi-u-li-se-jispiccaw-bhal-daphne-caruana-galizia/ | 18-il xahar ħabs għal Avukat Pollakk li hedded eks kollegi li se jispiċċaw bħal Daphne Caruana Galizia | Bartosz Marcin Andruszaniec, Avukat Pollakk ta' 43 sena ġie kundannat 18-il xahar ħabs mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li nstab ħati ta' theddid fuq eks-kollegi ta' ditta tal-Avukati lokali. Fost l-Avukati Maltin kien hemm min ġie mhedded li se jispiċċa maqtul bħal Daphne Caruana Galizia. Fost ritratti li kienu jintbagħtu lill-eks kollegi tiegħu kien hemm rjus ta' mewt, splużjoni ta' dar u dan ukoll fil-konfront tal-mara ta' wieħed mill-avukati. Mix-xhieda ħareġ li huwa kien qed jitlob ukoll is-somma ta' €300,000 fuq konsulenzi li kien qal li għamel għall-kumpanija. Andruszaniec instab ħati li pprova jagħmel kuntatt ma' eks kollegi u diretturi ta' kumpanija billi bagħat sensiela ta' emails u messaġġi fuq Whatsapp u Instagram, Facebook kif ukoll permezz ta' emails. Andruszaniec ma kellux indirizz fiss meta kien jaħdem mal-kumpanija legali lokali. Huwa iżda sab ħafna għajnuna anke minn wieħed minn dawk li spiċċa vittma tiegħu fejn qal li kien jafu għax kienu jaħdmu flimkien l-Ingilterra. Huwa qal li kien ikun hemm anke theddid fil-konfront tal-mara tiegħu u li huwa kien jaf li l-akkużat ġieli kkonsma d-droga u jixrob l-alkoħol. Il-ħaddiema tal-kumpanija kellmuh kemm il-darba, mhux biss biex jieqaf mit-theddid, iżda biex ifittex l-għajnuna, iżda kien kollu għalxejn. Dan l-avukat qal li kienu jitrattawh tajjeb u ġieli anke tawh xi flus u anke ħallsulu għall-post ta' akkomodazzjoni. Tenna li fl-uffiċċju kulħadd kien ikun aġitat minħabba l-messaġġi li kienu qegħdin jintbagħtu. Kienet ukoll kwistjoni ta' reputazzjoni għall-kumpanija, minħabba li l-inkwiet kien li din kienet se tieħu daqqa jekk dan kollu fid-dominju pubbliku. Wieħed minn dawn l-Avukati qal fil-Qorti li fil-bidu t-tim kollu tal-kumpanija kien jikkopera ma' Andruszaniec. "Konna nibagħtu n-negozju li kellna għall-Polonja u bażikament imbagħad eventwalment huwa daħal jaħdem magħna bħala konsulent Aħna konna qed jirċievu xi theddid u xi e-mails u jien irċevejt ukoll email fejn Andruszaniec għamel referenza għall-qtil ta 'Daphne Caruana Galizia xi ħaġa li kienet pjuttost inkwetanti. "Fuq Instagram irċevejt ritratt ta' dar maħruqa u fuqha l-kliem Mosta u ritratt ieħor ta' persuna li kienet taħt it-taraġ. F'dak l-istadju kont imħasseb li l-persuna ma kinitx verament tikkontrolla lilha nnifisha," qal wieħed mill-vittmi. Xhud ieħor qal, "jiena laqqgħajtu ma' marti u ma' uliedi u xorob il-whisky flimkien mal-familja tiegħi, mal-ġenituri tiegħi u hu jaf li ngħix fil-Mosta u huwa kien jiġi jieħu kafè miegħi fil-Mosta fil-perjodu meta konna naħdmu flimkien". Skont dan ix-xhud huwa kien xtaq ħames snin li qal li tilef f'salarji. Avukat ieħor qal li kif kien ġie terminat l-impiega ta' Andruszaniec tant kemm kien kbir it-theddid li kellu jimpjega uffiċjal tas-sigurtà biex joqgħod għassa mad-dar tiegħu. Dan ukoll wara li kien qallu li huwa kuntent li jispiċċa l-ħabs għal għomru, wara li joqtlu kif qatlu lil Daphne Caruana Galizia. Il-Pollakk Instab ħati li wettaq dawn ir-reati fis-7 ta' Frar 2019 u x-xhur ta' wara fejn l-imsemmi theddid intuża bl-intenzjoni li jakkwista flus jew xi ħaġa oħra, jew biex jagħmel xi qligħ, inkella bl-intenzjoni li jġiegħel persuna oħra teżegwixxi, teqred, tbiddel xi obbligu bil-miktub, bħal titolu jew sigurtà, u dan billi ssir kritika jew theddid għal fuq persuna oħra. Andruszaniec, li biddel mill-anqas żewġ avukati waqt il-proċess u spiċċa jiddeffendi lilu nniffsu nstab ħati li kkawża biża' fil-konfront ta' erba' persuni lkoll Maltin, liema biża li kienet se tintuża vjolenza kontriha. Instab ħati wkoll li fl-istess perjodu permezz ta' apparat ta' komunikazzjonijiet elettroniċi hedded li kien se jwettaq delitt bl-intenzjoni li jisforza li jgħaddu flus jew xi ħaġa oħra għal xi qligħ u li kellu l-intenzjoni li jħajjar lil diversi persuni jwettqu reat billi jbiddlu tesment jew att defamatorju. Il-Pollakk instab ħati wkoll li hedded bi vjolenza fil-konfront ta' familjari tal-vittmi. Bil-Maġistrat Vella ssibu ħati wkoll li fis-7 ta' Frar tal-2019 u wara b'mod anonimu jew le meta ffirma b'isem fittizzju fil-konfront ta' żewġ persuni. Madankollu huwa ma nstabx ħati li fl-1 ta' April tas-sena l-oħra fl-3.40am. waqt li kien jinsab f'residenza fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar, kellu l-intenzjoni li jikkommetti reat ta' serq. Huwa ma nstabx wkoll ħati li 10 minuta qabel kien f'post ieħor fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar wettaq serqa u li fis-7 ta' Frar tal-2019 u xhur wara uża vjoenza morali u psikoloġika fuq diversi persuni bl-iskop li jnaqqsilhom il-kapaċitajiet tagħhom, u biex inaqqas l-aċċess lilhom għal flus. Ma nstabx ħati wkoll li hedded persuni oħra bi vjolenza. Minbarra s-sena ħabs il-Qorti ordnat ukoll li l-vittmi jingħaw protezzjoni għall-perjodu ta' ħames snin fin-nuqqas li jagħmel kuntatt magħhom, jista' jiġi mmultat is-somma ta' €7,000 u l-massimu ta' sentejn ħabs. L-Avukat Pollakk, qalet il-Qorti tenna fil-Qorti li meta kkummissjona r-reati msemmija ma kienx mentalment f'sikktu u li dan skont hu ġralu minħabba li kien qed iġarrab xi forma ta' bullying mingħand dawk li huwa kien qed jhedded. Il-Psikjatra Mark Xuereb qal li l-Pollakk kellu problemi anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' alkoħol u droga. Tenna li għamel minn kollox biex is-sitwazzjoni titjieb minn naħa tiegħu. Huwa wkoll suċċettibbli għal 'depression'. Il-Qorti qalet li persuna tista' tkun marida mentalment fil-mument li tkun għamlet l-att ta' kommissjoni jew ommissjoni li jammonta għall-element materjali tar-reat iżda dan ma jfissirx neċessarjament li dik il-persuna kienet fi "stat ta' ġenn" għall-finijiet tal-Artikolu 33(a), dik li jkun eżenti minn responsabilità kriminali. Biex ikun hemm l-istat ta' ġenn li jeżenta mir-responsabilità kriminali jrid jirriżulta, li l-akkużat kien qed ibati minn marda tal-moħħ li minħabba fiha, fil-mument ta' l-att huwa kien priv jew mill-kapaċità li jifhem in-natura u l-kwalità ta' dak l-att li qed jagħmel L-Avukat Stefano Filletti deher bħala parte civile għan-nom tal-persuni vittmi li jaħdmu mal-kumpanija tal-Avukati. | [
"Bartosz Marcin Andruszaniec, Avukat Pollakk ta' 43 sena ġie kundannat 18-il xahar ħabs mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li nstab ħati ta' theddid fuq eks-kollegi ta' ditta tal-Avukati lokali.",
"Fost l-Avukati Maltin kien hemm min ġie mhedded li se jispiċċa maqtul bħal Daphne Caruana Galizia.",
"Fost ritratti li kienu jintbagħtu lill-eks kollegi tiegħu kien hemm rjus ta' mewt, splużjoni ta' dar u dan ukoll fil-konfront tal-mara ta' wieħed mill-avukati.",
"Mix-xhieda ħareġ li huwa kien qed jitlob ukoll is-somma ta' €300,000 fuq konsulenzi li kien qal li għamel għall-kumpanija.",
"Andruszaniec instab ħati li pprova jagħmel kuntatt ma' eks kollegi u diretturi ta' kumpanija billi bagħat sensiela ta' emails u messaġġi fuq Whatsapp u Instagram, Facebook kif ukoll permezz ta' emails.",
"Andruszaniec ma kellux indirizz fiss meta kien jaħdem mal-kumpanija legali lokali.",
"Huwa iżda sab ħafna għajnuna anke minn wieħed minn dawk li spiċċa vittma tiegħu fejn qal li kien jafu għax kienu jaħdmu flimkien l-Ingilterra.",
"Huwa qal li kien ikun hemm anke theddid fil-konfront tal-mara tiegħu u li huwa kien jaf li l-akkużat ġieli kkonsma d-droga u jixrob l-alkoħol.",
"Il-ħaddiema tal-kumpanija kellmuh kemm il-darba, mhux biss biex jieqaf mit-theddid, iżda biex ifittex l-għajnuna, iżda kien kollu għalxejn.",
"Dan l-avukat qal li kienu jitrattawh tajjeb u ġieli anke tawh xi flus u anke ħallsulu għall-post ta' akkomodazzjoni.",
"Tenna li fl-uffiċċju kulħadd kien ikun aġitat minħabba l-messaġġi li kienu qegħdin jintbagħtu.",
"Kienet ukoll kwistjoni ta' reputazzjoni għall-kumpanija, minħabba li l-inkwiet kien li din kienet se tieħu daqqa jekk dan kollu fid-dominju pubbliku.",
"Wieħed minn dawn l-Avukati qal fil-Qorti li fil-bidu t-tim kollu tal-kumpanija kien jikkopera ma' Andruszaniec.",
"\"Konna nibagħtu n-negozju li kellna għall-Polonja u bażikament imbagħad eventwalment huwa daħal jaħdem magħna bħala konsulent Aħna konna qed jirċievu xi theddid u xi e-mails u jien irċevejt ukoll email fejn Andruszaniec għamel referenza għall-qtil ta 'Daphne Caruana Galizia xi ħaġa li kienet pjuttost inkwetanti.",
"\"Fuq Instagram irċevejt ritratt ta' dar maħruqa u fuqha l-kliem Mosta u ritratt ieħor ta' persuna li kienet taħt it-taraġ.",
"F'dak l-istadju kont imħasseb li l-persuna ma kinitx verament tikkontrolla lilha nnifisha,\" qal wieħed mill-vittmi.",
"Xhud ieħor qal, \"jiena laqqgħajtu ma' marti u ma' uliedi u xorob il-whisky flimkien mal-familja tiegħi, mal-ġenituri tiegħi u hu jaf li ngħix fil-Mosta u huwa kien jiġi jieħu kafè miegħi fil-Mosta fil-perjodu meta konna naħdmu flimkien\".",
"Skont dan ix-xhud huwa kien xtaq ħames snin li qal li tilef f'salarji.",
"Avukat ieħor qal li kif kien ġie terminat l-impiega ta' Andruszaniec tant kemm kien kbir it-theddid li kellu jimpjega uffiċjal tas-sigurtà biex joqgħod għassa mad-dar tiegħu.",
"Dan ukoll wara li kien qallu li huwa kuntent li jispiċċa l-ħabs għal għomru, wara li joqtlu kif qatlu lil Daphne Caruana Galizia.",
"Il-Pollakk Instab ħati li wettaq dawn ir-reati fis-7 ta' Frar 2019 u x-xhur ta' wara fejn l-imsemmi theddid intuża bl-intenzjoni li jakkwista flus jew xi ħaġa oħra, jew biex jagħmel xi qligħ, inkella bl-intenzjoni li jġiegħel persuna oħra teżegwixxi, teqred, tbiddel xi obbligu bil-miktub, bħal titolu jew sigurtà, u dan billi ssir kritika jew theddid għal fuq persuna oħra.",
"Andruszaniec, li biddel mill-anqas żewġ avukati waqt il-proċess u spiċċa jiddeffendi lilu nniffsu nstab ħati li kkawża biża' fil-konfront ta' erba' persuni lkoll Maltin, liema biża li kienet se tintuża vjolenza kontriha.",
"Instab ħati wkoll li fl-istess perjodu permezz ta' apparat ta' komunikazzjonijiet elettroniċi hedded li kien se jwettaq delitt bl-intenzjoni li jisforza li jgħaddu flus jew xi ħaġa oħra għal xi qligħ u li kellu l-intenzjoni li jħajjar lil diversi persuni jwettqu reat billi jbiddlu tesment jew att defamatorju.",
"Il-Pollakk instab ħati wkoll li hedded bi vjolenza fil-konfront ta' familjari tal-vittmi.",
"Bil-Maġistrat Vella ssibu ħati wkoll li fis-7 ta' Frar tal-2019 u wara b'mod anonimu jew le meta ffirma b'isem fittizzju fil-konfront ta' żewġ persuni.",
"Madankollu huwa ma nstabx ħati li fl-1 ta' April tas-sena l-oħra fl-3.40am. waqt li kien jinsab f'residenza fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar, kellu l-intenzjoni li jikkommetti reat ta' serq.",
"Huwa ma nstabx wkoll ħati li 10 minuta qabel kien f'post ieħor fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar wettaq serqa u li fis-7 ta' Frar tal-2019 u xhur wara uża vjoenza morali u psikoloġika fuq diversi persuni bl-iskop li jnaqqsilhom il-kapaċitajiet tagħhom, u biex inaqqas l-aċċess lilhom għal flus.",
"Ma nstabx ħati wkoll li hedded persuni oħra bi vjolenza.",
"Minbarra s-sena ħabs il-Qorti ordnat ukoll li l-vittmi jingħaw protezzjoni għall-perjodu ta' ħames snin fin-nuqqas li jagħmel kuntatt magħhom, jista' jiġi mmultat is-somma ta' €7,000 u l-massimu ta' sentejn ħabs.",
"L-Avukat Pollakk, qalet il-Qorti tenna fil-Qorti li meta kkummissjona r-reati msemmija ma kienx mentalment f'sikktu u li dan skont hu ġralu minħabba li kien qed iġarrab xi forma ta' bullying mingħand dawk li huwa kien qed jhedded.",
"Il-Psikjatra Mark Xuereb qal li l-Pollakk kellu problemi anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' alkoħol u droga.",
"Tenna li għamel minn kollox biex is-sitwazzjoni titjieb minn naħa tiegħu.",
"Huwa wkoll suċċettibbli għal 'depression'.",
"Il-Qorti qalet li persuna tista' tkun marida mentalment fil-mument li tkun għamlet l-att ta' kommissjoni jew ommissjoni li jammonta għall-element materjali tar-reat iżda dan ma jfissirx neċessarjament li dik il-persuna kienet fi \"stat ta' ġenn\" għall-finijiet tal-Artikolu 33(a), dik li jkun eżenti minn responsabilità kriminali.",
"Biex ikun hemm l-istat ta' ġenn li jeżenta mir-responsabilità kriminali jrid jirriżulta, li l-akkużat kien qed ibati minn marda tal-moħħ li minħabba fiha, fil-mument ta' l-att huwa kien priv jew mill-kapaċità li jifhem in-natura u l-kwalità ta' dak l-att li qed jagħmel L-Avukat Stefano Filletti deher bħala parte civile għan-nom tal-persuni vittmi li jaħdmu mal-kumpanija tal-Avukati."
] | 1netnews.com.mt
| 3,125 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/58918/f200_ella_filabs_hemm_aktar_minn_priunier_wieed__fenech_adami | 'F200 ċella fil-ħabs hemm aktar minn priġunier wieħed' - Fenech Adami | Il-PN jipproponi li priġunieri li waslu biex itemmu s-sentenza tagħhom ikomplu dan permezz ta' house arrest 'biex jitnaqqas l-iffullar' Meta kien qed jitkellem waqt konferenza tal-Aħbarijiet il-Kelliem għall-Intern tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ppropona - f'isem il-Partit Nazzjonalista - illi biex jitnaqqas l-iffullar fil-ħabs jiġu identifikati priġunieri anzjani u li allura huma aktar vulnerabbli u jitpoġġew f'żona fil-ħabs għalihom jew inkella, saħansitra jitpoġġew f'binja diffferenti b'mod temporanju. Din il-proposta qed issir hekk kif, skont Fenech Adami, l-inkwiet u tħassib fost il-priġunieri qed jikber minħabba ffullar u l-fatt li ma jistgħux iżommu distanza soċjali. Il-PN qed jipproponi wkoll li dawk il-priġunieri li waslu biex jispiċċaw is-sentenza tagħhom, ikompluha fuq house arrest billi tintuża teknoloġija biex dan ikun assigurat. Fenech Adami fakkar illi minn ftit aktar minn 400 ċella, f'200 minnhom hemm aktar minn priġunier wieħed. | [
"Il-PN jipproponi li priġunieri li waslu biex itemmu s-sentenza tagħhom ikomplu dan permezz ta' house arrest 'biex jitnaqqas l-iffullar'",
"Meta kien qed jitkellem waqt konferenza tal-Aħbarijiet il-Kelliem għall-Intern tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ppropona - f'isem il-Partit Nazzjonalista - illi biex jitnaqqas l-iffullar fil-ħabs jiġu identifikati priġunieri anzjani u li allura huma aktar vulnerabbli u jitpoġġew f'żona fil-ħabs għalihom jew inkella, saħansitra jitpoġġew f'binja diffferenti b'mod temporanju.",
"Din il-proposta qed issir hekk kif, skont Fenech Adami, l-inkwiet u tħassib fost il-priġunieri qed jikber minħabba ffullar u l-fatt li ma jistgħux iżommu distanza soċjali.",
"Il-PN qed jipproponi wkoll li dawk il-priġunieri li waslu biex jispiċċaw is-sentenza tagħhom, ikompluha fuq house arrest billi tintuża teknoloġija biex dan ikun assigurat.",
"Fenech Adami fakkar illi minn ftit aktar minn 400 ċella, f'200 minnhom hemm aktar minn priġunier wieħed."
] | 6www.illum.com.mt
| 22,567 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2016/06/16/xjista-jigrilek-jekk-tixrob-xorb-jahraq/ | X'jista jiġrilek jekk tixrob xorb jaħraq? | Grupp ta' ħidma internazzjonali li jikonsisti f' 23 xjentist ġew msejħa mill- Aġenzija Internazzjonali għar -Riċerka dwar il-Kanċer biex jevalwaw jekk ix-xorb ta' xarbiet jaħarqu jistawx jikkawżaw il-kanċer. Il-Grupp ta' ħidma appuntat ikonkludew li l-konsum ta' xorb jaħraq probabbilment jikkawża kanċer fl-esofagu li huwa magħruf aħjar bħala l-pajp tal-ikel. Id-Direttur tal- Aġenzija Dr Christopher Selvaġġ spjega li "Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu li t-temperatura iżjed milli x-xorb ikunsmat huwa wieħed mill-fatturi li jwassal għal kanċer esofagali." | [
"Grupp ta' ħidma internazzjonali li jikonsisti f' 23 xjentist ġew msejħa mill- Aġenzija Internazzjonali għar -Riċerka dwar il-Kanċer biex jevalwaw jekk ix-xorb ta' xarbiet jaħarqu jistawx jikkawżaw il-kanċer.",
"Il-Grupp ta' ħidma appuntat ikonkludew li l-konsum ta' xorb jaħraq probabbilment jikkawża kanċer fl-esofagu li huwa magħruf aħjar bħala l-pajp tal-ikel.",
"Id-Direttur tal- Aġenzija Dr Christopher Selvaġġ spjega li \"Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu li t-temperatura iżjed milli x-xorb ikunsmat huwa wieħed mill-fatturi li jwassal għal kanċer esofagali.\""
] | 3one.com.mt
| 32,055 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55018/rael_akkuat_li_kien_ilu_diversi_snin_isawwat_u_jistupra_mara_ | Raġel akkużat li kien ilu diversi snin isawwat u jistupra mara | Huwa nżamm arrestat minkejja li qed iwieġeb mhux ħati Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li refa’ jdejh fuq mara u anke stupraha fuq perjodu ta’ diversi snin. L-akkużat, Sirjan residenti Bormla kien akkużat bi stupru, li insulta, li hedded u li attakka lill-mara fost akkużi oħra li kiser sentenza sospiża u li sar reċidiv. Huwa wieġeb mhux ħati. L-Avukat tad-Difiża, Joe Brincat, saħaq li l-mara, għal dawn l-aħħar erba’ snin, kienet iċċempel regolarment lir-raġel u tistiednu biex imur għandha. Il-Prosekuzzjoni ċaħdet dan. Minħabba n-natura tar-reati u anke għax l-allegata vittma għadha ma telgħetx tixhed, il-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. | [
"Huwa nżamm arrestat minkejja li qed iwieġeb mhux ħati",
"Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li refa’ jdejh fuq mara u anke stupraha fuq perjodu ta’ diversi snin.",
"L-akkużat, Sirjan residenti Bormla kien akkużat bi stupru, li insulta, li hedded u li attakka lill-mara fost akkużi oħra li kiser sentenza sospiża u li sar reċidiv.",
"Huwa wieġeb mhux ħati.",
"L-Avukat tad-Difiża, Joe Brincat, saħaq li l-mara, għal dawn l-aħħar erba’ snin, kienet iċċempel regolarment lir-raġel u tistiednu biex imur għandha.",
"Il-Prosekuzzjoni ċaħdet dan.",
"Minħabba n-natura tar-reati u anke għax l-allegata vittma għadha ma telgħetx tixhed, il-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest."
] | 6www.illum.com.mt
| 8,816 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/segwi-bil-filmati-l-mass-rally-tal-partit-nazzjonalista/ | Busuttil: Il-Gvern rema lil nofs Malta u sakkarha ‘l barra mill-pjani tiegħu | Waqt rally fl-ewwel jum uffiċjali tal-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ħeġġeġ lill-elettorat biex ma jibżax jibgħat messaġġ lill-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-parlament ewropew u biex jivvota għall-Partit Nazzjonalista li qal dejjem ħadem favur l-għaqda u kien għalhekk li daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea. Qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jidħak bin-nies meta jgħid li l-partit laburista huwa l-underdog f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li l-Partit Nazzjonalista se jibda bi żvantaġġ ta’ 36000. Qal li l-elettorat għandu bżonn jibgħat twissija lil gvern li ma jistax jaqbad u jirrombla minn fuqu. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista mhux se jibża’ jkun kurraġġuż u se jersaq aktar qrib in-nies; u b’umiltà jisma’ u jaċċetta x’kienu r-raġunijiet li wassluh għat-telfa fl-elezzjoni ġenerali. Qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab lest li jilqa’ fi ħdanu nies li għandhom ideat differenti, kif dejjem għamel fl-istorja tiegħu. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Malta mhux talli m’hijiex Tagħna Lkoll iżda li qed igawdu biss in-nies tal-qalba. Dr Busuttil qal li dawk li jgawdu l-fiduċja tal-gvern qed jieklu b’aktar minn ħalq wieħed filwaqt li l-qgħad dejjem qed jiżdied. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Malta jixirqilha aħjar u mhux gvern li għandu ħafna flus għall-kampanja elettorali u li qed ibiegħ l-ideat mingħajr ma jattwa dak li jemmen fih. Dr Busuttil qal li l-partit nazzjonalista huwa partit li jemmen fl-għaqda u mhux fil-firda; u huwa l-partit li jemmen f’politika b’valuri u prinċipji; fl-onestà; fil-verità u mhux fil-gideb. Qal li l-politika hija għodda li sservi lin-nies u m’hijiex hemm biex tisserva bin-nies. Hu qal li fl-aħħar sena l-gvern wera li lest jibqa’ għaddej minn fuq in-nies minkejja li kienu bosta li wrew ir-riżervi tagħhom dwar il-liġi taċ-ċittadinanza u t-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk. Il-kap tal-partit nazzjonalista qal li l-partit huwa wieħed li jemmen fil-kapaċitajiet ta’ kulħadd filwaqt li l-gvern laburista rema lil nofs Malta u sakkarha ‘l barra mill-pjani tiegħu. Dr Busuttil qal li l-aħħar sena kienet waħda rekord ta’ qgħad u li l-gvern qed jaħbi l-figura reali ta’ kemm hawn nies ifittxu xogħol. | [
"Waqt rally fl-ewwel jum uffiċjali tal-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ħeġġeġ lill-elettorat biex ma jibżax jibgħat messaġġ lill-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-parlament ewropew u biex jivvota għall-Partit Nazzjonalista li qal dejjem ħadem favur l-għaqda u kien għalhekk li daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.",
"Qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jidħak bin-nies meta jgħid li l-partit laburista huwa l-underdog f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li l-Partit Nazzjonalista se jibda bi żvantaġġ ta’ 36000.",
"Qal li l-elettorat għandu bżonn jibgħat twissija lil gvern li ma jistax jaqbad u jirrombla minn fuqu.",
"Hu qal li l-Partit Nazzjonalista mhux se jibża’ jkun kurraġġuż u se jersaq aktar qrib in-nies; u b’umiltà jisma’ u jaċċetta x’kienu r-raġunijiet li wassluh għat-telfa fl-elezzjoni ġenerali.",
"Qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab lest li jilqa’ fi ħdanu nies li għandhom ideat differenti, kif dejjem għamel fl-istorja tiegħu.",
"Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Malta mhux talli m’hijiex Tagħna Lkoll iżda li qed igawdu biss in-nies tal-qalba.",
"Dr Busuttil qal li dawk li jgawdu l-fiduċja tal-gvern qed jieklu b’aktar minn ħalq wieħed filwaqt li l-qgħad dejjem qed jiżdied.",
"Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Malta jixirqilha aħjar u mhux gvern li għandu ħafna flus għall-kampanja elettorali u li qed ibiegħ l-ideat mingħajr ma jattwa dak li jemmen fih.",
"Dr Busuttil qal li l-partit nazzjonalista huwa partit li jemmen fl-għaqda u mhux fil-firda; u huwa l-partit li jemmen f’politika b’valuri u prinċipji; fl-onestà; fil-verità u mhux fil-gideb.",
"Qal li l-politika hija għodda li sservi lin-nies u m’hijiex hemm biex tisserva bin-nies.",
"Hu qal li fl-aħħar sena l-gvern wera li lest jibqa’ għaddej minn fuq in-nies minkejja li kienu bosta li wrew ir-riżervi tagħhom dwar il-liġi taċ-ċittadinanza u t-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.",
"Il-kap tal-partit nazzjonalista qal li l-partit huwa wieħed li jemmen fil-kapaċitajiet ta’ kulħadd filwaqt li l-gvern laburista rema lil nofs Malta u sakkarha ‘l barra mill-pjani tiegħu.",
"Dr Busuttil qal li l-aħħar sena kienet waħda rekord ta’ qgħad u li l-gvern qed jaħbi l-figura reali ta’ kemm hawn nies ifittxu xogħol."
] | 7www.tvm.com.mt
| 33,150 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2016/09/12/simon-busuttil-sfidat-jippublika-l-ismijiet-tal-iskema-cedoli/ | Simon Busuttil sfidat jippublika l-ismijiet tal-iskema Ċedoli | Simon Busuttil għandu jippublika l-ismijiet ta' dawk li pparteċipaw fl-iskema ċedoli, dan intqal mill-Partit Laburista waqt konferenza tal-aħbarijiet ndirizzata mill-Ministru Owen Bonnici u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi. Cauchi spjega li mal-ewwel nofs okkażjoni il-Partit Nazzjonalista ra li jmur lil'hinn mit-trasparenza tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi u ħareġ bi skema dubjuża li tixbaħ dik ta' ħasil ta' flus. Żied jgħid li bil-liġi tal-finanzjament wieħed ikun jaf min huma n-nies li qed jagħtu flus lill-partiti. Fil-każ tal-iskema Ċedoli tal-Partit Nazzjonalista, dan m'huwiex il-każ għaliex hija skema dubjuża u tagħti protezzjoni li isimhom jibqa anonimu. Fakkar li l-iskema qed jagħmilha partit li qatt ma ċaħad li hu midjun. Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja sfida lil Simon Busuttil biex jippublika l-ismijiet. Bonnici qal li l-iskema evadiet it-trasparenza tal-liġi. Hemm min qed jgħid li din hija skema ta' self sigriet jekk huwa self qal Bonnici dan huwa self b'sistema prekarja ħafna.Huwa stqarr li jekk irridu nemmnu lil Busuttil li skema Ċedoli hija skema trasparenti huwa għandu jippublika l-ismijiet. Fakkar li f' 25 sena, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern m'għamilx liġi simili. | [
"Simon Busuttil għandu jippublika l-ismijiet ta' dawk li pparteċipaw fl-iskema ċedoli, dan intqal mill-Partit Laburista waqt konferenza tal-aħbarijiet ndirizzata mill-Ministru Owen Bonnici u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi.",
"Cauchi spjega li mal-ewwel nofs okkażjoni il-Partit Nazzjonalista ra li jmur lil'hinn mit-trasparenza tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi u ħareġ bi skema dubjuża li tixbaħ dik ta' ħasil ta' flus.",
"Żied jgħid li bil-liġi tal-finanzjament wieħed ikun jaf min huma n-nies li qed jagħtu flus lill-partiti.",
"Fil-każ tal-iskema Ċedoli tal-Partit Nazzjonalista, dan m'huwiex il-każ għaliex hija skema dubjuża u tagħti protezzjoni li isimhom jibqa anonimu.",
"Fakkar li l-iskema qed jagħmilha partit li qatt ma ċaħad li hu midjun.",
"Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja sfida lil Simon Busuttil biex jippublika l-ismijiet.",
"Bonnici qal li l-iskema evadiet it-trasparenza tal-liġi.",
"Hemm min qed jgħid li din hija skema ta' self sigriet jekk huwa self qal Bonnici dan huwa self b'sistema prekarja ħafna.Huwa stqarr li jekk irridu nemmnu lil Busuttil li skema Ċedoli hija skema trasparenti huwa għandu jippublika l-ismijiet.",
"Fakkar li f' 25 sena, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern m'għamilx liġi simili."
] | 3one.com.mt
| 33,617 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/56193/ritratti__ittarzna_ta_malta_mibdula_fpulmun_attraenti_gal_talkottonera | Ritratti | It-Tarzna ta’ Malta mibdula f’pulmun attraenti għal tal-Kottonera | L-ILLUM tat ħarsa lejn proġett akkademiku minn studenti tal-Arkitettura fl-Università ta’ Malta li jagħti ħajja ġdida lit-Tarzna Serviet bħala l-ħobża ta’ kuljum għal ġenerazzjonijiet sħaħ Minn żmien l-Imperu Brittanniku sal-ewwel snin tas-seklu 21, it-Tarzna kienet l-iskola formali u informali għal parti konsiderevoli ta’ Maltin u fl-istess waqt forza soċjo-politika li fasslet u xprunat bidliet kbar f’pajjiżna. Dik li xi darba kienet l-akbar industrija f’Malta llum tista' tgħid li hi mmansat bil-privatizzar, hekk kif m’għadhiex l-iktar industrija kruċjali ekonomikament, politikament u soċjalment. Minkejja dan, xorta jibqa’ l-fatt li t-Tarzna tokkupa medda kbira ta’ art fost it-tlett ibliet, b’biċċiet minnha jinsabu fi stat dilapitat. Din il-ġimgħa l-ILLUM eżaminat il-pjan ewlieni għat-Tarzna, xogħol Marilyn Camenzuli studenta tal-Arkitettura fl-Università ta’ Malta u li għat-Teżi għall-programm tal-Masters iddeċidiet li tagħti ħajja ġdida liż-żona tat-Tarzna, bi pjanijiet arkitettoniċi li tassew jagħtu ġieħ lill-istorja rikka tat-tlett ibliet. Ta’ min jinnota li skont l-illustrazzjonijiet ta’ Camenzuli, partijiet mit-Tarzna jistgħu jibdew iservu bħala spazju miftuħ għar-residenti kollha tal-madwar. Ta’ min jinnota wkoll li parti mill-pjanijiet (ara illustrazzjoni 2) jinkludi skola tas-snajja’ f’dak li darba kien magħruf bħala ‘l-ħanut’ (fabrication shop) li serva bħala bejta ta’ snajja’. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma’ Camenzuli u staqsietha dwar x’kienu l-fatturi li mmotivawha sabiex tagħmel dan il-proġett u finalment tagħżel it-Tarzna ta’ Malta bħala l-proġett tagħha. Mal-ILLUM hi tisħaq illi, “bħala persuna li nħobb ħafna l-istorja ta’ pajjiżna speċjalment dik tal-epoka Britannika, dejjem xtaqt li nanalizza żoni konnessi fil-Kottonera u neżamina l-opportunitajiet li hemm.” Żiedet tgħid li xħin tefgħet għajnejha fuq it-Tarzna mill-ewwel inġibdet lejha. Camenzuli qalet ukoll li waqt il-kors ta’ dan il-proġett semgħet diversi rakkonti fuq it-Tarzna minn nies li kienu jaħdmu hemm. “Kollha qalu kemm dan kien l-isbaħ żmien ta’ ħajjithom avolja batew ħafna hemm ġew. Ħafna minnhom qalu wkoll li bħalissa jħossuhom minsija. Wara kollox it-Tarzna kienet iċ-ċentru tal-ekonomija ta’ Malta għal żmien twil u issa qisu jintesa kollox min mindu ġiet ipprivatizzata,” saħqet Camenzuli. | [
"L-ILLUM tat ħarsa lejn proġett akkademiku minn studenti tal-Arkitettura fl-Università ta’ Malta li jagħti ħajja ġdida lit-Tarzna",
"Serviet bħala l-ħobża ta’ kuljum għal ġenerazzjonijiet sħaħ Minn żmien l-Imperu Brittanniku sal-ewwel snin tas-seklu 21, it-Tarzna kienet l-iskola formali u informali għal parti konsiderevoli ta’ Maltin u fl-istess waqt forza soċjo-politika li fasslet u xprunat bidliet kbar f’pajjiżna.",
"Dik li xi darba kienet l-akbar industrija f’Malta llum tista' tgħid li hi mmansat bil-privatizzar, hekk kif m’għadhiex l-iktar industrija kruċjali ekonomikament, politikament u soċjalment.",
"Minkejja dan, xorta jibqa’ l-fatt li t-Tarzna tokkupa medda kbira ta’ art fost it-tlett ibliet, b’biċċiet minnha jinsabu fi stat dilapitat.",
"Din il-ġimgħa l-ILLUM eżaminat il-pjan ewlieni għat-Tarzna, xogħol Marilyn Camenzuli studenta tal-Arkitettura fl-Università ta’ Malta u li għat-Teżi għall-programm tal-Masters iddeċidiet li tagħti ħajja ġdida liż-żona tat-Tarzna, bi pjanijiet arkitettoniċi li tassew jagħtu ġieħ lill-istorja rikka tat-tlett ibliet.",
"Ta’ min jinnota li skont l-illustrazzjonijiet ta’ Camenzuli, partijiet mit-Tarzna jistgħu jibdew iservu bħala spazju miftuħ għar-residenti kollha tal-madwar.",
"Ta’ min jinnota wkoll li parti mill-pjanijiet (ara illustrazzjoni 2) jinkludi skola tas-snajja’ f’dak li darba kien magħruf bħala ‘l-ħanut’ (fabrication shop) li serva bħala bejta ta’ snajja’.",
"Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma’ Camenzuli u staqsietha dwar x’kienu l-fatturi li mmotivawha sabiex tagħmel dan il-proġett u finalment tagħżel it-Tarzna ta’ Malta bħala l-proġett tagħha.",
"Mal-ILLUM hi tisħaq illi, “bħala persuna li nħobb ħafna l-istorja ta’ pajjiżna speċjalment dik tal-epoka Britannika, dejjem xtaqt li nanalizza żoni konnessi fil-Kottonera u neżamina l-opportunitajiet li hemm.”",
"Żiedet tgħid li xħin tefgħet għajnejha fuq it-Tarzna mill-ewwel inġibdet lejha.",
"Camenzuli qalet ukoll li waqt il-kors ta’ dan il-proġett semgħet diversi rakkonti fuq it-Tarzna minn nies li kienu jaħdmu hemm.",
"“Kollha qalu kemm dan kien l-isbaħ żmien ta’ ħajjithom avolja batew ħafna hemm ġew.",
"Ħafna minnhom qalu wkoll li bħalissa jħossuhom minsija.",
"Wara kollox it-Tarzna kienet iċ-ċentru tal-ekonomija ta’ Malta għal żmien twil u issa qisu jintesa kollox min mindu ġiet ipprivatizzata,” saħqet Camenzuli."
] | 6www.illum.com.mt
| 8,890 |
news, press | https://netnews.com.mt/2019/02/26/arrizabalaga-jlaqqatha-talli-rrifjuta-li-johrog-fil-finali-tal-league-cup/ | Arrizabalaga jlaqqatha talli rrifjuta li joħroġ fil-finali tal-League Cup | L-azzjoni ta’ Kepa Arrizabalaga fil-finali tal-League Cup kontra Manchester City kellha l-konsegwenzi hekk kif Chelsea ddeċidew li jimmultawh ġimgħa paga. L-argument seħħ lejn tmiem il-ħin barrani, b’Arrizabalaga jirrifjuta li jkun mibdul ma’ Willy Caballero, f’sitwazzjoni rari fil-futbol, sitwazzjoni li ħalliet lil Maurizio Sarri rrabjat. Kemm il-gowlkiper kif ukoll il-manager pruvaw idawru din is-sitwazzjoni bħala nuqqas ta’ komunikazzjoni, iżda Arrizabalaga talab apoloġija personali lil Sarri, lil sħabu u lill-klabb f’dak li ammetta li kien żball kbir. “Ħsibt ħafna fuq dak li seħħ. Minkejja li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni, meta kont qed nirrifletti, għamilt żball kbir kif ikkontrollajt is-sitwazzjoni. Irrid nieħu l-ħin biex nitlob biex nitlob apoloġija lill-kowċ, lil Willy, lil sħabi u lill-klabb. Issa rrid noffri l-istess apoloġija lill-partitarji. Se nitgħallem minn dan l-episodju u naċċetta kull kastig jew dixxiplina li l-klabb jiddeċiedi,” qal Arrizabalaga. Maurizio Sarri qal li huma tkellmu fuq l-inċident u qal li għalih hu kapitlu magħluq. Hu għamel referenza għall-prestazzjoni tat-tim li kienet pożittiva ħafna u saħaq li kienet ħasra li kienet fid-dell tal-inċident. “L-attenzjoni ta’ kulħadd hi fuq il-logħba li jmiss u kulħadd irid ipoġġi kollox warajh,” temm Sarri. Il-ġimgħa paga sospensjoni se tmur għall-karità. | [
"L-azzjoni ta’ Kepa Arrizabalaga fil-finali tal-League Cup kontra Manchester City kellha l-konsegwenzi hekk kif Chelsea ddeċidew li jimmultawh ġimgħa paga.",
"L-argument seħħ lejn tmiem il-ħin barrani, b’Arrizabalaga jirrifjuta li jkun mibdul ma’ Willy Caballero, f’sitwazzjoni rari fil-futbol, sitwazzjoni li ħalliet lil Maurizio Sarri rrabjat.",
"Kemm il-gowlkiper kif ukoll il-manager pruvaw idawru din is-sitwazzjoni bħala nuqqas ta’ komunikazzjoni, iżda Arrizabalaga talab apoloġija personali lil Sarri, lil sħabu u lill-klabb f’dak li ammetta li kien żball kbir.",
"“Ħsibt ħafna fuq dak li seħħ.",
"Minkejja li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni, meta kont qed nirrifletti, għamilt żball kbir kif ikkontrollajt is-sitwazzjoni.",
"Irrid nieħu l-ħin biex nitlob biex nitlob apoloġija lill-kowċ, lil Willy, lil sħabi u lill-klabb.",
"Issa rrid noffri l-istess apoloġija lill-partitarji.",
"Se nitgħallem minn dan l-episodju u naċċetta kull kastig jew dixxiplina li l-klabb jiddeċiedi,” qal Arrizabalaga.",
"Maurizio Sarri qal li huma tkellmu fuq l-inċident u qal li għalih hu kapitlu magħluq.",
"Hu għamel referenza għall-prestazzjoni tat-tim li kienet pożittiva ħafna u saħaq li kienet ħasra li kienet fid-dell tal-inċident.",
"“L-attenzjoni ta’ kulħadd hi fuq il-logħba li jmiss u kulħadd irid ipoġġi kollox warajh,” temm Sarri.",
"Il-ġimgħa paga sospensjoni se tmur għall-karità."
] | 1netnews.com.mt
| 5,843 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2016/04/20/il-maggoranza-tal-maltin-jaqblu-ma-zwieg-gay/ | Il-maġġoranza tal-Maltin jaqblu ma' żwieġ 'gay' | 61% tal-Maltin jaqblu li l-ligi tal-unjoni ċivili tinbidel f'waħda ta' żwieġ. Żvela dan stħarriġ ta' The Malta Independent li juri bidla sostanzjali fil-ħsieb fi żmien qasir wara li pajjiżna introduċa l-unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess sentejn ilu biss. 25% fil-mija biss tal-popolazzjoni huma kontra dan il-pass, 10.1% ma jinteressahomx u 3.7% ma jistgħux jiddeċiedu. L-istħarriġ wera li dawk ta' bejn it-18 u l-24 sena, huma kważi kollha favur dan il-pass. Aktar ma jikbru fl-etajiet, anqas kien hemm tweġibiet favur iż-żwieġ bejn l-omosesswali. Mid-distretti kollha, kien id-disretti ta' Għawdex lanqas favur din il-bidla. Interessanti wkoll li dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvuttaw għall-Partit Laburista kienu fost l-aktar favur ta' żwieġ bejn persuni gay. 70.1% ta' dawk li vvuttaw lill-Partit Laburista wieġbu favur filwaqt li 52% ta' dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista kienu favur dan il-pass. Il-liġi tal-Unjoni Ċivili kienet approvata mill-Parlament fl-14 ta' April tal-2014 u minn dakinhar 'l hawn kien hemm 92 unjoni ċivili fejn koppji tal-istess sess kellhom ir-rabta tagħhom rikonoxxuta. Kien imbagħad fl-erbgħa ta' Marzu li għadda, li l-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt attività mill-Għaqda Nisa Laburisti intitolata "What's Next?", kien iddikjara li hu favur żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Hu ddeskriva l-qagħda fil-pajjiż bħala li jinsab lest biex isir dibattitu simili. | [
"61% tal-Maltin jaqblu li l-ligi tal-unjoni ċivili tinbidel f'waħda ta' żwieġ.",
"Żvela dan stħarriġ ta' The Malta Independent li juri bidla sostanzjali fil-ħsieb fi żmien qasir wara li pajjiżna introduċa l-unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess sentejn ilu biss.",
"25% fil-mija biss tal-popolazzjoni huma kontra dan il-pass, 10.1% ma jinteressahomx u 3.7% ma jistgħux jiddeċiedu.",
"L-istħarriġ wera li dawk ta' bejn it-18 u l-24 sena, huma kważi kollha favur dan il-pass.",
"Aktar ma jikbru fl-etajiet, anqas kien hemm tweġibiet favur iż-żwieġ bejn l-omosesswali.",
"Mid-distretti kollha, kien id-disretti ta' Għawdex lanqas favur din il-bidla.",
"Interessanti wkoll li dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvuttaw għall-Partit Laburista kienu fost l-aktar favur ta' żwieġ bejn persuni gay.",
"70.1% ta' dawk li vvuttaw lill-Partit Laburista wieġbu favur filwaqt li 52% ta' dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista kienu favur dan il-pass.",
"Il-liġi tal-Unjoni Ċivili kienet approvata mill-Parlament fl-14 ta' April tal-2014 u minn dakinhar 'l hawn kien hemm 92 unjoni ċivili fejn koppji tal-istess sess kellhom ir-rabta tagħhom rikonoxxuta.",
"Kien imbagħad fl-erbgħa ta' Marzu li għadda, li l-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt attività mill-Għaqda Nisa Laburisti intitolata \"What's Next?\", kien iddikjara li hu favur żwieġ bejn persuni tal-istess sess.",
"Hu ddeskriva l-qagħda fil-pajjiż bħala li jinsab lest biex isir dibattitu simili."
] | 3one.com.mt
| 33,605 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/07/13/il-ministru-fearne-jirrispondi-ghar-rapport-tal-awditur-generali-dwar-monte-carmeli/ | Il-Ministru Fearne jirrispondi għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar Monte Carmeli | Waqt konferenza stampa fl-isptar Monte Carmeli dalgħodu, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne wieġeb għar-rapport li ħareġ l-Awditur Ġenerali fl-aħħar jiem dwar l-istess sptar. Il-Ministru Fearne ma ċaħad xejn mir-rapport tal-awditur. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali elenka 6 problemi ewlenin f’dan l-isptar. Fost oħrajn semma l-problemi strutturali, problemi ta’ sigurtà, nuqqas ta’ riżorsi umani, nuqqas ta’ pjan strateġiku, il-problema ta’ pazjenti li mhux posthom fi sptar mentali u n-nuqqas ta’ kura fil-komunita’. Ir-rapport kien kkonkluda li l‑kundizzjoni mhix aċċettabbli li jinsab fiha preżentament l‑Isptar Monte Karmeli hija r‑riżultat tan‑nuqqas ta’ impenn mill‑Gvern ċentrali, fuq medda twila ta’ snin, lejn il‑qasam tas‑saħħa mentali. Dan l‑istudju wera li l-Isptar Monte Karmeli, u konsegwentament is‑saħħa mentali f’Malta, għadhom jiġu kkunsidrati bħala ta’ prijorità sekondarja. Fearne qal li l-gvern se jaħdem bi pjan fuq firxa ta’ 10 snin bejn l-2020 u l-2030 u li se jkun mibni fuq tlett pilastri – il-kura fil-komunita’, sptar psikjatriku ġdid f’Mater Dei u rimodernizzar tal-isptar Monte Karmeli. Ix-xogħol fuq Monte Karmeli għandu jitlesta sal-aħħar tal-2022 u se jkun mifrux fuq is-swali kollha tal-isptar. Ir-ristrutturar se jinkludi ir-rilokar ta’ pazjenti li bħalissa huma residenti f’dan l-isptar u li m’għandhomx bżonn servizzi psikjatriċi. Il-ministru qal li waqt dan il-proċess ser isir ukoll tibdil fil-prattiċi tax-xogħol tal-management u l-ħaddiema tal-isptar. | [
"Waqt konferenza stampa fl-isptar Monte Carmeli dalgħodu, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne wieġeb għar-rapport li ħareġ l-Awditur Ġenerali fl-aħħar jiem dwar l-istess sptar.",
"Il-Ministru Fearne ma ċaħad xejn mir-rapport tal-awditur.",
"Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali elenka 6 problemi ewlenin f’dan l-isptar.",
"Fost oħrajn semma l-problemi strutturali, problemi ta’ sigurtà, nuqqas ta’ riżorsi umani, nuqqas ta’ pjan strateġiku, il-problema ta’ pazjenti li mhux posthom fi sptar mentali u n-nuqqas ta’ kura fil-komunita’.",
"Ir-rapport kien kkonkluda li l‑kundizzjoni mhix aċċettabbli li jinsab fiha preżentament l‑Isptar Monte Karmeli hija r‑riżultat tan‑nuqqas ta’ impenn mill‑Gvern ċentrali, fuq medda twila ta’ snin, lejn il‑qasam tas‑saħħa mentali.",
"Dan l‑istudju wera li l-Isptar Monte Karmeli, u konsegwentament is‑saħħa mentali f’Malta, għadhom jiġu kkunsidrati bħala ta’ prijorità sekondarja.",
"Fearne qal li l-gvern se jaħdem bi pjan fuq firxa ta’ 10 snin bejn l-2020 u l-2030 u li se jkun mibni fuq tlett pilastri – il-kura fil-komunita’, sptar psikjatriku ġdid f’Mater Dei u rimodernizzar tal-isptar Monte Karmeli. Ix-xogħol fuq Monte Karmeli għandu jitlesta sal-aħħar tal-2022 u se jkun mifrux fuq is-swali kollha tal-isptar. Ir-ristrutturar se jinkludi ir-rilokar ta’ pazjenti li bħalissa huma residenti f’dan l-isptar u li m’għandhomx bżonn servizzi psikjatriċi.",
"Il-ministru qal li waqt dan il-proċess ser isir ukoll tibdil fil-prattiċi tax-xogħol tal-management u l-ħaddiema tal-isptar."
] | 1netnews.com.mt
| 5,513 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2016/06/17/microsoft-se-tghin-fil-bejgh-tal-marijuana/ | Microsoft se tgħin fil-bejgħ tal-marijuana | Il-kumpanija Microsoft issiebħet ma' kumpanija bbażata f'California bl-isem ta' Kind Financial u se tgħin negozji u aġenziji tal-Gvern jżommu amment tal-bejgħ tal-marijuana. Dan huwa l-ewwel partnership tat-tip tiegħu għal Microsoft. Il-kumpanija Kind ilha tliet snin tipprovdi tracking software fis-suq tal-marijuana legali. Is-software jismu Agrisoft Seed to Sale u għandu l-għan li jarmonizza r-relazzjoni bejn negozji, aġenziji regolatorji u istituzzjonijet finanzjarji. Fi stqarrija Microsoft qalet li qed timmira li tagħmel differenza fejn jidħlu programmi regolatorji. | [
"Il-kumpanija Microsoft issiebħet ma' kumpanija bbażata f'California bl-isem ta' Kind Financial u se tgħin negozji u aġenziji tal-Gvern jżommu amment tal-bejgħ tal-marijuana.",
"Dan huwa l-ewwel partnership tat-tip tiegħu għal Microsoft.",
"Il-kumpanija Kind ilha tliet snin tipprovdi tracking software fis-suq tal-marijuana legali.",
"Is-software jismu Agrisoft Seed to Sale u għandu l-għan li jarmonizza r-relazzjoni bejn negozji, aġenziji regolatorji u istituzzjonijet finanzjarji.",
"Fi stqarrija Microsoft qalet li qed timmira li tagħmel differenza fejn jidħlu programmi regolatorji."
] | 3one.com.mt
| 33,319 |
press, news, Ambjent, Lokali, Droga, Lokali, Lokali | https://www.tvm.com.mt/mt/news/telqa-u-hmieg-fosthom-kollezzjoni-ta-kontracettivi-fil-marsa/ | Telqa u ħmieġ fosthom kollezzjoni ta' kontraċettivi fil-Marsa | Ħmieġ, telqa u ammont kbir ta' kontraċettivi mormija mal-art fi triq fil-Marsa. Il-Marsin qalu li din l-istorja ilha għaddejja snin qrib il-powerstation l-antika tal-Marsa fejn jinġema ħmieġ u skart. Ir-residenti qalu li l-ilmenti u r-rapporti li għamlu s'issa waqgħu fuq widnejn torox. | [
"Ħmieġ, telqa u ammont kbir ta' kontraċettivi mormija mal-art fi triq fil-Marsa.",
"Il-Marsin qalu li din l-istorja ilha għaddejja snin qrib il-powerstation l-antika tal-Marsa fejn jinġema ħmieġ u skart.",
"Ir-residenti qalu li l-ilmenti u r-rapporti li għamlu s'issa waqgħu fuq widnejn torox."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,583 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/ragel-gravi-wara-habta-bejn-mutur-u-karrozza/ | Raġel gravi wara ħabta bejn mutur u karozza | Raġel ta' 29 sena ittieħed b'emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Ħal Għaxaq. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta' nofsillejl, il-Pulizija issejjħet fi Triq iż-Żejtun, Ħal Għaxaq fejn sabet persuna feruta. Minn stħarriġ fuq il-post irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel mill-Filippini ta' 35 sena, residenti n-Naxxar u mutur misjuq mir-raġel ta' 29 sena, residenti Santa Luċija. Ix-xufier tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien iċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejj | [
"Raġel ta' 29 sena ittieħed b'emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Ħal Għaxaq.",
"Kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta' nofsillejl, il-Pulizija issejjħet fi Triq iż-Żejtun, Ħal Għaxaq fejn sabet persuna feruta.",
"Minn stħarriġ fuq il-post irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel mill-Filippini ta' 35 sena, residenti n-Naxxar u mutur misjuq mir-raġel ta' 29 sena, residenti Santa Luċija.",
"Ix-xufier tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.",
"Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien iċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.",
"L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejj"
] | 2newsbook.com.mt
| 40,886 |
press, news, Politika, Lokali, COVID-19, Lokali, Trasport | https://www.tvm.com.mt/mt/news/l-ad-u-l-pd-jaqblu-formalment-li-jinghaqdu-fpartit-wiehed/ | L-AD u l-PD jaqblu formalment li jingħaqdu f'partit wieħed | Il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratika qablu formalment li ż-żewġ partiti jingħaqdu flimkien, bil-Partit il-ġdid se jkun jismu AD/PD. Fi stqarrija, iż-żewġ partiti qalu li dan il-ftehim intlaħaq wara xhur ta' diskussjoni u azzjoni politika konġunta bejn iż-żewġ partiti. Qalu li fil-klima nazzjonali ta' diviżjoni u firda, kemm l-Alternattiva Demokratika kif ukoll il-Partit Demokratiku jirrikonoxxu l-bżonn ta' politika li taħdem favur il-ġid tal-pajjiż kollu kemm hu. Il-Partiti qalu li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jaħdmu flimkien, bis-saħħa ta' Eżekuttiv magħqud magħmul minn tim tranżitorju. Spjegaw li l-għan huwa li ma jdumx ma jkun iffinalizzat il-proċess biex il-partiti, uffiċjalment, jingħaqdu f'partit wieħed immexxi minn Eżekuttiv ġdid li se jkun elett wara l-ewwel Laqgħa Ġenerali li se tissejjaħ mill-partit magħqud. L-għan huwa li dan il-proċess ikun konkluż sal-aħħar ta' Settembru 2020. | [
"Il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratika qablu formalment li ż-żewġ partiti jingħaqdu flimkien, bil-Partit il-ġdid se jkun jismu AD/PD.",
"Fi stqarrija, iż-żewġ partiti qalu li dan il-ftehim intlaħaq wara xhur ta' diskussjoni u azzjoni politika konġunta bejn iż-żewġ partiti.",
"Qalu li fil-klima nazzjonali ta' diviżjoni u firda, kemm l-Alternattiva Demokratika kif ukoll il-Partit Demokratiku jirrikonoxxu l-bżonn ta' politika li taħdem favur il-ġid tal-pajjiż kollu kemm hu.",
"Il-Partiti qalu li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jaħdmu flimkien, bis-saħħa ta' Eżekuttiv magħqud magħmul minn tim tranżitorju.",
"Spjegaw li l-għan huwa li ma jdumx ma jkun iffinalizzat il-proċess biex il-partiti, uffiċjalment, jingħaqdu f'partit wieħed immexxi minn Eżekuttiv ġdid li se jkun elett wara l-ewwel Laqgħa Ġenerali li se tissejjaħ mill-partit magħqud.",
"L-għan huwa li dan il-proċess ikun konkluż sal-aħħar ta' Settembru 2020."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,488 |
press, news, Knisja Maltija, Lokali, Lokali, Stejjer Umani, Lokali | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-knejjes-ihejju-biex-minn-ghada-jifthu-l-bibien-taghhom-u-jilqghu-lill-poplu-nisrani/ | Il-Knejjes iħejju biex minn għada jiftħu l-bibien tagħhom u jilqgħu lill-poplu Nisrani | Ġunju 12, 2020 Wara li l-Kurja ħabbret il-mod li bih se tiġi ċċelebrata l-quddiesa minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid – 19, kollox jinsab lest fil-knejjes biex minn għada jiftħu l-bibien tagħhom u jilqgħu lill-poplu Nisrani għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa. Għaddejjin l-aħħar tħejjijiet fil-knejjes madwar il-pajjiż biex minn għada, terġa tiġi ċċelebrata l-quddiesa bil-kongregazzjoni, dejjem skont il-miżuri li ħabbret il-Kurja fl-aħħar jiem. Fil-Knisja ta' Kristu Re Raħal Ġdid il-Ġimgħa filgħodu kienu qed isiru l-aħħar irtokki biex il-Knisja tiftaħ il-bibien tagħha fis-sigħat li ġejjin. Il-Kappillan tal-Parroċċa ta' Kristu Re, Dun Marc Andre' Camilleri, spjega li anke jekk f'dawn it-tliet xhur il-Knisja waslet il-quddiesa u wkoll il-barka permezz tal-mezzi soċjali, il-fatt li wieħed imur jisma' l-quddiesa fil-Knisja huwa totalment differenti mir-realta' virtwali. "F'dawn it-tliet xhur kien hemm diversi mbegħdin mill-familjari tagħhom. Jikkomunikaw ta' kuljum anke bil-video calls u affarijiet imma meta inti terġa tiltaqa' mal-maħbubin tiegħek u tista' tkun viċin tagħhom, wiċċ imb'wiċċ, meta tgħannaq lill-ommok huwa differenti minn meta tarahom permezz tat-teknoloġija u l-istess aħna bl-Ewkaristija u bil-quddiesa... Ovvjament meta huma jkunu miġburin fil-Knisja flimkien jistgħu jirċievu l-Ewkaristija, hemm differenza enormi. Ovvjament aħna ħadna l-prekawzjonijiet kollha li kienu mitluba, ħsibna li jkun hemm id-distanzi adegwati, l-ispazji għall-qrar, it-tqarbin isir b'mod mill-iktar iġeniku biex ma jkunx hemm periklu għas-saħħa, imma fl-istess ħin inħeġġu lin-nies biex jerġgħu lura biex inkunu bħala komunità flimkien... Aħna m'aħniex reliġjon virtwali imma aħna reliġjon inkarnata. Irridu nkunu flimkien, inħossu l-preżenza ta' xulxin u nkunu fil-preżenza t'Alla." F'ċertu knejjes, minħabba l-limitazzjoni tal-ispazju, min jixtieq jattendu qed ikun mħeġġeġ li jilħaq jagħmel booking. Madankollu għal knisja kbira bħal ta' Kristu Re Raħal Ġdid dan mhux se jkun il-każ. "Hemm diversi knejjes li qed jagħmlu sistema ta' bookings minħabba li hemm limitazzjoni kbira ta' kemm jistgħu joqogħdu nies fil-Knisja. Minħabba l-qies tal-Knisja tagħna li huwa tant kbir jista' jkollna 430 preżenti. Se jkun hemm ukoll xi siġġijiet extra taħt il-portiku u allura m'hemmx dak il-bżonn li jkun hemm il-prebooking. Naħseb li hemm biżżejjed wiesa' biex kull min jixtieq jiġi għall-quddiesa jsib post fejn joqgħod ukoll." Dun Marc Andre' Camilleri qal li l-knejjes qed iħejju wkoll biex fil-ġimgħat li ġejjin jiġu ċċelebrati l-ewwel tqarbina u l-griżma. Qal li fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom, il-Knisja qed tagħmel mill-aħjar li tista' biex dawn it-tfal ma jkunux imċaħħda mis-sagramenti. | [
"Ġunju 12, 2020",
"Wara li l-Kurja ħabbret il-mod li bih se tiġi ċċelebrata l-quddiesa minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid – 19, kollox jinsab lest fil-knejjes biex minn għada jiftħu l-bibien tagħhom u jilqgħu lill-poplu Nisrani għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa.",
"Għaddejjin l-aħħar tħejjijiet fil-knejjes madwar il-pajjiż biex minn għada, terġa tiġi ċċelebrata l-quddiesa bil-kongregazzjoni, dejjem skont il-miżuri li ħabbret il-Kurja fl-aħħar jiem.",
"Fil-Knisja ta' Kristu Re Raħal Ġdid il-Ġimgħa filgħodu kienu qed isiru l-aħħar irtokki biex il-Knisja tiftaħ il-bibien tagħha fis-sigħat li ġejjin.",
"Il-Kappillan tal-Parroċċa ta' Kristu Re, Dun Marc Andre' Camilleri, spjega li anke jekk f'dawn it-tliet xhur il-Knisja waslet il-quddiesa u wkoll il-barka permezz tal-mezzi soċjali, il-fatt li wieħed imur jisma' l-quddiesa fil-Knisja huwa totalment differenti mir-realta' virtwali.",
"\"F'dawn it-tliet xhur kien hemm diversi mbegħdin mill-familjari tagħhom.",
"Jikkomunikaw ta' kuljum anke bil-video calls u affarijiet imma meta inti terġa tiltaqa' mal-maħbubin tiegħek u tista' tkun viċin tagħhom, wiċċ imb'wiċċ, meta tgħannaq lill-ommok huwa differenti minn meta tarahom permezz tat-teknoloġija u l-istess aħna bl-Ewkaristija u bil-quddiesa...",
"Ovvjament meta huma jkunu miġburin fil-Knisja flimkien jistgħu jirċievu l-Ewkaristija, hemm differenza enormi.",
"Ovvjament aħna ħadna l-prekawzjonijiet kollha li kienu mitluba, ħsibna li jkun hemm id-distanzi adegwati, l-ispazji għall-qrar, it-tqarbin isir b'mod mill-iktar iġeniku biex ma jkunx hemm periklu għas-saħħa, imma fl-istess ħin inħeġġu lin-nies biex jerġgħu lura biex inkunu bħala komunità flimkien...",
"Aħna m'aħniex reliġjon virtwali imma aħna reliġjon inkarnata.",
"Irridu nkunu flimkien, inħossu l-preżenza ta' xulxin u nkunu fil-preżenza t'Alla.\"",
"F'ċertu knejjes, minħabba l-limitazzjoni tal-ispazju, min jixtieq jattendu qed ikun mħeġġeġ li jilħaq jagħmel booking.",
"Madankollu għal knisja kbira bħal ta' Kristu Re Raħal Ġdid dan mhux se jkun il-każ.",
"\"Hemm diversi knejjes li qed jagħmlu sistema ta' bookings minħabba li hemm limitazzjoni kbira ta' kemm jistgħu joqogħdu nies fil-Knisja.",
"Minħabba l-qies tal-Knisja tagħna li huwa tant kbir jista' jkollna 430 preżenti.",
"Se jkun hemm ukoll xi siġġijiet extra taħt il-portiku u allura m'hemmx dak il-bżonn li jkun hemm il-prebooking.",
"Naħseb li hemm biżżejjed wiesa' biex kull min jixtieq jiġi għall-quddiesa jsib post fejn joqgħod ukoll.\"",
"Dun Marc Andre' Camilleri qal li l-knejjes qed iħejju wkoll biex fil-ġimgħat li ġejjin jiġu ċċelebrati l-ewwel tqarbina u l-griżma.",
"Qal li fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom, il-Knisja qed tagħmel mill-aħjar li tista' biex dawn it-tfal ma jkunux imċaħħda mis-sagramenti."
] | 7www.tvm.com.mt
| 34,580 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/tlieta-akkuzati-bghazz-u-li-ttallbu/ | Tlieta akkużati b’għażż u li ttallbu | Tliet Bulgari li l-ġimgħa li għaddiet kienu qed jittalbu il-Belt spiċċaw tressqu il-Qorti akkużati li għexu ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ. Huma kienu mixlijin ukoll li mmolestaw lin-nies meta kienu qed jittalbu u dan huwa kontra l-liġi skont l-kodiċi kriminali. L-Ispettur Darryl Borg qal li kien qed jirċievi bosta ilmenti mingħand turisti li l-akkużati kienu qed jittalbu. L-Avukat Joe Mizzi li kien qed jidher għall-akkużati qal li jiddispjaċihom ħafna ta’ dak li għamlu u qalu li ma kienux jafu li f’Malta hawn liġi li wieħed ma jistax jittalab u għalhekk ammettew l-akkużi. Fis-sentenza tagħha il-Magistrat Audrey Demicoli ordnat lill-akkużati biex ma jagħmlux reat ieħor fi żmien 12 il-xahar. | [
"Tliet Bulgari li l-ġimgħa li għaddiet kienu qed jittalbu il-Belt spiċċaw tressqu il-Qorti akkużati li għexu ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ.",
"Huma kienu mixlijin ukoll li mmolestaw lin-nies meta kienu qed jittalbu u dan huwa kontra l-liġi skont l-kodiċi kriminali.",
"L-Ispettur Darryl Borg qal li kien qed jirċievi bosta ilmenti mingħand turisti li l-akkużati kienu qed jittalbu.",
"L-Avukat Joe Mizzi li kien qed jidher għall-akkużati qal li jiddispjaċihom ħafna ta’ dak li għamlu u qalu li ma kienux jafu li f’Malta hawn liġi li wieħed ma jistax jittalab u għalhekk ammettew l-akkużi.",
"Fis-sentenza tagħha il-Magistrat Audrey Demicoli ordnat lill-akkużati biex ma jagħmlux reat ieħor fi żmien 12 il-xahar."
] | 7www.tvm.com.mt
| 32,379 |
news, press | https://netnews.com.mt/2020/05/21/arsene-wenger-jghid-li-ghandha-ssir-riforma-fir-regola-tal-financial-fair-play/ | Arsène Wenger jgħid li għandha ssir riforma fir-regola tal-Financial Fair Play | L-Eks-Kowċ ta’ Arsenal, Arsène Wenger li issa qed jokkupa l-kariga bħala Head of Football Development fil-FIFA qal li r-regola tal-Financial Fair Play għandha tiġi riveduta biex tagħti aktar opportunità għall-investiment barra mill-futbol. F’intervistà ma’ ġurnal Franċiż, Wenger qal li s-sistema ta’ bħalissa tiffavorixxi dawk il-klabbs li kellhom investiment qabel ma’ daħlet ir-regola tal-Financial Fair Play fis-seħħ. Il-Franċiż żied jgħid li t-tibdil fir-regola jista’ jgħin il-futbol biex isir aktar kompetittiv għaliex jinfetaħ bieb għall-inestituri ġodda fil-futbol. Dwar il-pandemija, Wenger qal li għad irid jgħaddi ż-żmien biex jidher l-effett tagħha fuq il-futbol iżda qal li t-timijiet li huma sinjuri biss se jirnexxilhom jgħaddu din il-pandemija mingħajr riperkussjonijiet. Hu temm l-intervistà billi qal li l-FIFA ta’ dawn l-aħħar snin tpoġġi verament l-isport bħala prijorità. Arsène Wenger ħalla lil Arsenal fl-2018 wara 22 sena. Is-sena l-oħra hu nħatar bħala Head of Football Development fil-FIFA. | [
"L-Eks-Kowċ ta’ Arsenal, Arsène Wenger li issa qed jokkupa l-kariga bħala Head of Football Development fil-FIFA qal li r-regola tal-Financial Fair Play għandha tiġi riveduta biex tagħti aktar opportunità għall-investiment barra mill-futbol.",
"F’intervistà ma’ ġurnal Franċiż, Wenger qal li s-sistema ta’ bħalissa tiffavorixxi dawk il-klabbs li kellhom investiment qabel ma’ daħlet ir-regola tal-Financial Fair Play fis-seħħ.",
"Il-Franċiż żied jgħid li t-tibdil fir-regola jista’ jgħin il-futbol biex isir aktar kompetittiv għaliex jinfetaħ bieb għall-inestituri ġodda fil-futbol.",
"Dwar il-pandemija, Wenger qal li għad irid jgħaddi ż-żmien biex jidher l-effett tagħha fuq il-futbol iżda qal li t-timijiet li huma sinjuri biss se jirnexxilhom jgħaddu din il-pandemija mingħajr riperkussjonijiet.",
"Hu temm l-intervistà billi qal li l-FIFA ta’ dawn l-aħħar snin tpoġġi verament l-isport bħala prijorità.",
"Arsène Wenger ħalla lil Arsenal fl-2018 wara 22 sena.",
"Is-sena l-oħra hu nħatar bħala Head of Football Development fil-FIFA."
] | 1netnews.com.mt
| 4,870 |
press, news, Politika, Kronaka, Lokali, Press Briefings, COVID-19 | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-kap-tal-pn-irid-li-ghada-il-pm-jsejjah-seduta-tal-parlament-dwar-il-qaghda-tal-covid-19/ | Il-Kap tal-PN irid li għada "il-PM jsejjaħ seduta tal-Parlament dwar il-qagħda tal-COVID-19" | Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 4:09pm Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, talab lill-Prim Ministru biex għada jlaqqa' l-Parlamenet f'seduta speċjali biex jispjega x'inhi l-istrateġija tal-gvern quddiem l-imxija tal-COVID-19 li qal reġgħet refgħet rasha bil-kbir. F'kollegament bit-telefown fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li l-poplu jrid ikun jaf fejn qiegħed u x'se jiġri. Irrefera wkoll għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali, li qal messha ilha li saret, u talab li l-oppożizzjoni tara l-ittra tar-riżenja tiegħu. Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia talab li t-Tnejn jitlaqqa' l-parlament b'urġenza biex jiġi deċiż x'għandu jsir biex il-pajjiż joħroġ mill-isqaq iswed li qal dieħel fih qabel ma jkun tard wisq. Dr Delia qal li dak li qed jiġri f'Malta hu inkwetanti u li l-għadd ta' każi ġodda ta' COVID-19 hu kbir wisq meta tqabbel 'l Malta ma' pajjiżi oħra. Hu kkritika lill-Gvern li qal mhu jagħmel xejn, b'kuntrast ma' pajjiżi oħra li qed jaddottaw miżuri ta' emerġenza biex irażżnu l-pandemija. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru qed jiddeverti u mhux jagħti kas tal-poplu. Ikkritika lill-Gvern li qal tilef il-kontroll tal-pandemija u fi kliemu l-Prim Ministru ħarab mill-pajjiż u mar igawdi s-sajf għax hekk ried u akkużah li ġie jaqa' u jqum mis-saħħa tal-poplu. Dr Delia qal li l-Prim Ministru ġab fix-xejn il-ħidma li saret mit-tobba u l-infermiera u x-xhur ta' sagrifiċċji li saru. Fi kliemu l-azzjoni tal-gvern hija immorali. Dr Delia qal li ma jistax ikun hemm ekonomija b'saħħitha jekk ma jkollokx pajjiż b'saħħtu. Irrimarka li ma saret ebda diskussjoni biex in-negozji jirkupraw wara l-pandemija. Qal li l-pajjiż m'għandux pjan għal setturi ġodda bil-għan li titnaqqas id-dipendenza minn fuq it-turiżmu. Dr Delia semma wkoll li ż-żgħażagħ ħa jkollhom imorru għall-eżamijiet meta jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f'ambjent aktar sigur. Mistoqsi dwar ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali Peter Grech, il-Kap Nazzjonalista qal li hu sodisfatt u fakkar li l-istess Avukat Ġenerali nstab ħati mill-Qorti Kostituzzjonali li kiser id-drittijiet fundamentali tiegħu meta bħala Kap tal-Oppożizzjoni ċaħħdui milli jkollu kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant. Dr Delia rrimarka li mhux magħruf x'inhuma r-raġunijiet tar-riżenja u talab li l-oppożizzjoni tara l-ittra tar-riżenja għax hekk qal titlob it-trasparenza. Il-Kap Nazzjonalista qal li Dr Grech ikkalpesta l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u żied li jekk hemm affarijiet li jirriżulta li ma ħax azzjoni dwarhom, l-oppożizzjoni trid tara li ssir ġustizzja anke wara li ma jkunx għadu fil-kariga. | [
"Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 4:09pm",
"Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, talab lill-Prim Ministru biex għada jlaqqa' l-Parlamenet f'seduta speċjali biex jispjega x'inhi l-istrateġija tal-gvern quddiem l-imxija tal-COVID-19 li qal reġgħet refgħet rasha bil-kbir.",
"F'kollegament bit-telefown fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li l-poplu jrid ikun jaf fejn qiegħed u x'se jiġri.",
"Irrefera wkoll għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali, li qal messha ilha li saret, u talab li l-oppożizzjoni tara l-ittra tar-riżenja tiegħu.",
"Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia talab li t-Tnejn jitlaqqa' l-parlament b'urġenza biex jiġi deċiż x'għandu jsir biex il-pajjiż joħroġ mill-isqaq iswed li qal dieħel fih qabel ma jkun tard wisq.",
"Dr Delia qal li dak li qed jiġri f'Malta hu inkwetanti u li l-għadd ta' każi ġodda ta' COVID-19 hu kbir wisq meta tqabbel 'l Malta ma' pajjiżi oħra.",
"Hu kkritika lill-Gvern li qal mhu jagħmel xejn, b'kuntrast ma' pajjiżi oħra li qed jaddottaw miżuri ta' emerġenza biex irażżnu l-pandemija.",
"Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru qed jiddeverti u mhux jagħti kas tal-poplu.",
"Ikkritika lill-Gvern li qal tilef il-kontroll tal-pandemija u fi kliemu l-Prim Ministru ħarab mill-pajjiż u mar igawdi s-sajf għax hekk ried u akkużah li ġie jaqa' u jqum mis-saħħa tal-poplu.",
"Dr Delia qal li l-Prim Ministru ġab fix-xejn il-ħidma li saret mit-tobba u l-infermiera u x-xhur ta' sagrifiċċji li saru.",
"Fi kliemu l-azzjoni tal-gvern hija immorali.",
"Dr Delia qal li ma jistax ikun hemm ekonomija b'saħħitha jekk ma jkollokx pajjiż b'saħħtu.",
"Irrimarka li ma saret ebda diskussjoni biex in-negozji jirkupraw wara l-pandemija.",
"Qal li l-pajjiż m'għandux pjan għal setturi ġodda bil-għan li titnaqqas id-dipendenza minn fuq it-turiżmu.",
"Dr Delia semma wkoll li ż-żgħażagħ ħa jkollhom imorru għall-eżamijiet meta jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f'ambjent aktar sigur.",
"Mistoqsi dwar ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali Peter Grech, il-Kap Nazzjonalista qal li hu sodisfatt u fakkar li l-istess Avukat Ġenerali nstab ħati mill-Qorti Kostituzzjonali li kiser id-drittijiet fundamentali tiegħu meta bħala Kap tal-Oppożizzjoni ċaħħdui milli jkollu kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant.",
"Dr Delia rrimarka li mhux magħruf x'inhuma r-raġunijiet tar-riżenja u talab li l-oppożizzjoni tara l-ittra tar-riżenja għax hekk qal titlob it-trasparenza.",
"Il-Kap Nazzjonalista qal li Dr Grech ikkalpesta l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u żied li jekk hemm affarijiet li jirriżulta li ma ħax azzjoni dwarhom, l-oppożizzjoni trid tara li ssir ġustizzja anke wara li ma jkunx għadu fil-kariga."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,269 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54475/steward_tifta_inkjesta_interna_fuq_mewt_ta_rael_flitu | Steward tiftaħ inkjesta interna fuq mewt ta' raġel fl-ITU tal-isptar ta' Għawdex | Kelliema ta' Steward Health Care ma xtaqitx telabora dwar il-mewt tal-pazjent li seħħet siegħa wara li mar l-ITU... F'kuntatt ma' dan is-sit kelliema għal Steward Healthcare kkonfermat illi nfetħet inkjesta interna dwar il-mewt ta' pazjent li daħal l-ITU iżda miet siegħa wara biss. L-inċident seħħ fl-aħħar sigħat. Il-Kelliema tal-kumpanija li qed tmexxi l-isptar ma xtaqitx telabora dwar il-kawża tal-mewt ta' dan il-pazjent. Apparti l-inkjesta interna l-Pulizija wkoll għaddejja bl-investigazzjoni tagħha wkoll. Steward Healthcare li tmexxi l-Isptarijiet ma ħarġitx stqarrija uffiċjali dwar l-inċident s'issa. | [
"Kelliema ta' Steward Health Care ma xtaqitx telabora dwar il-mewt tal-pazjent li seħħet siegħa wara li mar l-ITU...",
"F'kuntatt ma' dan is-sit kelliema għal Steward Healthcare kkonfermat illi nfetħet inkjesta interna dwar il-mewt ta' pazjent li daħal l-ITU iżda miet siegħa wara biss.",
"L-inċident seħħ fl-aħħar sigħat.",
"Il-Kelliema tal-kumpanija li qed tmexxi l-isptar ma xtaqitx telabora dwar il-kawża tal-mewt ta' dan il-pazjent.",
"Apparti l-inkjesta interna l-Pulizija wkoll għaddejja bl-investigazzjoni tagħha wkoll.",
"Steward Healthcare li tmexxi l-Isptarijiet ma ħarġitx stqarrija uffiċjali dwar l-inċident s'issa."
] | 6www.illum.com.mt
| 43,423 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/04/13/balzanin-bappell-ghal-joe-mizzi-dwar-wahda-mill-aghar-toroq/ | Balzanin b’appell għal Joe Mizzi dwar “waħda mill-agħar toroq” | Residenti Balzanin bdew petizzjoni online biex jappellaw lill-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi jirranġa dik li qed tkun deskritta bħala waħda mill-agħar toroq f’Ħal Balzan: Triq il-Wied. Triq il-Wied, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali, ilha snin twal fi stat dilapitat, b’numru kbir ta’ ħofor, b’uħud mis-sewwieqa jkollhom isuqu b’inqas minn 10 kilometri fis-siegħa biex ma jagħmlux ħsara lill-karozzi tagħhom. Ir-raġuni għaliex din it-triq ma setgħetx issir fi żmien Gvern Nazzjonalista hi peress li l-ewwel kellu jsir ix-xogħol fuq il-proġett tal-għargħar. Proġett mibdi minn Gvern Nazzjonalista b’fondi tal-Unjoni Ewropea li kien wassal biex f’Ħal Balzan itaffet sew il-problema tal-għargħar. Ħames snin ilu, il-Kunsillier Laburista f’Ħal Balzan Desmond Zammit Marmara kien kritika lill-Gvern Nazzjonalista li kien għadu ma ħax azzjoni (ara l-filmat t’hawn taħt ). Minn dakinhar ‘l hawn, tlesta l-proġett tal-għargħar, iżda t-triq baqgħet ma saritx – anke jekk fl-2013 tela’ Gvern Laburista b’wegħda li t-triq issir. Sorsi qrib NET News qalu li t-triq ma tistax tingħata wiċċ ġdid biss, iżda trid tinbena kompletament mill-qiegħ minħabba l-istat li tinsab fih. Ir-residenti ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan qed jappellaw lill-pubbliku, b’mod partikolari r-residenti ta’ Ħal Balzan, biex jiffirmaw din il-petizzjoni, li tista’ taċċessaha billi tagħfas hawn Triq il-Wied f’Ħal Balzan hija waħda mill-aktar toroq użati fiż-żona, peress li tgħaqqad lill-Wied ta’ Birkirkara mar-roundabout ewlenija ta’ Ħal Lija li tagħti lejn il-Mosta, in-Naxxar jew Birkirkara. Il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar snin jagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex din it-triq tingħata priorità kif mistħoqq mill-Gvern ċentrali. | [
"Residenti Balzanin bdew",
"petizzjoni online",
"biex jappellaw lill-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi jirranġa dik li qed tkun deskritta bħala waħda mill-agħar toroq f’Ħal Balzan: Triq il-Wied.",
"Triq il-Wied, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali, ilha snin twal fi stat dilapitat, b’numru kbir ta’ ħofor, b’uħud mis-sewwieqa jkollhom isuqu b’inqas minn 10 kilometri fis-siegħa biex ma jagħmlux ħsara lill-karozzi tagħhom.",
"Ir-raġuni għaliex din it-triq ma setgħetx issir fi żmien Gvern Nazzjonalista hi peress li l-ewwel kellu jsir ix-xogħol fuq il-proġett tal-għargħar.",
"Proġett mibdi minn Gvern Nazzjonalista b’fondi tal-Unjoni Ewropea li kien wassal biex f’Ħal Balzan itaffet sew il-problema tal-għargħar.",
"Ħames snin ilu, il-Kunsillier Laburista f’Ħal Balzan Desmond Zammit Marmara kien kritika lill-Gvern Nazzjonalista li kien għadu ma ħax azzjoni",
"(ara l-filmat t’hawn taħt",
").",
"Minn dakinhar ‘l hawn, tlesta l-proġett tal-għargħar, iżda t-triq baqgħet ma saritx – anke jekk fl-2013 tela’ Gvern Laburista b’wegħda li t-triq issir.",
"Sorsi qrib NET News qalu li t-triq ma tistax tingħata wiċċ ġdid biss, iżda trid tinbena kompletament mill-qiegħ minħabba l-istat li tinsab fih.",
"Ir-residenti ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan qed jappellaw lill-pubbliku, b’mod partikolari r-residenti ta’ Ħal Balzan, biex jiffirmaw",
"din il-petizzjoni, li tista’ taċċessaha billi tagħfas hawn",
"Triq il-Wied f’Ħal Balzan hija waħda mill-aktar toroq użati fiż-żona, peress li tgħaqqad lill-Wied ta’ Birkirkara mar-roundabout ewlenija ta’ Ħal Lija li tagħti lejn il-Mosta, in-Naxxar jew Birkirkara.",
"Il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar snin jagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex din it-triq tingħata priorità kif mistħoqq mill-Gvern ċentrali."
] | 1netnews.com.mt
| 1,008 |
press, news, Futbol, , •, , Sport | https://netnews.com.mt/2020/08/18/floriana-jilqghu-lil-cluj-ghada-fl-ewwel-rawnd-ta-kwalifikazzjoni-tal-uefa-champions-league/ | Floriana jilqgħu lil Cluj għada fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League | Għada fid-9 ta' filgħaxija, fis-Centenary Stadium – Floriana jkunu fl-azzjoni kontra Fotbal Club CLUJ tar-Rumanija fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-partita li ser tintlgħab bil-bibien magħluqa se ssir fuq leg wieħed, jiġifieri f'każ ta' draw sad-90 minuta, tmur għall-ħin barrani u f'każ li tibqa' fi draw il-partita tiġi deċiża permezz ta' għoti tal-penalties. Ritorn għal Floriana f'kompetizzjoni tal-UEFA fejn fil-ġranet li għaddew, kontinġent ta' Floriana mmexxi mill-President Riccardo Gaucci u mill-kowċ Enzo Potenza kienu fi Gualdo Cattaneo fil-provinċja ta' Perugia fejn għamlu il-pre-season bi tħejjija għal din il-partita. Cluj immexxija minn Dan Petrescu li fl-aħħar gimgħat kien rikoverat minħabba li kien pożittiv għal Coronavirus, rebħu l-aħħar tliet kampjonati Nazzjonali tar-Rumanija u fl-aħħar ġimgħat fin-nuqqas ta' Peterscu kienu mmexxija minn Valeriu Bordeianu. Cluj bla dubju jibqgħu l-aqwa tim fir-Rumanija b'esperjenza vasta f'kompetizzjonijiet tal-UEFA. Fl-aħħar snin rnexxielhom jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fejn tispikka l-esperjenza tagħhom fl-istaġun 2012/13 fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom, huma sfaw eliminati minn Inter mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League. Ir-rebbieħ minn dan il-konfront jikkwalifika għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn l-avversarji ser ikunu Dinamo Zagreb tal-Kroazja, filwaqt li t-tellief jilgħab fit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. | [
"Għada fid-9 ta' filgħaxija, fis-Centenary Stadium – Floriana jkunu fl-azzjoni kontra Fotbal Club CLUJ tar-Rumanija fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League.",
"Il-partita li ser tintlgħab bil-bibien magħluqa se ssir fuq leg wieħed, jiġifieri f'każ ta' draw sad-90 minuta, tmur għall-ħin barrani u f'każ li tibqa' fi draw il-partita tiġi deċiża permezz ta' għoti tal-penalties.",
"Ritorn għal Floriana f'kompetizzjoni tal-UEFA fejn fil-ġranet li għaddew, kontinġent ta' Floriana mmexxi mill-President Riccardo Gaucci u mill-kowċ Enzo Potenza kienu fi Gualdo Cattaneo fil-provinċja ta' Perugia fejn għamlu il-pre-season bi tħejjija għal din il-partita.",
"Cluj immexxija minn Dan Petrescu li fl-aħħar gimgħat kien rikoverat minħabba li kien pożittiv għal Coronavirus, rebħu l-aħħar tliet kampjonati Nazzjonali tar-Rumanija u fl-aħħar ġimgħat fin-nuqqas ta' Peterscu kienu mmexxija minn Valeriu Bordeianu.",
"Cluj bla dubju jibqgħu l-aqwa tim fir-Rumanija b'esperjenza vasta f'kompetizzjonijiet tal-UEFA.",
"Fl-aħħar snin rnexxielhom jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fejn tispikka l-esperjenza tagħhom fl-istaġun 2012/13 fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom, huma sfaw eliminati minn Inter mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League.",
"Ir-rebbieħ minn dan il-konfront jikkwalifika għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn l-avversarji ser ikunu Dinamo Zagreb tal-Kroazja, filwaqt li t-tellief jilgħab fit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League."
] | 1netnews.com.mt
| 3,176 |
press, news, Sport, Edukazzjoni, Saħħa, COVID-19, Għawdex | https://www.tvm.com.mt/mt/news/e20750-ghal-5-ghaqdiet-sportivi-ghawdxin-li-bbenefikaw-mill-isports-scheme/ | €20,750 għal 5 għaqdiet sportivi Għawdxin li bbenefikaw mill-isports scheme | Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta' €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Sizzling fastpitch international tournament'; The Scout Association of Xagħra, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Canoeing through Crystal Cear Water'; Gozo Cycling Club, li se ngħataw is-somma ta' €3,950 bit-titlu tal-proġett 'Gozo Cycling National Race Festival 2020'; Athelitx AC, li ngħataw is-somma ta' €1,800 bit-titlu tal-proġett 'Triangular League Gozo Leg 2020'; SK Victoria Wanderers, li ngħataw is-somma ta' €5,000 għall-proġett 'Next Level Football'. F'ċerimonja organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u li matulha l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta l-grant agreements, qal li l-isport huwa ħolqa importanti fil-kwalità tal-ħajja: "Irridu li kull tifel u tifla f'pajjiżna jkollhom l-opportunità li jipprattikaw l-isport li jixtiequ. Irridu nrawmu u nsaħħu kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin." Huwa temm jgħid li l-għan ewlieni tal-Ministeru għal Għawdex huwa li nippromwovu aktar l-isport u nattiraw aktar parteċipazzjoni fl-isport għal ħajja aktar sana. Din hija r-raba' darba li l-Ministeru ħareġ l-isports scheme, li għandha l-iskop li tgħin lill-għaqdiet sportivi Għawdxin fit-twettiq ta' proġetti varji. | [
"Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta' €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena.",
"L-għaqdiet li bbenfikaw huma:",
"Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Sizzling fastpitch international tournament';",
"The Scout Association of Xagħra, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Canoeing through Crystal Cear Water';",
"Gozo Cycling Club, li se ngħataw is-somma ta' €3,950 bit-titlu tal-proġett 'Gozo Cycling National Race Festival 2020';",
"Athelitx AC, li ngħataw is-somma ta' €1,800 bit-titlu tal-proġett 'Triangular League Gozo Leg 2020';",
"SK Victoria Wanderers, li ngħataw is-somma ta' €5,000 għall-proġett 'Next Level Football'.",
"F'ċerimonja organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u li matulha l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta l-grant agreements, qal li l-isport huwa ħolqa importanti fil-kwalità tal-ħajja: \"Irridu li kull tifel u tifla f'pajjiżna jkollhom l-opportunità li jipprattikaw l-isport li jixtiequ.",
"Irridu nrawmu u nsaħħu kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin.\"",
"Huwa temm jgħid li l-għan ewlieni tal-Ministeru għal Għawdex huwa li nippromwovu aktar l-isport u nattiraw aktar parteċipazzjoni fl-isport għal ħajja aktar sana.",
"Din hija r-raba' darba li l-Ministeru ħareġ l-isports scheme, li għandha l-iskop li tgħin lill-għaqdiet sportivi Għawdxin fit-twettiq ta' proġetti varji."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,535 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/skema-ta-premjijiet-ghal-ricerka-fi-hdan-il-programm-horizon-2020/ | Skema ta' premjijiet għal riċerka fi ħdan il-programm Horizon 2020 | Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) ħabbar l-iskema Horizon 2020 Awards, li se tippremja benefiċjarji Maltin li pparteċipaw fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni fi ħdan il-programm tal-Unjoni Ewropea Horizon 2020. Horizon 2020 hu programm ta' riċerka u innovazzjoni li bbenefika minn €80 biljun ta' fondi Ewropej, bil-għan li jwassal għal proġetti li jgħinu t-tkabbir ekonomiku u li jintlaħqu għanijiet soċjali oħra. Bl-iskema ta' premjijiet, l-MCST jimmira li tirrikonoxxi u żżid l-għarfien ta' proġetti t'eċċellenza li bbenefikaw il-komunità tar-riċerka xjentifika, dawk li jfasslu l-istrateġija fir-riċerka u s-soċjetà. Il-kunsill jixtieq ukoll li tiżdied il-parteċipazzjoni mill-entitatjiet Maltin fil-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni li jmiss tal-UE, il-Horizon Europe li se jitnieda fl-2021. L-iskema se tirrikonoxxi l-kisbiet f'9 kategoriji differenti, bi tmienja mmirati għal entitajiet legali u oħra għal riċerkaturi individwali. Il-kategoriji tal-għoti huma l-Aħjar Impatt għas-Saħħa; Premju għall-Mobilità Intelliġenti; il-Premju Marittimu; il-Premju Ekoloġiku; il-Premju dwar il-Klima; Premju għall-Ġeneru, il-Kultura, l-Ugwaljanza jew ix-Xjenza taċ-Ċittadini; l-Aqwa Premju Innovattiv għall-Entrapriżi Żgħar; l-Aħjar Promozzjoni tal-Premju STEM; l-Aqwa Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika u l-Premju għall-Aktar Riċerkatur Attiv. Għal kull kategorija, il-valur tal-premju hu ta' €5,000. Entitajiet legali rreġistrati f'Malta li huma benefiċjarji tal-programm Horizon 2020 huma eliġibbli għat-8 kategoriji mmirati lejhom Għall-premju tal-aktar riċerkatur attiv huma eliġibbli ir-riċerkaturi li kienu jew għadhom impjegati ma' dawn l-entitajiet. Applikazzjonijiet, li huma aċċessibli mis-sit http://mcst.gov.mt/mcst-news/horizon-2020-award-scheme , jistgħu jintbagħtu sa nofsinhar fis-16 ta' Novembru, flimkien mar-riżultati tal-evalwazzjoni u/jew kopja tad-dettallji tal-kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea, fuq horizonawards@gov.mt . Ir-rebbieħa tal-premjijiet mistenna jiġu mħabbra sal-aħħar tas-sena. | [
"Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) ħabbar l-iskema Horizon 2020 Awards, li se tippremja benefiċjarji Maltin li pparteċipaw fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni fi ħdan il-programm tal-Unjoni Ewropea Horizon 2020.",
"Horizon 2020 hu programm ta' riċerka u innovazzjoni li bbenefika minn €80 biljun ta' fondi Ewropej, bil-għan li jwassal għal proġetti li jgħinu t-tkabbir ekonomiku u li jintlaħqu għanijiet soċjali oħra.",
"Bl-iskema ta' premjijiet, l-MCST jimmira li tirrikonoxxi u żżid l-għarfien ta' proġetti t'eċċellenza li bbenefikaw il-komunità tar-riċerka xjentifika, dawk li jfasslu l-istrateġija fir-riċerka u s-soċjetà.",
"Il-kunsill jixtieq ukoll li tiżdied il-parteċipazzjoni mill-entitatjiet Maltin fil-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni li jmiss tal-UE, il-Horizon Europe li se jitnieda fl-2021.",
"L-iskema se tirrikonoxxi l-kisbiet f'9 kategoriji differenti, bi tmienja mmirati għal entitajiet legali u oħra għal riċerkaturi individwali.",
"Il-kategoriji tal-għoti huma l-Aħjar Impatt għas-Saħħa; Premju għall-Mobilità Intelliġenti; il-Premju Marittimu; il-Premju Ekoloġiku; il-Premju dwar il-Klima; Premju għall-Ġeneru, il-Kultura, l-Ugwaljanza jew ix-Xjenza taċ-Ċittadini; l-Aqwa Premju Innovattiv għall-Entrapriżi Żgħar; l-Aħjar Promozzjoni tal-Premju STEM; l-Aqwa Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika u l-Premju għall-Aktar Riċerkatur Attiv.",
"Għal kull kategorija, il-valur tal-premju hu ta' €5,000.",
"Entitajiet legali rreġistrati f'Malta li huma benefiċjarji tal-programm Horizon 2020 huma eliġibbli għat-8 kategoriji mmirati lejhom Għall-premju tal-aktar riċerkatur attiv huma eliġibbli ir-riċerkaturi li kienu jew għadhom impjegati ma' dawn l-entitajiet.",
"Applikazzjonijiet, li huma aċċessibli mis-sit http://mcst.gov.mt/mcst-news/horizon-2020-award-scheme , jistgħu jintbagħtu sa nofsinhar fis-16 ta' Novembru, flimkien mar-riżultati tal-evalwazzjoni u/jew kopja tad-dettallji tal-kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea, fuq horizonawards@gov.mt .",
"Ir-rebbieħa tal-premjijiet mistenna jiġu mħabbra sal-aħħar tas-sena."
] | 2newsbook.com.mt
| 38,159 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2020/08/20/xandara-veterana-titkellem-dwar-il-fake-news-wara-l-ahhar-qlajjiet-fuq-enzo-gusman/ | Xandara veterana titkellem dwar il-fake news wara l-aħħar qlajjiet fuq Enzo Gusman | Kulma jmur l-aħbarijiet foloz qed isiru r-regola tal-ġurnata. Waħda mill-aħħar aħbarijiet foloz li ċċirkolaw kienet il-mewt tal-kantant Enzo Gusman. Saħansitra diversi kmamar tal-aħbarijiet lokali rrappurtaw bi prominenza l-mewt ta' Gusman meta dan mhux vera ħalla din id-dinja. "Mhux vera miet il-kantant Enzo Gusman", hekk irrapporta mill-bidu nett ONE News. Bħalissa Gusman jinsab rikoverat fi sptar fil-Kanada wara inċident li kellu meta kien fuq btala jżur lill-familja tiegħu. Bint Enzo, Greta Gusman kitbet li mhuwiex minnu li Enzo Gusman miet, anki jekk diversi kmamar tal-aħbarijiet oħra rrappurtaw din l-aħbar falza. "Jekk jogħġobkom ixxerdux qlajjiet għaliex il-familja diġà għaddejja minn ħafna. Irrispettaw il-privatezza tal-familja tagħna", talbet Greta Gusman. Mart Enzo, Carmen ukoll ċaħdet l-aħbar falza li xterdet minn midja oħra li imbagħad ħassret l-aħbar falza li rrappurtat. "Għal grazzja t'Alla, Enzo għadu magħna", qalet Carmen Gusman. Intant dwar il-fake news, dan l-istazzjon tkellem ma' Anna Bonanno, xandara veterana li tkellmet dwar prinċipju sagrosant li jrid iħaddan ġurnalist b'sens ta' responsabilità kbira. Hija stqarret: "Il-ġurnalist ma jirrappurtax stejjer iżda jagħti informazzjoni fattwali. Dan ifisser informazzjoni bbażata fuq il-fatti, jiġifieri l-fatti li jiġu ċċekkjati biex naraw li huma veritieri." Anna Bonanno appellat biex fid-dinja li qed ngħixu llum fejn aħbar tiġri bħal leħħa ta' berqa minħabba l-midja soċjali, noqogħdu b'seba' għajnejn minn sorsi li jqarqu. Hija sostniet: "Kultant xi ħadd jgħid tiegħu anki bl-addoċċ mingħajr ma jiċċekkja l-affarijiet. Jekk nista' nagħmel appell żgħir, noqogħdu attenti ħafna illi ma nemmnux kull ma nisimgħu, noqogħdu biss fuq is-sorsi li nafu li ma jqarqux bina." | [
"Kulma jmur l-aħbarijiet foloz qed isiru r-regola tal-ġurnata.",
"Waħda mill-aħħar aħbarijiet foloz li ċċirkolaw kienet il-mewt tal-kantant Enzo Gusman.",
"Saħansitra diversi kmamar tal-aħbarijiet lokali rrappurtaw bi prominenza l-mewt ta' Gusman meta dan mhux vera ħalla din id-dinja.",
"\"Mhux vera miet il-kantant Enzo Gusman\", hekk irrapporta mill-bidu nett ONE News.",
"Bħalissa Gusman jinsab rikoverat fi sptar fil-Kanada wara inċident li kellu meta kien fuq btala jżur lill-familja tiegħu.",
"Bint Enzo, Greta Gusman kitbet li mhuwiex minnu li Enzo Gusman miet, anki jekk diversi kmamar tal-aħbarijiet oħra rrappurtaw din l-aħbar falza.",
"\"Jekk jogħġobkom ixxerdux qlajjiet għaliex il-familja diġà għaddejja minn ħafna.",
"Irrispettaw il-privatezza tal-familja tagħna\", talbet Greta Gusman.",
"Mart Enzo, Carmen ukoll ċaħdet l-aħbar falza li xterdet minn midja oħra li imbagħad ħassret l-aħbar falza li rrappurtat.",
"\"Għal grazzja t'Alla, Enzo għadu magħna\", qalet Carmen Gusman.",
"Intant dwar il-fake news, dan l-istazzjon tkellem ma' Anna Bonanno, xandara veterana li tkellmet dwar prinċipju sagrosant li jrid iħaddan ġurnalist b'sens ta' responsabilità kbira.",
"Hija stqarret: \"Il-ġurnalist ma jirrappurtax stejjer iżda jagħti informazzjoni fattwali.",
"Dan ifisser informazzjoni bbażata fuq il-fatti, jiġifieri l-fatti li jiġu ċċekkjati biex naraw li huma veritieri.\"",
"Anna Bonanno appellat biex fid-dinja li qed ngħixu llum fejn aħbar tiġri bħal leħħa ta' berqa minħabba l-midja soċjali, noqogħdu b'seba' għajnejn minn sorsi li jqarqu.",
"Hija sostniet: \"Kultant xi ħadd jgħid tiegħu anki bl-addoċċ mingħajr ma jiċċekkja l-affarijiet.",
"Jekk nista' nagħmel appell żgħir, noqogħdu attenti ħafna illi ma nemmnux kull ma nisimgħu, noqogħdu biss fuq is-sorsi li nafu li ma jqarqux bina.\""
] | 3one.com.mt
| 27,542 |
news, press | https://inewsmalta.com/2020/04/il-qerda-tal-coronavirus-krucjali-li-l-r-factor-joqrob-lejn-iz-zero/ | Il-qerda tal-Coronavirus… kruċjali li l-R-Factor joqrob lejn iz-zero | Minn MELVIN FARRUGIA Fil-medja tagħhom, il-pazjenti li jimirdu bil-Coronavirus jinfettaw tnejn min-nies oħra. Biex inwaqqfu din il-pandemija, hu importanti li l-l-kejl magħruf bħala R-Factor jonqos taħt il-livell ta’ 1 u dejjem joqrob lejn iż-żero. Bħala virus, l-R factor tiegħu hu ta’ bejn 2 u 2.5. Dan ifisser li kull persuna ġdida li tieħu l-virus ixxerrdu fost 2.2 persuni oħra. Dan ifisser li bħala virus, dan jista’ jittieħed aktar mill-influwenza staġjonali. Għalhekk wieħed irid jara x’jista’ jagħmel biex inaqqas dan l-R-Factor billi jieħdu l-miżuri preventivi li hemm bżonn. Jekk dan il-livell jonqos taħt il-livell ta’ 1, allura jkun ifisser li l-pandemija tasal fi tmiemha. Id-direttur tan-National Institute of Allergy and Infectious Diseases, Anthony Fauci spjega f’intervista ppubblikata fuq il-Ġurnal tal-American Medical Association li dan l-R Factor hu determinat skont il-popolazzjoni u jgħinek tiddeċiedi jekk it-tixrid hux jiżdied, jilħaq livelli kostanti jew inkella jonqos. Min-naħa l-oħra, il-biostatistician miċ-ċentru tar-riċerka dwar il-kanċer ta’ Fred Hutchinson u l-Università ta’ Washington, Elizabeth Halloran spjegat li ma jistax ma jkunx hemm R Factor zero f’popolazzjoni. Meta l-R factor ikun ta’ 1 dan ikun ifisser li fil-medja tagħha, persuna li tieħu l-virus tgħaddieh lil persuna oħra u allura l-marda tkun qiegħda tinfirex b’rata stabbli. Imbagħad jekk l-R Factor jonqos taħt il-1, allura l-marda jkun ifisser li qiegħda tonqos u eventwalment tinqered bil-mod. Għalhekk huma bżonnjużi l-miżuri ta’ kontroll biex kemm jista’ jkun in-nies ma jiġux viċin xulxin u ma jittrażmettux il-virus. Kif persuna oħra tiġi infettata, jiddependi fuq diversi ċirkostanzi li jinkludu l-mod kif il-virus jiġi trażmess; jekk virus ikunx infettiv waqt il-perjodu tal-inkubazzjoni; kemm idum il-perjodu tal-inkubazzjoni u kemm persuni oħra l-persuna medja jkollha kuntatt magħhom. Miżura li hi importanti mmens biex jonqos l-R-Factor hi d-distanza soċjali. Fil-fatt, hu pprovat li malli jidħlu miżuri drastiċi fejn in-nies ma jiltaqgħux flimkien, dan il-fattur jonqos u r-rata ta’ każi ġodda wkoll. Hu pprovat li malli jidħlu miżuri drastiċi fejn in-nies ma jiltaqgħux flimkien, dan il-fattur jonqos u r-rata ta’ każi ġodda wkoll. Il-biża’ hi li ladarba jitneħħew il-miżuri ta’ lockdown, jerġa’ jkun hemm żieda ta’ każi ġodda. Għalhekk grupp ta’ riċerkaturi minn Harvard qed jissuġġerixxu li jkun hemm perjodi minn żmien għall-ieħor ta’ distanza soċjali li jistgħu jibqgħu neċessarji sal-2022. Imbagħad, wisq probabbli permezz ta’ vaċċin, il-komunitajiet u l-pajjiżi jibdew jiżviluppaw immunità u b’hekk il-virus ma jkunx jista’ jkompli jinfirex. Madankollu, l-esperti jaqblu bejniethom li s’issa għadna ‘l bogħod milli nilħqu l-livell ta’ immunità fil-komunità. Fil-fatt, l-epidemoloġista Marc Lipsitch mill-Università ta’ Harvard qal li l-R-Factor tal-Coronavirus hu simili għal dak tal-influwenza pandemika tal-1918 u għalhekk biex tintemm l-epidemija jrid ikun hemm mill-inqas nofs il-popolazzjoni li jkollha l-immunità, jew permezz ta’ vaċċin, jew inkella permezz tal-infezzjoni naturali. | [
"Minn MELVIN FARRUGIA",
"Fil-medja tagħhom, il-pazjenti li jimirdu bil-Coronavirus jinfettaw tnejn min-nies oħra.",
"Biex inwaqqfu din il-pandemija, hu importanti li l-l-kejl magħruf bħala R-Factor jonqos taħt il-livell ta’ 1 u dejjem joqrob lejn iż-żero.",
"Bħala virus, l-R factor tiegħu hu ta’ bejn 2 u 2.5.",
"Dan ifisser li kull persuna ġdida li tieħu l-virus ixxerrdu fost 2.2 persuni oħra.",
"Dan ifisser li bħala virus, dan jista’ jittieħed aktar mill-influwenza staġjonali.",
"Għalhekk wieħed irid jara x’jista’ jagħmel biex inaqqas dan l-R-Factor billi jieħdu l-miżuri preventivi li hemm bżonn.",
"Jekk dan il-livell jonqos taħt il-livell ta’ 1, allura jkun ifisser li l-pandemija tasal fi tmiemha.",
"Id-direttur tan-National Institute of Allergy and Infectious Diseases, Anthony Fauci spjega f’intervista ppubblikata fuq il-Ġurnal tal-American Medical Association li dan l-R Factor hu determinat skont il-popolazzjoni u jgħinek tiddeċiedi jekk it-tixrid hux jiżdied, jilħaq livelli kostanti jew inkella jonqos.",
"Min-naħa l-oħra, il-biostatistician miċ-ċentru tar-riċerka dwar il-kanċer ta’ Fred Hutchinson u l-Università ta’ Washington, Elizabeth Halloran spjegat li ma jistax ma jkunx hemm R Factor zero f’popolazzjoni.",
"Meta l-R factor ikun ta’ 1 dan ikun ifisser li fil-medja tagħha, persuna li tieħu l-virus tgħaddieh lil persuna oħra u allura l-marda tkun qiegħda tinfirex b’rata stabbli.",
"Imbagħad jekk l-R Factor jonqos taħt il-1, allura l-marda jkun ifisser li qiegħda tonqos u eventwalment tinqered bil-mod.",
"Għalhekk huma bżonnjużi l-miżuri ta’ kontroll biex kemm jista’ jkun in-nies ma jiġux viċin xulxin u ma jittrażmettux il-virus.",
"Kif persuna oħra tiġi infettata, jiddependi fuq diversi ċirkostanzi li jinkludu l-mod kif il-virus jiġi trażmess; jekk virus ikunx infettiv waqt il-perjodu tal-inkubazzjoni; kemm idum il-perjodu tal-inkubazzjoni u kemm persuni oħra l-persuna medja jkollha kuntatt magħhom.",
"Miżura li hi importanti mmens biex jonqos l-R-Factor hi d-distanza soċjali.",
"Fil-fatt, hu pprovat li malli jidħlu miżuri drastiċi fejn in-nies ma jiltaqgħux flimkien, dan il-fattur jonqos u r-rata ta’ każi ġodda wkoll.",
"Hu pprovat li malli jidħlu miżuri drastiċi fejn in-nies ma jiltaqgħux flimkien, dan il-fattur jonqos u r-rata ta’ każi ġodda wkoll.",
"Il-biża’ hi li ladarba jitneħħew il-miżuri ta’ lockdown, jerġa’ jkun hemm żieda ta’ każi ġodda.",
"Għalhekk grupp ta’ riċerkaturi minn Harvard qed jissuġġerixxu li jkun hemm perjodi minn żmien għall-ieħor ta’ distanza soċjali li jistgħu jibqgħu neċessarji sal-2022.",
"Imbagħad, wisq probabbli permezz ta’ vaċċin, il-komunitajiet u l-pajjiżi jibdew jiżviluppaw immunità u b’hekk il-virus ma jkunx jista’ jkompli jinfirex.",
"Madankollu, l-esperti jaqblu bejniethom li s’issa għadna ‘l bogħod milli nilħqu l-livell ta’ immunità fil-komunità.",
"Fil-fatt, l-epidemoloġista Marc Lipsitch mill-Università ta’ Harvard qal li l-R-Factor tal-Coronavirus hu simili għal dak tal-influwenza pandemika tal-1918 u għalhekk biex tintemm l-epidemija jrid ikun hemm mill-inqas nofs il-popolazzjoni li jkollha l-immunità, jew permezz ta’ vaċċin, jew inkella permezz tal-infezzjoni naturali."
] | 0inewsmalta.com
| 20,841 |
news, press | https://netnews.com.mt/2020/03/31/zieda-sostanzjali-fil-prezzijiet/ | Żieda sostanzjali fil-prezzijiet | Minħabba s-sitwazzjoni straordinarja li qed ngħixu fiha, bhalissa qed ikun hemm domanda għolja għal ċerti prodotti partikolari. Dan qed jikkawża żieda sostanzjali fil-prezzijiet tagħhom. F’intervista ma’ Newsbook, kelliema għall-Awtorità Maltija tal-Konsumatur, l-MCCAA qalet li hija konxja li l-konsumaturi qed iħabbtu wiċċhom ma’ żidiet fil-prezzijiet ta’ ċerti prodotti. Dan minħabba li hemm domanda qawwija għalihom. L-Awtorità tal-Konsumatur, qed tagħmel monitoraġġ kontinwu, sabiex ikun magħruf jekk dan hux riżultat ta’ ksur tal-ligi tal-Kompetizzjoni. Jekk dan ikun il-każ, l-Awtorità se tevalwa hemmx lok li jittiħedu miżuri specifiċi fir-rigward tal-prezzijiet. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb kien qal li huwa inaċċettabbli li ċerti prodotti ta’ sanita għolew b’mod drammatiku fil-prezz. Minn naha taghha….l-Awtorita tal-Konsumatur qed tassisti lill-konsumaturi dwar it-drittijiet tagħhom, partikolarment dwar servizzi li qed jiġu mħassra jew affettwati b’mod sostanzjali minħabba l-coronavirus. Filfatt mill-aħħar ta’ Frar s’issa ….l-MCCAA rrispondiet aktar minn 1,000 mistoqsija dwar temi relatati. Il-kelliema tal-MCCAA spjegat ukoll li l-Awtorità żviluppat proċess simplifikat għad-distributuri u l-importaturi li jixtiequ jqiegħdu s-sanitisers fis-suq. Proċess simili qed isir għall-maskri. Filfatt l-MCCAA saħqet li qed taħdem ma’ operaturi lokali biex tkun faċilitata l-produzzjoni lokali tad-diżinfettant ibbażat fuq l-alkoħol. | [
"Minħabba s-sitwazzjoni straordinarja li qed ngħixu fiha, bhalissa qed ikun hemm domanda għolja għal ċerti prodotti partikolari.",
"Dan qed jikkawża żieda sostanzjali fil-prezzijiet tagħhom.",
"F’intervista ma’ Newsbook, kelliema għall-Awtorità Maltija tal-Konsumatur, l-MCCAA qalet li hija konxja li l-konsumaturi qed iħabbtu wiċċhom ma’ żidiet fil-prezzijiet ta’ ċerti prodotti.",
"Dan minħabba li hemm domanda qawwija għalihom.",
"L-Awtorità tal-Konsumatur, qed tagħmel monitoraġġ kontinwu, sabiex ikun magħruf jekk dan hux riżultat ta’ ksur tal-ligi tal-Kompetizzjoni.",
"Jekk dan ikun il-każ, l-Awtorità se tevalwa hemmx lok li jittiħedu miżuri specifiċi fir-rigward tal-prezzijiet.",
"Aktar kmieni dan ix-xahar, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb kien qal li huwa inaċċettabbli li ċerti prodotti ta’ sanita għolew b’mod drammatiku fil-prezz.",
"Minn naha taghha….l-Awtorita tal-Konsumatur qed tassisti lill-konsumaturi dwar it-drittijiet tagħhom, partikolarment dwar servizzi li qed jiġu mħassra jew affettwati b’mod sostanzjali minħabba l-coronavirus.",
"Filfatt mill-aħħar ta’ Frar s’issa ….l-MCCAA rrispondiet aktar minn 1,000 mistoqsija dwar temi relatati.",
"Il-kelliema tal-MCCAA spjegat ukoll li l-Awtorità żviluppat proċess simplifikat għad-distributuri u l-importaturi li jixtiequ jqiegħdu s-sanitisers fis-suq.",
"Proċess simili qed isir għall-maskri.",
"Filfatt l-MCCAA saħqet li qed taħdem ma’ operaturi lokali biex tkun faċilitata l-produzzjoni lokali tad-diżinfettant ibbażat fuq l-alkoħol."
] | 1netnews.com.mt
| 3,809 |
press, news, Barranin, Barranin, Barranin, Barranin, COVID-19 | https://www.tvm.com.mt/mt/news/trump-jindika-li-l-pulizija-mghandhomx-jibqghu-jaghfsu-ghonq-in-nies/ | Trump jindika li l-Pulizija m'għandhomx jibqgħu jagħfsu għonq in-nies | Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 10:00am Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li b'mod ġenerali huwa favur li tintemm il-prattika ta' 'chokeholds' mill-Pulizija, fejn dawn jagħfsu għonq il-persuna bħala mezz biex jikkontrollawha waqt l-arrest. Trump kien qed jitkellem fl-isfond tal-akkużi ta' qtil fil-konfront tal-eks pulizija Derek Chauvin, li poġġa rkopptu fuq għonq George Floyd meta arrestah, b'dan tal-aħħar li spiċċa biex miet. Il-każ wassal għal protesti kbar madwar l-Istati Uniti, fejn f'partijiet minn ċertu bliet saħansitra ntilef il-kontroll u l-Pulizija ntalbu jirtiraw miż-żona. Fil-belt ta' Minneapolis, fejn inqatel Floyd, il-kunsill ivvota biex iżarma l-korp tal-Pulizija, u minflok se jwaqqaf sistema ta' żamma ta' sigurtà mmexxija mill-komunità. Diversi korpi tal-pulizija fl-Istati Uniti qalu li qed jieħdu passi biex itemmu l-prattika tal-għafis fuq l-għonq, waqt li l-kungress Amerikan qed jiddiskuti abbozz ta' riforma fil-pulizija. Trump iwissi lill-mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f'idejh | [
"Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 10:00am",
"Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li b'mod ġenerali huwa favur li tintemm il-prattika ta' 'chokeholds' mill-Pulizija, fejn dawn jagħfsu għonq il-persuna bħala mezz biex jikkontrollawha waqt l-arrest.",
"Trump kien qed jitkellem fl-isfond tal-akkużi ta' qtil fil-konfront tal-eks pulizija Derek Chauvin, li poġġa rkopptu fuq għonq George Floyd meta arrestah, b'dan tal-aħħar li spiċċa biex miet.",
"Il-każ wassal għal protesti kbar madwar l-Istati Uniti, fejn f'partijiet minn ċertu bliet saħansitra ntilef il-kontroll u l-Pulizija ntalbu jirtiraw miż-żona.",
"Fil-belt ta' Minneapolis, fejn inqatel Floyd, il-kunsill ivvota biex iżarma l-korp tal-Pulizija, u minflok se jwaqqaf sistema ta' żamma ta' sigurtà mmexxija mill-komunità.",
"Diversi korpi tal-pulizija fl-Istati Uniti qalu li qed jieħdu passi biex itemmu l-prattika tal-għafis fuq l-għonq, waqt li l-kungress Amerikan qed jiddiskuti abbozz ta' riforma fil-pulizija.",
"Trump iwissi lill-mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f'idejh"
] | 7www.tvm.com.mt
| 41,240 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2020/07/08/sitt-igriewi-gew-salvati-wara-li-nstabu-miksija-zejt-go-vann-fdover/ | Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġo vann f'Dover | Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġewwa vann f'Dover. Dawn il-griewi għandhom madwar 11-il ġimgħa u nstabu f'kundizzjoni severa. Il-fondazzjoni Ingliża Dogs Trust Charity qalet li dawn il-ġriewi ġew impurtati illegalment mir-Rumanija. Vjaġġ li possibilment ħa aktar minn 24 siegħa minkejja r-restrizzjonijiet tal-lockdown fir-Renju Unit fejn jidħol vjaġġar mhux essenzjali. Kelliema għall-Fondazzjoni wissiet lin-nies rigward ir-riskji meta wieħed jixtri klieb minn riklami online. Sostniet li huwa ta' qsim il-qalb meta jaraw klieb jispiċċaw vittma ta' dan, sabiex jagħmlu profit minn fuqhom. | [
"Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġewwa vann f'Dover.",
"Dawn il-griewi għandhom madwar 11-il ġimgħa u nstabu f'kundizzjoni severa.",
"Il-fondazzjoni Ingliża Dogs Trust Charity qalet li dawn il-ġriewi ġew impurtati illegalment mir-Rumanija.",
"Vjaġġ li possibilment ħa aktar minn 24 siegħa minkejja r-restrizzjonijiet tal-lockdown fir-Renju Unit fejn jidħol vjaġġar mhux essenzjali.",
"Kelliema għall-Fondazzjoni wissiet lin-nies rigward ir-riskji meta wieħed jixtri klieb minn riklami online.",
"Sostniet li huwa ta' qsim il-qalb meta jaraw klieb jispiċċaw vittma ta' dan, sabiex jagħmlu profit minn fuqhom."
] | 3one.com.mt
| 27,335 |
news, press | https://netnews.com.mt/2020/02/06/zewg-persuni-mejta-kif-tinqaleb-train-vicin-milan/ | Żewġ persuni mejta wara li nqalbet ferrovija li kienet telqet minn Milan | Żewġ persuni mietu u madwar 30 persuna ndarbu, fosthom wieħed gravi, meta ferrovija ta’ Trenitalia nqalbet viċin Milan fit-Tramuntana tal-Italja. Sa issa, mhux magħruf eżatt ir-raġuni li wasslet biex il-ferrovija toħroġ mil-linji. L-inċident seħħ fil-Provinċja ta’ Lodi, madwar 50 kilometru fin-nofsinhar ta’ Milan. Il-ferrovija, li telqet fil-5:10am, kienet għadha kif bdiet il-vjaġġ lejn Salerno (Napli). Iż-żewġ persuni li mietu kienu ħaddiema tal-istess ferrovija. Fil-post hemm diversi membri tat-tfii tan-nar kif ukoll ekwipaġġ mediku sabiex jassisti lill-midruba. L-inċident ħarbat ukoll l-iskeda kollha tal-ferroviji, inkluż is-servizz ta’ Frecciarossa u s-servizz Reġjonali. Il-vjaġġi lejn Piacenza u Bologna dalgħodu kienu affetwati b’dewmien ta’ aktar minn siegħa. | [
"Żewġ persuni mietu u madwar 30 persuna ndarbu, fosthom wieħed gravi, meta ferrovija ta’ Trenitalia nqalbet viċin Milan fit-Tramuntana tal-Italja.",
"Sa issa, mhux magħruf eżatt ir-raġuni li wasslet biex il-ferrovija toħroġ mil-linji.",
"L-inċident seħħ fil-Provinċja ta’ Lodi, madwar 50 kilometru fin-nofsinhar ta’ Milan. Il-ferrovija, li telqet fil-5:10am, kienet għadha kif bdiet il-vjaġġ lejn Salerno (Napli).",
"Iż-żewġ persuni li mietu kienu ħaddiema tal-istess ferrovija.",
"Fil-post hemm diversi membri tat-tfii tan-nar kif ukoll ekwipaġġ mediku sabiex jassisti lill-midruba.",
"L-inċident ħarbat ukoll l-iskeda kollha tal-ferroviji, inkluż is-servizz ta’ Frecciarossa u s-servizz Reġjonali.",
"Il-vjaġġi lejn Piacenza u Bologna dalgħodu kienu affetwati b’dewmien ta’ aktar minn siegħa."
] | 1netnews.com.mt
| 2,374 |
press, news, COVID-19, Knisja Maltija, COVID-19, Lokali, Lokali | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-gvern-bi-ftehim-biex-malta-jkollha-garanzija-ta-vaccin-ghall-popolazzjoni-kollha-kontra-l-covid-19/ | Il-Gvern bi ftehim biex Malta jkollha garanzija ta' vaċċin għall-popolazzjoni kollha kontra l-Covid-19 | Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-Gvern Malti daħal fi ftehim ma' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex Malta jkollha garanzija ta' vaċċin għall-popolazzjoni kollha kontra l-Covid-19 malli dan ikun fis-suq. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal liċ-Ċentru tal-Aħbarijiet li l-ftehim għal erbat mitt miljun doża sar minn alleanza ta' pajjiżi Ewropej mal-kumpanija AstraZeneca. Il-Ministru Fearne nħass ottimist li l-vaċċin ser ikun approvat u fis-suq sa Novembru li ġej. Sadanittant l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw sitt każi ġodda tal-Covid-19 f'Malta filwaqt li ħames pazjenti li kellhom il-virus fiequ. Il-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca bdiet il-provi fuq il-bnedmin tal-vaċċin esperimentali kontra l-Covid-19 li żviluppat fuq il-bażi ta' riċerka li saret mill-Università ta' Oxford. Il-kumpanija, waħda minn diversi kumpaniji li qed jesperimentaw biex ikunu l-ewwel fis-suq bil-vaċċin kontra l-Coronavirus, mir-riżultati sa issa hija fiduċjuża li sal-aħħar tas-sena tkun tista' tibda l-produzzjoni tal-vaċċin. Anke l-produzzjoni nfisha tal-vaċċin hija meqjusa sfida minħabba d-domanda globali għalih minħabba li l-virus nfirex mad-dinja kollha. Is-Sibt li għadda, il-kumpanija ffirmat ftehim għal 400 miljun doża tal-vaċċin ma' alleanza Ewropa magħmula mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Olanda. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li Malta issa hija wkoll parti minn dal-ftehim. "Aħna f'dawn il-ġranet kellna taħditiet ma' dan il-grupp, speċjalment tramite l-Ministru tas-Saħħa Taljan. U lbieraħ wasalna fi ftehim biex Malta tkun parti minn din l-inizjattiva biex b'hekk meta l-vaċċin jiġi fis-suq Malta tkun waħda mill-ewwel pajjiżi Ewropej li jkollha aċċess għalih. Iċ-ċittadin Maltin jirċievu l-vaċċin fl-istess żmien li jirċevuh iċ-ċittadini fil-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u Franza. Minħabba s-sensittivita kummerċjali, Dr Fearne ma riedx jiżvela d-depożitu li Malta għamlet biex tkun assigurata l-provvista tal-vaċċin il-ġdid. "Malta ħa tkun bħal dawn il-pajjiżi, li nkunu qed nagħmlu ordni biex ikollna vaċċin għall-poplu kollu Malti." Dr Fearne qal li għalkemm fil-bidu kien hemm il-ħsieb li l-ewwel dożi tal-vaċċin jingħataw lil persuni vurnerabbli u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, bil-ftehim Malta ser ikollha dożi għall-popolazzjoni kollha. Żied jgħid li bid-daqs tal-popolazzjoni ta' Malta, ma kienx possibbli li tinnegozja dal-ftehim u għalhekk stinkat biex tissieħeb f'din l-alleanza Ewropea. Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-ftehim mal-alleanza Ewropej ser ikopri parti sew mill-ispiża tar-riċerka li saret mill-Università ta' Oxford. Sadanittant, ġie ppubblikat l-avviż legali li bih l-emerġenza tas-saħħa pubblika ser tintemm uffiċjalment fl-aħħar ta' dax-xahar. Fl-aġġornament ta' kuljum dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 seigħa sa nofsinhar instabu sitt każi ġodda minn 1,236 swab. Qalu li żewġ każijiet tal-lum huma parti minn cluster filwaqt li erba' każijiet l-oħra huma sporadiċi. Fl-istess perjodu ħames pazjenti li kellhom il-virus issa ġew dikjarati mfejqa u b'hekk għad hemm 39 każi attivi. Quddiem dawn iċ-ċifri, il-Ministru Fearne qal li l-awtoritajiet jibqgħu jinsistu biex jittieħdu l-prekawzjonijiet rakkommandati mill-awtoritajiet tas-saħħa għaliex il-virus jibqa' infettiv sakemm ikollna l-vaċċin għalih. | [
"Imtella' Ġunju 16, 2020",
"Il-Gvern Malti daħal fi ftehim ma' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex Malta jkollha garanzija ta' vaċċin għall-popolazzjoni kollha kontra l-Covid-19 malli dan ikun fis-suq.",
"Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal liċ-Ċentru tal-Aħbarijiet li l-ftehim għal erbat mitt miljun doża sar minn alleanza ta' pajjiżi Ewropej mal-kumpanija AstraZeneca.",
"Il-Ministru Fearne nħass ottimist li l-vaċċin ser ikun approvat u fis-suq sa Novembru li ġej.",
"Sadanittant l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw sitt każi ġodda tal-Covid-19 f'Malta filwaqt li ħames pazjenti li kellhom il-virus fiequ.",
"Il-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca bdiet il-provi fuq il-bnedmin tal-vaċċin esperimentali kontra l-Covid-19 li żviluppat fuq il-bażi ta' riċerka li saret mill-Università ta' Oxford.",
"Il-kumpanija, waħda minn diversi kumpaniji li qed jesperimentaw biex ikunu l-ewwel fis-suq bil-vaċċin kontra l-Coronavirus, mir-riżultati sa issa hija fiduċjuża li sal-aħħar tas-sena tkun tista' tibda l-produzzjoni tal-vaċċin.",
"Anke l-produzzjoni nfisha tal-vaċċin hija meqjusa sfida minħabba d-domanda globali għalih minħabba li l-virus nfirex mad-dinja kollha.",
"Is-Sibt li għadda, il-kumpanija ffirmat ftehim għal 400 miljun doża tal-vaċċin ma' alleanza Ewropa magħmula mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Olanda.",
"Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li Malta issa hija wkoll parti minn dal-ftehim.",
"\"Aħna f'dawn il-ġranet kellna taħditiet ma' dan il-grupp, speċjalment tramite l-Ministru tas-Saħħa Taljan.",
"U lbieraħ wasalna fi ftehim biex Malta tkun parti minn din l-inizjattiva biex b'hekk meta l-vaċċin jiġi fis-suq Malta tkun waħda mill-ewwel pajjiżi Ewropej li jkollha aċċess għalih.",
"Iċ-ċittadin Maltin jirċievu l-vaċċin fl-istess żmien li jirċevuh iċ-ċittadini fil-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u Franza.",
"Minħabba s-sensittivita kummerċjali, Dr Fearne ma riedx jiżvela d-depożitu li Malta għamlet biex tkun assigurata l-provvista tal-vaċċin il-ġdid.",
"\"Malta ħa tkun bħal dawn il-pajjiżi, li nkunu qed nagħmlu ordni biex ikollna vaċċin għall-poplu kollu Malti.\"",
"Dr Fearne qal li għalkemm fil-bidu kien hemm il-ħsieb li l-ewwel dożi tal-vaċċin jingħataw lil persuni vurnerabbli u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, bil-ftehim Malta ser ikollha dożi għall-popolazzjoni kollha.",
"Żied jgħid li bid-daqs tal-popolazzjoni ta' Malta, ma kienx possibbli li tinnegozja dal-ftehim u għalhekk stinkat biex tissieħeb f'din l-alleanza Ewropea.",
"Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-ftehim mal-alleanza Ewropej ser ikopri parti sew mill-ispiża tar-riċerka li saret mill-Università ta' Oxford.",
"Sadanittant, ġie ppubblikat l-avviż legali li bih l-emerġenza tas-saħħa pubblika ser tintemm uffiċjalment fl-aħħar ta' dax-xahar.",
"Fl-aġġornament ta' kuljum dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 seigħa sa nofsinhar instabu sitt każi ġodda minn 1,236 swab.",
"Qalu li żewġ każijiet tal-lum huma parti minn cluster filwaqt li erba' każijiet l-oħra huma sporadiċi.",
"Fl-istess perjodu ħames pazjenti li kellhom il-virus issa ġew dikjarati mfejqa u b'hekk għad hemm 39 każi attivi.",
"Quddiem dawn iċ-ċifri, il-Ministru Fearne qal li l-awtoritajiet jibqgħu jinsistu biex jittieħdu l-prekawzjonijiet rakkommandati mill-awtoritajiet tas-saħħa għaliex il-virus jibqa' infettiv sakemm ikollna l-vaċċin għalih."
] | 7www.tvm.com.mt
| 41,401 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/ikkancellat-festival-muzikali-kbir/ | Ikkanċellat festival mużikali kbir | Festivall mużikali kbir li kellu jittella’ bejn illum u t-Tnejn li ġej kien ikkanċellat b’dawk li laħqu xtraw il-biljetti ma jafux jekk humiex se jieħdu flushom lura. Il-party intitolat The Heaven on Earth Music Festival kien irreklamat bħala festival mużikali kbir fil-miftuħ f’Ta’ Qali u mifrux fuq sitt postijiet. Fil-materjal pubbliċitarju kien qed jingħad li se jieħdu sehem mal-40 DJ kemm Maltin u anke barranin. Dan il-party kien qiegħed jiġi organizzat u rreklamat minn One Dream Entertainment, immexxija minn Mark Mifsud Tommassi, żagħżugħ ta’ 23 sena. Fuq is-sit uffiċjali tal-festival, onedreamentertainment.com, biljett ta’ ġurnata kien qed jinbiegħ għall-prezz ta’ €30, €65 għall-VIP u saħansitra biljetti Gold VIP li anki jitilgħu għal €400. Persuna li kkummentaw fuq is-sit soċjali Facebook qalu li ġew informati li l-festival ġie kkanċellat iżda jinsabu mħassbin li dik li kellha tkun “il-ġenna fuq l-art” taf tispiċċa “infern” biex jieħdu flushom lura. | [
"Festivall mużikali kbir li kellu jittella’ bejn illum u t-Tnejn li ġej kien ikkanċellat b’dawk li laħqu xtraw il-biljetti ma jafux jekk humiex se jieħdu flushom lura.",
"Il-party intitolat The Heaven on Earth Music Festival kien irreklamat bħala festival mużikali kbir fil-miftuħ f’Ta’ Qali u mifrux fuq sitt postijiet.",
"Fil-materjal pubbliċitarju kien qed jingħad li se jieħdu sehem mal-40 DJ kemm Maltin u anke barranin.",
"Dan il-party kien qiegħed jiġi organizzat u rreklamat minn One Dream Entertainment, immexxija minn Mark Mifsud Tommassi, żagħżugħ ta’ 23 sena.",
"Fuq is-sit uffiċjali tal-festival, onedreamentertainment.com, biljett ta’ ġurnata kien qed jinbiegħ għall-prezz ta’ €30, €65 għall-VIP u saħansitra biljetti Gold VIP li anki jitilgħu għal €400.",
"Persuna li kkummentaw fuq is-sit soċjali Facebook qalu li ġew informati li l-festival ġie kkanċellat iżda jinsabu mħassbin li dik li kellha tkun “il-ġenna fuq l-art” taf tispiċċa “infern” biex jieħdu flushom lura."
] | 7www.tvm.com.mt
| 32,400 |
press, news, entertainment, Nemmiesa | https://stradarjali.com/2020/11/xi-hadd-joffrilek-e20000-biex-torqod-mieghu-xtaghmel/ | Xi Ħadd Joffrilek €20,000 Biex Torqod Miegħu … X'Tagħmel? | Ħafna nies forsi jgħidulek, 'u żgur li noħodhom!', imma ġeneralment, ħadd ma jagħti xejn għal xejn. Ir-rapper Maltija Shyli Rose, li ħarġet il-potenzjal tagħha fix-xena mużikali ftit tas-snin ilu, u anka ikkollaborat ma' Ira Losco, ġiet offruta €20,000. Shyli irrifjutathom…. imma għaliex? Riċentament ir-rapper u l-għarus tagħha Jordan, iddeċidew illi jagħmlu abbonament mal-website 'Only Fans' u jirrekordjaw vidjos tagħhom f'atti sesswali. Min ikun irid jara dawn il-vidjos irid iħallas, u b'hekk Shyli u Jordan jaqilgħu l-flus. Però safejn twassal il-kilba għall-flus? Hija kwistjoni ta' moralità, bżonn ta' flus, jew avventura sesswali? Shyli tistqarr li kien hemm persuna li offritilha €20,000 biex tagħmel atti sesswali magħha, offerta li Shyli irrifjutat immedjatament, tant li qalet lill-għarus tagħha wara li irrifjutat. Kemm Jordan u kemm Shyli jaraw dan is-sħab bejniethom bħala xogħol u divertiment għall-adulti u jemmnu li huma jissapportjaw lil xulxin f'kollox. U intom x'taħsbu dwar din? Taħsbu li ix-xogħol fis-sess huwa xogħol bħall-oħrajn? Din hija storja li ġiet irrapurtat fuq Lovin Malta. | [
"Ħafna nies forsi jgħidulek, 'u żgur li noħodhom!', imma ġeneralment, ħadd ma jagħti xejn għal xejn.",
"Ir-rapper Maltija Shyli Rose, li ħarġet il-potenzjal tagħha fix-xena mużikali ftit tas-snin ilu, u anka ikkollaborat ma' Ira Losco, ġiet offruta €20,000.",
"Shyli irrifjutathom…. imma għaliex?",
"Riċentament ir-rapper u l-għarus tagħha Jordan, iddeċidew illi jagħmlu abbonament mal-website 'Only Fans' u jirrekordjaw vidjos tagħhom f'atti sesswali.",
"Min ikun irid jara dawn il-vidjos irid iħallas, u b'hekk Shyli u Jordan jaqilgħu l-flus.",
"Però safejn twassal il-kilba għall-flus?",
"Hija kwistjoni ta' moralità, bżonn ta' flus, jew avventura sesswali?",
"Shyli tistqarr li kien hemm persuna li offritilha €20,000 biex tagħmel atti sesswali magħha, offerta li Shyli irrifjutat immedjatament, tant li qalet lill-għarus tagħha wara li irrifjutat.",
"Kemm Jordan u kemm Shyli jaraw dan is-sħab bejniethom bħala xogħol u divertiment għall-adulti u jemmnu li huma jissapportjaw lil xulxin f'kollox.",
"U intom x'taħsbu dwar din?",
"Taħsbu li ix-xogħol fis-sess huwa xogħol bħall-oħrajn?",
"Din hija storja li ġiet irrapurtat fuq Lovin Malta."
] | 4stradarjali.com
| 28,503 |